Programm Vokali u Strumentali - santamarija.com
Transcript of Programm Vokali u Strumentali - santamarija.com
Lil Raħal Twelidi
Aranjuez Mon Amour
Cavalleria Rusticana
De Granada a DaimielJidderieġi Ass.Surmast Gordon Mayer
Impressions of Seville
Inawgurazzjoni ta’ statwa ġdida li tirrapreżenta La Esperanza Macarena
Ave MariaTkanta Roberta Mallia
Esperanza Macarena CoronadaIkanta Michael Chetcuti
Lacrimas de San JuanTkanta Francesca Farrugia
Macarena Reina de SevillaIkantaw Michael Chetcuti u Roberta Mallia
Himno de la Esperanza MacarenaTkanta Francesca Farrugia
You Raise Me UpTkanta Roberta Mallia
El Fallero
El Cautivo de MalagaTkanta Francesca Farrugia
Innu tal-Banda
Programm Vokali u StrumentaliInnu
Adattazjoni
Intermezzo
Pasodoble
Suite
Meditation
SiltaRecorded
Marcia ProcessionaleSpaniola
Silta Recorded
Marcia ProcessionaleSpaniola
Silta
Pasodoble
Marcia ProcessionaleSpaniola
Innu
Anthony Camilleri
Joaquin Rodrigoarr. P.J.Rutterford
Pietro Mascagni
Luis Carlos Martin
Harry Simeone
Bach – Gounod
Michael Chetcuti
Abel Moreno Gomezarr. David Agius
Ray Sciberras
Arr. David Agius
Rolf Lovlandu Brendon Graham
arr. Alfred Farrugia
José Serrano
David Agius
Anthony Camilleri
Surmast Direttur: Mro David Agius A. Mus. (L.C.M.), A. Mus. (V.C.M.) Hons., A.L.C.M. Assistent Surmast Direttur: Mro Gordon Mayer A.T.C.L.
Tippreżenta: Sinjura Remenda Borg Grech
Dis
inn:
Kum
mis
sjoni
WEB
La Esperanza MacarenaId-demgħat tal-ħġieġ fuq ħaddejha, il-ħarsa f’għajnejha, id-dieqa fuq wiċċha, saħħru warajhom b’devozzjoni u qima lil miljuni ta’ pellegrini Spanjoli u oħrajn imxerrdin madwar id-dinja, li ta’ kull sena joħonqu t-toroq ta’ Sevilja fil-lejl ta’ bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira (il-Madrugada), sabiex jagħtu qima u jitolbu lil din id-Duluri tant devota bit-titlu ta’ Esperanza Macarena.
L-eżistenza ta’ din ix-xbieha tmur lura għas-seklu sbatax, fejn l-artist ta’ din l-opra ma ħalliex it-timbru tiegħu u sa llum għad m’hemmx konklużjonijiet li jikxfu l-identita’ ta’ dan l-iskultur. Ix-xbieha mnaqqxa fl-injam tikxef id-dulur li Ommna Marija għaddiet minnu minħabba t-tbatija ta’ binha Ġesù, permezz tal-kisra t’għajnejha kompluta b’ ħames demgħat tal-ħġieġ u l-ħalq mitbuq. F’idha l-leminija tidher iżomm maktur irakkmat filwaqt li fl-id ix-xellugija hemm kuruna tar-rużarju. Għalkemm din l-opra hija rapreżentazzjoni tad-Duluri, wieħed ma jistax ma jistgħaġibx bil-ġmiel u r-rikezzi li tgawdi minnhom. L-ilbies lussuż, il-ħjut tad-deheb u l- irrakmar mill-ifjen jagħmel l-istatwa tal-Macarena amalgamazzjoni perfetta mal-kumplament tas-Semana Santa, li hi tradizzjonalment sensiela ta’ purċissjonijiet b’ ilbies mill-ifjen fil-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa fi Spanja, La Semana Santa.
