Programm tal-Festa 2010

89
Festa 2010 Società Filarmonica Maria Mater Graæ Zabbar A.D. 1883

description

Pubblikazzjoni tal-Festa 2010 mahruga mis-Societa' Filarmonica Maria Mater Gratiae - Zabbar AD 1883

Transcript of Programm tal-Festa 2010

Page 1: Programm tal-Festa 2010

Festa 2010Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ

Zabbar A.D. 1883

Page 2: Programm tal-Festa 2010

Ave Maria Gratia PlenaAve Maria Gratia Plena

Mini Market & Discount Store(Quddiem ta’ Lourdes) - Tel: 2162 7949

FREE DELIVERYmill-˙wienet kollha tag˙na

Dolceria Bontà tixtieq tawgural-Festa t-Tajba liΩ-Ûabbarin kollha.

Page 3: Programm tal-Festa 2010

Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ

A.D. 1883

72, Triq is-Santwarju

Zabbar ZBR 1013

Tel: 2182 9194

Web: www.mmg.com.mt

E-mail: [email protected]

Koordinatur tal-Pubblikazzjoni

Ronald Mizzi M.A.

Ritratti

Raymond Gialanzè

Ġbir tar-reklami

John Testa

Għajnuna oħra

Kevin Mizzi M. Sc., Mark Anthony Tabone,

Charlot A. Ebejer, Joseph Cassar

Disinn u Produzzjoni

Printwell Ltd.

KW23H, Qasam Industrijali ta’ Kordin,

Paola PLA3000

© Soc. Filar. Maria Mater Gratiæ

Zabbar, 20103

Wara mix-xellug: Ronald Mizzi, Joseph Saliba, Charlot Saliba, John Testa, Luciano Farrugia, Jesmond Fenech, Dennis Camenzuli.

Quddiem mix-xellug: Charlot A. Ebejer, Alfred Spiteri, Mark Anthony Tabone.Nieqsa mir-ritratt: Carmen Vella.

WERREJKumitat Eżekuttiv 2009-2010 .....................................................5

Ngħidu Grazzi .............................................................................6

Il-Festi u l-Media .........................................................................9

B’kuraġġ u determinazzjoni komplejna ....................................13

Pass ieħor ‘il quddiem fil-mixja spiritwali .................................17

Fejn hemm l-għaqda hemm is-saħħa .......................................19

Xogħol ta’ sodisfazzjon .............................................................21

Irridu noħorġu ta’ rġiel u nisa li aħna .......................................23

Niġbdu n-nies lejna ...................................................................25

Żjara mill-President ta’ Malta ...................................................36

Kummissjoni Banda 2009-2010 ................................................38

Il-mużika tinkiteb fuq ħames versi u erba’ spazji ......................39

Bandisti ġodda ..........................................................................54

Marċi li se jindaqqu fil-Festa 2010 ............................................59

Assistent Surmast ġdid .............................................................61

MMG Rocks ON! .......................................................................65

Programm tal-Festa 2010 .........................................................76

Banda soda iżda nistenna aktar ................................................81

Programm Mużikali tal-Festa 2010 ...........................................82

Programm Festi Interni 2010 ....................................................84

Fergħa Nisa 2009-2010 .............................................................88

Biex isem is-Socjetà tagħna jibqa’ dejjem fil-quċċata ...............89

Kummissjoni Żgħażagħ 2009-2010 ...........................................94

Is-sehem ta’ kulħadd, żgħir kemm hu żgħir hu indispensabbli .....................................................................95

Tu Scendi Dalle Stelle ..............................................................100

Tliet Bandisti tal-Post mal-Banda tal-Forzi Armati ..................104

Tagħrif dwar strumenti mużikali .............................................106

Suċċessi mużikali – Adrian Brincat ..........................................108

Suċċessi mużikali – Justin Azzopardi .......................................112

Kummissjoni Nar u Armar 2009-2010 ....................................114

Sena ta’ qtiegħ il-qalb…imma ma naqtgħu qalbna qatt .........115

L-Ewwel esperjenza fil-Kumitat Eżekuttiv ...............................121

Pesah ......................................................................................122

150 sena mit-twelid ta’ Gustav Mahler ..................................128

Ħames snin mill-mewt ta’ Mro. Carmelo Caruana .................136

25 sena anniversarju mill-mewt tal-Maġġur Anthony Aquilina .................................................138