Leġġenda marbuta ma’ din l-istatwa tgħid li sena minnhom waqt il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira raġel xurban, wara xi insulti lejn ix-xbieha ta’ Marija, waddab flixkun tal-ħġieġ lejha fejn ħalla tbenġila fuq ħaddejha il-leminija. Diversi kienu l-artisti li attentaw sabiex jgħattu din it-tbenġila, biss hekk kif ir-restawrazzjoni tkun lesta, l-istess tbenġila terġa tfiġġ mill-ġdid.
Ix-xbieha ta’ La Esperanza Macarena għaddiet minn diversi restawrazzjonijiet matul is-snin fosthom fl-1881 fejn inbiddlu l-idejn, kif ukoll fl-1884 fejn saru xi riformi fil-wiċċ tax-xbieha.
Sal-1936 l-Esperanza Macarena kienet tinżamm fil-knisja parrokjali ta’ San Eġidju, sakemm nhar l-24 ta’ Frar tal-istess sena kellha titmexxa bil-moħbi minħabba l-biża li din il-knisja setgħet tingħata n-nar. Din ma’ kinetx l-unika darba li din l-istatwa kellha titmexxa minn post għall-ieħor. Fiż-żmien il-gwerra ċivili Spanjola ġiet protteta minn xi sagrileġġ jew vandaliżmu billi ġiet imneżża mit-teżori tagħha, u bħal impoġġija f’ tebut, u midfuna taħt l-art. Din il-protezzjoni kienet issir mill-Hermendad tagħha, li hi l-istess fratellanza magħrufa bħala Hermendad de la Macarena.
Fl-1941 beda l-bini ta’ bażilika iddedikata lid-Duluri tal-Esperanza Macarena li baqa’ għaddej sal-1946 fejn minn dakinhar saret il-kenn tal-istess Esperanza Macarena li hi meqjuma bi prominenza kbira fuq l-altar ewlieni.
U llum? Illum, aħna l-Imqabbin qed ningħaqdu ma ħutna s-Seviljani f’ din is-sena speċjali, biex flimkien magħhom niċċelebraw il-ġrajja għażiża ta’ 50 sena ilu, meta l-istatwa tant devota tad-Duluri tal-Esperanza Macarena ġiet sollennament inkurunata b’ kuruna tad-deheb fil-Katidral ta’ Sevilja, fil-31 ta’ Mejju 1964. Qed infakkru din il-ġrajja kbira permezz ta’ statwa mill-isbaħ, rapreżentazzjoni tal-Macarena tixbaħ lil dik ta’ Sevilja. L-għażla tal-Macarena kienet minħabba l-fatt li hija Hi l-protetriċi tal-wirja tagħna,.. La Semana Santa.
Din ix-xbieha nħadmet tul dawn l-aħħar ħames xhur mill-bravu statwarju żgħażugħ għawdxi Michael Cutajar Zahra mill-belt Victoria, filwaqt li l-kuruna ta’ fuq rasha nħaddmet minn Twanny Zammit ta’ Ħal Qormi. Statwa unika fil-gżejjer Maltin, bħalma hi l-wirja tagħna ‘La Semana Santa’ de España. Hu żgur li din ix-xbieha se tisraq il-qlub wara tant stennija. B’ hekk wara żmien fil-gżira Għawdxija, issa jmiss lilna li ngawduha u li nibqgħu ngħożżuha fil-ġejjieni.
O’ għażiża Esperanza Macarena,faraġ u tama tagħna,
kun int il-kewkba li b’dawlekturina t-triq tas-sewwa,
biex wara dan il-wied tad-dmugħniġu ngawduk fil-ġenna pajjiżna,
flimkien ma Ibnek Ġesùu hemm narawk inkurunatab’ kuruna ta’ sebħ u glorja
li ma tintemm qatt.
Fost il-Ġimgħa :Ħadd il-Palm :
Ħamis ix-Xirka :Il-Ġimgħa l-Kbira :
Ħadd il-Għid :
5:30pm - 9:30pm10:00am - 12:30pm, 5:30pm - 10:00pm5:00pm - 12:00am9:00am - 1:00pm, 5:30pm - 9:30pm10:00am - 12:00pm, 5:30pm - 8:00pm
Ħinijiet tal-ftuħ tal-wirja “La Semana Santa”