Sfida doppja imma ta’ sodisfazzjon kbir .................................146

35 sena mill-waqgħa tal-Vulcan..............................................162

Poeżija – Tal-Grazzja 2010 ......................................................165

Sena ta’ impenji għall-Iscouts .................................................168

Lista tar-Reklami .....................................................................172

5

6

33

9

36 13

38

17

54

19

89

61

114

38

95

Page 4: Programm tal-Festa 2010

Wara mix-xellug: Ronald Mizzi, Joseph Saliba, Charlot Saliba, John Testa, Luciano Farrugia, Jesmond Fenech, Dennis Camenzuli.

Quddiem mix-xellug: Charlot A. Ebejer, Alfred Spiteri, Mark Anthony Tabone.Nieqsa mir-ritratt: Carmen Vella.

President Emeritus Vincent Magri B.Sc. (Eng.) Hons.

Presidenti Onorarji L-Eċċ. Tiegħu Dr. Ugo Mifsud Bonnici K.U.O.M., B.A. LL.D.,Dr. Joseph Saliba M.D.Joseph C. AttardFortunato SultanaJoseph BonniciLawrence AttardJoseph Fenech

President Alfred Spiteri

Segretarju Ġenerali Charlot A. Ebejer AMIM

Kaxxier Mark Anthony Tabone

Arkivista Jesmond Fenech

Kuratur Luciano Farrugia

Rappreżentant tal-Banda Jesmond Fenech

Membri John Testa, Carmen Vella

Surmast Direttur Ray Sciberras F.L.C.M.

Direttur Spiritwali Rev. Fr. Joseph Sultana

Rappreżentant għall-Għaqda Każini tal-Baned Kevin Mizzi M.Sc.

Viċi-President Joseph Saliba

Assistent SegretarjuRonald Mizzi M.A.

Assistent KaxxierDennis Camenzuli

Assistent KuraturCharlot Saliba

Uffiċjal Relazzjonijiet PubbliċiRonald Mizzi M.A.

Assistenti SurmastijietCharles Wallace SudaKevin Mizzi M. Sc.

Konsulent tal-BandaSaviour Spiteri

Konsulenti Legali Dr. Godwin Muscat Azzopardi B.A. LL.D.Dr. James Muscat Azzopardi LL.D.Dr. Adrian Muscat Azzopardi LL.D.

Awdituri Paul Pace, George P. Xuereb

Kumitat Eżekuttiv 2009-2010

5

Page 5: Programm tal-Festa 2010

G ħeżież Żabbarin,

f’tebqa’ t’għajn erġajna ninsabu lesti biex niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tal-Grazzja, u ġaladarba aħna xxurtjati tant li l-antenati tagħna għażlu li jitfgħu lil din il-belt taħt il-protezzjoni tal-Madonna tal-Grazzja, għandna għax ngħożżu dan il-mument ħafna aktar u naraw li jiswielna ta’ ġid għal ħajjitna.

Sena tgħaddi f’kemm trodd salib u l-ħidma matulha – kemm dik fuq livell personali u wisq aktar dik volontarja b’risq is-Soċjetà Mużikali li jien immexxi - ma taqta’ xejn. Ħafna drabi dan ipoġġina taħt pressjoni b’riżultat li ftit li xejn ikollna ċans nieqfu u nirriflettu ftit. Fuq kollox iżda, ftit li xejn ikollna ċans nieqfu ngħidu grazzi – grazzi talli għal sena oħra l-Madonna kienet magħna fil-ħidma tagħna u ħarsitna minn kull għawġ; grazzi talli l-Mulej pprovdielna s-saħħa meħtieġa biex inkomplu l-missjoni tagħna.

Fuq kollox għal darb’oħra ngħidu grazzi talli bl-interċessjoni t’Ommna Marija, fil-festa tagħna qed ikompli jirrenja l-għaqal, u li l-biki (u ġieli anke demm) tal-passat finalment saqqa x-xagħri u nibbet is-sens.

L-operat tas-Soċjetà matul din is-sena nista’ ngħid li għal darba oħra kien wieħed sodisfaċenti għad li mimli skossi minħabba l-kwistjonijiet legali ma’ sid il-kera u t-terminazzjoni tal-kirja ta’ l-Għassa l-Antika. Dawn il-problemi ħafna drabi poġġew lill-

Ngħidu Grazzi... ...għax il-biki tal-passat saqqa x-xagħri u nibbet is-sens

amministraturi taħt ħafna pressjoni, kemm amministrattiva u anke finazjarja. Is-sitwazzjoni ħafna drabi twiegħret aktar minħabba l-fatt li l-Kumitat Eżekuttiv, matul din is-sena, opera bil-minimu ta’ persuni hekk kif stabbilit fl-istatut (13) peress li ma nstabux persuni oħra kompetenti sabiex iservu fil-Kumitat Eżekuttiv. Dan il-fattur wassal biex numru ta’ seduti kellhom jitħassru minħabba li l-quorum minimu ta’ tmien persuni mhux dejjem intlaħaq.

Minkejja dawn il-problemi però, komplejna bil-missjoni primarja tagħna – dik tat-tagħlim tal-mużika fejn komplejna nirreġistraw aktar żieda fl-istudenti. Il-banda reġa’ wkoll kellha sena tajba kkulminata fis-suċċess fenomenali tal-programm mużikali annwali MMG Rocks On! Grazzi kbira lil dawk li ħadmu għal din is-serata fantastika.

Meta nħares lura għalhekk, inħossni kburi li bil-limitazzjonijiet kollha li kellna magħna, qdejna b’mod tajjeb ħafna d-doveri tagħna. Dan għandu jagħmilna kburin u jagħtina inċentiv biex inkomplu naħdmu aktar għall-ġid ta’ din l-għaqda mużikali.

Bħala President tas-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ flimkien ma’ sħabi fil-Kumitat Eżekuttiv u dawk fis-Sotto-Kumitati, nawgura lil kulħadd Festa oħra sabiħa li filwaqt li tkun pari mat-tradizzjoni li aħna ż-Żabbarin rinomati għaliha, tgħinna nitkattru aktar u nissaħħu fl-imħabba tagħna lejn Ommna Marija.

Nistieden għalhekk lill-poplu Żabbari biex mingħajr ma nkissru t-tradizzjonijiet ta’ l-antenati tagħna u dak kollu li jagħti timbru speċjali lill-Festa Żabbarija, fl-isfond ta’ l-armoniji ferrieħa mill-baned tagħna, niċċelebraw flimkien bħala familja waħda u nagħrfu nirrispettaw dejjem aktar lil xulxin.

Alfred Spiteri, President

6

Page 6: Programm tal-Festa 2010

Jum wieħed f’Awwissu kont qiegħed l-uffiċċju lejn l-aħħar tal-ġimgħa. Kont mehdi fil-kwiet nieħu kafè u naħseb fuq il-pjanijiet għal dak li kelli ppreparat għal tmiem il-ġimgħa għax hekk kif jidħol dan ix-xahar ix-xogħol

tal-Każin jiżdied b’rittmu allarmanti biex nippreparaw għall-festa. F’daqqa waħda, bħal sajjetta fil-bnazzi instemgħet splużjoni qawwija u wara ftit sekondi ffurmat daħna kbira li bdiet tiela’ ’l fuq lejn is-smewwiet. Mal-ewwel indunajna li kien tar xi post tan-nar. Kemm jien u anke xi kollegi tiegħi fuq ix-xogħol għandna diversi ħbieb li għandhom dan id-delizzju perikoluż u mal-ewwel il-ħsieb tagħna tar lejhom. Wara ftit telefonati aċċertajna ruħna li kollox kien sew u ħadd mill-ħbieb tagħna ma kien involut u wara ftit sirna nafu mis-sites tal-aħbarijiet li kienet taret il-kamra tan-nar tal-Mosta. Għall-bidu bdew jissemmew diversi mejtin u feruti iżda fl-aħħar irriżulta li fil-fatt kien hemm persuna waħda biss li tilfet ħajjitha f’dan l-inċident. Xi dnub jaħasra! Dan il-lokal kien qiegħed jipprepara biex jiċċelebra l-festa titulari tiegħu ta’ Santa Marija u f’daqqa waħda sab ruħu f’luttu jibki t-telfa ta’ wieħed minn dawk li jaħdmu biex din il-festa tkun suċċess.

Kumbinazzjoni fuq l-istess site fejn qrajna l-aħbarijiet bdejt naqra l-kummenti li jitfgħu il-viżitaturi u ħassejtni vera ddiżgużtat b’dak li kont qed naqra għax kien hemm min beda jitfa’ l-kummenti biex dan id-delizzju jiġi abolit u kummenti oħra ta’ dan it-tip. Però, kumment partikolari li laqatni kien ta’ wieħed li beda jilmenta li issa dawk ir-riżorsi kollha li l-pajjiż se jkun qed juża f’din it-traġedja qed ikunu mħallsa mit-taxxi tiegħu. Qarrej ieħor kien dlonk irrispondih u qallu li f’dak il-mument partikolari kien ikun aħjar kieku kellna ningħaqdu flimkien u nitolbu għal kull min seta’ ħalla ħajtu f’dik id-diżgrazzja.

Dawn iż-żewġ kummenti ġegħluni nirrifletti bosta għax irrejalizzajt kemm il-festi qegħdin kull ma jmorru jitpoġġew taħt attakk kontinwu. Ilni ħafna ngħid li kull ma jmur il-festi m’għadhomx igawdu l-istima li kellhom qabel imma issa naħseb li qbiżna kull limitu. Possibbli li dawn in-nies hekk imsejħa ċċivilizzati u li jgħajru ’l dawn id-dilettanti tan-nar bħala nies egoisti u li ma jimpurtahomx minn għajrhom biex jipprattikaw id-delizzju tagħhom, huma daqshekk insensittivi u bla qalb? Possibbli li f’mument ta’ diżgrazzja dawn in-nies mhux kapaċi jwarrbu l-aġenda tagħhom u jgħidu talba għall-bżonnijiet ta’ dawk li jistgħu ikunu weġġgħu jew addirittura tilfu ħajjithom biex jorganizzaw il-festa u

malta

SLIEMA

ZABBAR

MOSTA

TRANSFORMACOSMETIC CLINIC

international

TRIPOLI

BUDAPEST

Because our family cares

TAQSIMA KURAMEDIKA IMMEDJATA

ÇEMPEL ISSA FUQ

21 692 055

24 sieg˙a kuljum, is-sena kollha.G˙andek problema? Ma tifla˙x? Mu©ug˙? We©©ajt?G˙alfejn tistenna sig˙at s˙a˙ meta tista tinqeda malajr fl-Isptar Saint James ta’ ÓaΩ-Ûabbar?

Ejja u nqeda malajr fl-Isptar viçin tieg˙ek!

Charlot A. Ebejer, Segretarju Ġenerali

Il-Festi u l-Media

9

Page 7: Programm tal-Festa 2010

minflok noqogħdu ninkwetaw li dawn qed ‘jaħlu’ r-riżorsi tal-pajjiż? Imma x’qed jagħmlu ħażin dawn in-nies?

Jien inħoss li l-media qed tilgħab parti kruċjali ħafna f’dan il-presentiment popolari li ilu jinbena tul iż-żmien kontra l-logħob tan-nar u l-festi in partikolari. Sfortunatament, il-media għandha qawwa kbira fil-formazzjoni tal-opinjoni pubblika u sfortunatament ukoll ħafna mill-istazzjonijiet lokali imtlew b’dawn in-nies ‘qaddisa’ li semmejt aktar ’il fuq. Filgħaxija kont qed nara l-aħbarijiet dwar it-traġedja u ma jistax jonqos li r-rapport tal-aħbarijiet għalaq b’rimarka sottili imma sinifikattiva ħafna. Ir-rapport kien jgħid li fil-festi kollha ta’ Santa Marija ma kien hemm l-ebda rażan jew turija ta’ rispett għajr fil-festa tal-Mosta għall-persuna li tilfet ħajjtiha dakinhar. Bejni u bejn ruħi indunajt kemm dan l-hekk imsejjaħ reporter kien qiegħed jiddotrina l-udjenza b’mod sottili. Fi kliem ieħor ried jgħidilna li dawn l-annimali egoisti dilettanti tan-nar m’għandhom l-ebda rispett lejn ħadd lanqas lejn sħabhom. Il-mistoqsija tiegħi hija kemm saru verifiki biex dan ir-rapport ġie rappurtat bħala stat ta’ fatt. Naħseb li żgur qagħad idur il-festi kollha biex jinvestiga x’sar u x’ma sarx biex id-dilettanti tan-nar ftakru f’wieħed minn ħuthom li ħalla ħajtu għal dan id-delizzju.

U jumejn wara kien hemm il-funeral statali tal-President Emeritus il-Professur Guido Demarco. Rappurtaġġ estensiv kif kien xieraq sakemm il-korteo wasal fil-Ħamrun u kien akkumpanjat mill-Banda. Inevitabilment ir-rappurtaġġ kien jgħid li għal din l-okkażjoni, it-tliet baned tal-

Ħamrun li s-soltu huma tant magħrufin għall-ġlied u l-pika bejniethom, għal din l-okkażjoni ingħaqdu flimkien bħala banda waħda biex isellmu ’l dan il-persunaġġ. Fir-realtà tal-fatti iżda kien hemm biss banda waħda ddoqq u ż-żewġ baned l-oħra kienu qed jakkumpanjaw u sadanittant anke l-ikbar kretin li jgħix fuq din il-gżira jaf li r-rivalità fil-Ħamrun hija bejn żewġ baned għax it-tielet banda hija maqtugħa f’Parroċċa oħra u tagħmel festa għaliha u m’hemm l-ebda sinjal ta’ pika maż-żewġ soċjetajiet mużikali l-oħra tal-Ħamrun. U allura nistaqsi mela x’riċerka għamel dan ir-reporter biex tana dawn l-aħbarijiet daqstant veritjeri u korretti? Possibbli li ma jafx li l-pika fil-Ħamrun qiegħda bejn żewġ baned? Possibbli li ma ndunax li banda waħda biss kienet qiegħda ddoqq? Ir-raġunijiet jistgħu ikunu varji: jew dan ir-reporter ma jgħix Malta u ġabuh appositament biex jirraporta dan il-funeral statali mis-Siberia jew inkella huwa wieħed minn dawk li ma jitilfux okkażjoni biex jinqdew biha biex iħammġu ’l-baned u l-festi tagħna. X’ironija hux? Mela l-banda ħadet ħsieb biex tgħid grazzi lill-Professur Demarco billi onoratu bid-daqq ta’ marċi funebri fil-funeral tiegħu u għal min forsi ma jafx dan il-funeral il-banda jiġi jiswiha minn tal-inqas bejn €700 u €1000 u xi tkun il-grazzi li tieħu? Minflok il-grazzi, dan ir-reporter ma naqasx milli jieħu l-okkażjoni biex jitfa’ t-tajn u jfakkar ’l-udjenza f’xi diżgwid li setgħu kellhom il-baned Ħamruniżi fil-passat.

U aħna ż-Żabbarin ma tantx għandna dellna eħfef minn tal-Ħamruniżi għax ilkoll nafu mil-liema esperjenza

għaddejna ftit tas-snin ilu. Diġa’ għaddejt rimarka għaliha minn din il-paġna tiegħi darb’oħra imma nħoss li għandi nerġa’ nirrepeti kif waqt il-festa ta’ xi snin ilu li fl-opinjoni tiegħi kienet waħda pjuttost eżemplari, ir-reporters tal-programm Xarabank kienu abbli jagħżlu l-agħar biċċiet biex meta imbagħad għaqqduhom kollha f’daqqa taw l-impressjoni li f’Ħaż-Żabbar kien hemm replika tal-battalja dejjiema bejn l-istat Israelit u l-Palestinjani.

Sfortunatament nerġa’ ngħid il-media għandha poter enormi u dan il-poter qiegħed fil-maġġor parti f’idejn nies li qatt ma missew mal-festi u ma jafux l-anqas x’inhuma għax li tkun involut fil-festi tfisser li tiddedika ħinek u flusek u dawn in-nies l-interess tagħhom huwa li bwiethom jimlewhom bil-flus minn fuq il-festi u mhux jiżvujtawhom. U bħala soċjetajiet u entitajiet li għandna xi rabta jew oħra mal-organizzazzjoni tal-festa naħseb li sa ċertu punt għandna daqsxejn tort fih dan l-istat ta’ fatt Inħoss li m’aħniex nagħmlu l-pożizzjoni tagħna ċara biżżejjed u kull meta jiġu biex jagħmlulna xi intervista inkunu ċerti li nkunu disponibbli mija fil-mija mingħajr ma forsi nindunaw li nkunu qed indaħħlu l-lifgħa f’kommitna bħal ma kien ġralna dakinhar ta’ Xarabank għax għal min forsi ma jafx dawk il-filmati ‘xokkanti’ ġew miġbuda mill-proprjetà tas-Soċjetà wara li konna tajnihom permess aħna.

Fi tmiem l-istaġun tal-festi tas-sena li għaddiet, il-Kurja Arċiveskovili ppublikat dokument li kien immirat sabiex jirregola l-festi u fi ftit taż-żmien dan id-dokument qajjem kjass enormi. Sinċerament naħseb li l-iskop tad-

dokument kien wieħed tajjeb u ġenwin imma l-mod li bih ġie mfassal ma ħax in konsiderazzjoni fattur elementari fiċ-ċelebrazzjoni tal-festi Maltin: dak li kull festa għandha l-karatteristiċi partikolari tagħha u dak li huwa applikabbli f’post ma jkunx jagħmel sens jew differenza f’lokalitajiet oħrajn. Allura naħseb li huwa prattikament impossibbli li kull festa tiġi rregolata bl-istess parametri għaliex żgur li jkun hemm ħafna klawsoli li fil-każ tagħna ma japplikawx imma fl-istess ħin jista’ wkoll ikun hemm intietef żgħar li ma ġewx inklużi imma li jista’ fil-każ tagħna jkunu sinifikattivi ħafna.

Għaldaqstant naħseb li s-soluzzjoni għal din il-kwestjoni hija r-relazzjoni li teżisti bejn is-soċjetajiet mużikali Żabbarin li sa minn 20 sena ilu kienu diġà ħassew il-ħtieġa li ċ-ċelebrazzjoni tal-festa għandha tiġi kkurata u kkontrollata sal-inqas dettall. U kull sena l-ftehim ta’ bejnietna jiġi mġedded u msaħħaħ u fejn forsi naraw li seta’ kien hemm xi nuqqas jiġi rranġat. Mill-esperjenza tiegħi rajt ħafna uffiċjali tal-Pulizija li jkunu se jaħdmu l-ewwel darba fil-Festa tal-Grazzja litteralment terrorizzati kif folla ta’ dik il-kwantità ser tiġi kkontrollata. Il-maġġor parti tal-kummenti tagħhom fi tmiem il-festa jkunu li qatt ma kienu jirrejalizzaw kemm il-Festa tal-Grazzja hija relattivament ‘faċli’ biex tamministraha. Iva, għax diment li jkun hemm rieda tajba bejn il-Kumitati u s-soċjetajiet u kulħadd jimxi ma’ dak li miegħu inkunu qbilna dwaru madwar mejda, allura żgur li m’għandux ikun hemm problemi. U jekk dawn jinqalgħu, allura rridu nkunu pronti nsolvuhom fl-iqsar żmien possibbli biex l-affarijiet ma jeskalawx. Ma rridux ninsew li l-festa hija okkażjoni ta’ ferħ u għaldaqstant l-alkoħol ikun qiegħed fl-aqwa tiegħu. Niftakar il-Profs. Demarco, Alla jaħfirlu, jispjegalna l-istadji tal-effett tal-alkoħol fil-Kriminal u kif l-ewwel tibda bit-tlablib fil-vojt, imbagħad tkompli bil-ferħ u d-daħk li f’daqqa waħda jistgħu jinbidlu f’aggressività u ġlied u fl-aħħar nagħlqu bil-biki ddisprat. Għaldaqstant, irridu noqogħdu b’seba’ mitt għajn biex jekk jista’ jkun iż-żewġ fażijiet tal-aħħar ma mmissuhomx fil-Festa tal-Grazzja għax inkella ħalli għalihom il-gazzetti biex ifaqqgħulna titlu ta’ belt grazzjuża oħra.

U la erġajt qbadt ma’ tal-media, ġietni f’moħħi okkażjoni oħra partikolari. Mela

ftit taż-żmien ilu kelli bżonn nitla l-Belt filgħaxija fuq xogħol u f’dak il-jum inzerta kien hemm kunċert partikolari massiċċ fuq il-fosos tal-Furjana. Tista’ taħseb il-ġenn li kien hemm u spiċċajt ipparkjajt barra u dħalt il-belt bil-mixi. U spiċċajt kelli ngħaddi mill-viċinanzi ta’ dan il-kunċert u dak li kelli nara xxukkjani. Il-mod degradanti li xi wħud bdew jaġixxu bih kien diżgużtanti u jekk għaddejt mitt persuna taqdi l-bżonnijiet fisjoloġiċi tagħha mas-siġar, ħitan u tyres tal-karozzi kienu ftit, filwaqt li ċertu negozju klandestin li kien għaddej fil-viċinanzi kien wieħed lampanti. U l-għada tara l-aħbarijiet u l-coverage, kunċert eżemplari u ta’ suċċess u bla bla bla. Bejni u bejn ruħi għidt l-unika ħaġa li nesew iġibu kienet is-Santa ta’ San Ġorġ Preca!

Il-mistoqsija tiegħi finalment hija waħda. Għalfejn din id-disparità ta’ trattament mill-media? Għalfejn festa lokali li tiġi organizzata interament mill-volontarjat u li ilha tiġi offruta lill-poplu mingħajr l-ebda forma ta’ ħlas għal mijiet ta’ snin qed tiġi daqstant imkasbra filwaqt li kunċert li minnu qed jiġu sfruttati ż-żgħażagħ tagħna u litteralment jisirqulhom il-flus minn bwiethom u xi kultant anke ħajjithom qiegħed jiġi kważi gglorifikat mill-media? Ir-risposti jistgħu ikunu varji imma nixtieq li nħalli lilkom taslu għall-konklużjonijiet tagħkom.

U diment li s-soċjetajiet se jibqgħu kajmana u disponibbli għall-media, wisq nibża’ li s-sitwazzjoni qajla se tinbidel. Ir-reazzjoni tas-soċjetajiet għad-dokument tal-festi tal-Kurja kienet xiehda ta’ kemm għad hawn nies dilettanti ta’ dan id-delizzju tradizzjonali Malti u l-għaqda li dehret tat il-frott tagħha għaliex dak li forsi qabel deher skontat issa forsi qed jiġi meqjus b’lenti differenti.

Jiġifieri jekk se nibqgħu passivi u s-soċjetajiet mhux ser isemmgħu leħinhom kif suppost b’mod tanġibbli, naħseb li nkunu qed inkomplu norbtu l-mażżra ma saqajna.

Il-festi mhumiex id-delizzju tagħna iżda huma t-tradizzjoni tagħna. Huma parti mill-kultura u l-identità Nazzjonali tagħna.

U ejjew ma nħallu ’l ħadd jeqred jew idgħajjef din l-identità u t-tradizzjoni tagħna.

Il-festa t-tajba lil kulħadd!

10 11

Page 8: Programm tal-Festa 2010

Hbieb,

reġa’ imiss lili biex għat-tieni sena konsekuttiva ngħaddilkom rendikont żgħir ta’ l-attivitajiet tas-Soċjetà mil-lenti tal-kaxxier.

Ħmistax wara l-festa tas-sena li għaddiet għamilna ikla fil-Blue Arena li matulha tnieda d-DVD tal-Festa 2009. Attività tant mistennija u f’atmosfera aktar kalma, iltqajna, kilna u ddevertejna bid-DVD. Kif ħafna setgħu japprezzaw, id-DVD tal-festa 2009 inħadem b’mod differenti mis-soltu u inkluda filmati u aspetti mill-festa li ssoltu ma tantx ikunu koperti.

Malajr waslu l-attivitajiet tal-Milied u bħas-sena ta’ qabel, il-party tat-tfal reġa’ kien suċċess. B’naqra aktar koperazzjoni mill-ġenituri, it-tfal ikollhom aktar fejn jilagħbu u jieħdu pjaċir. Verament li s-Sala MMG ta’ Triq id-Dukkar saret żgħira għal attività ta’ din ix-xorta.

Wara kien imiss id-Dinner Dance tal-Milied li din is-sena sar ġewwa l-Intercontinental Hotel f’San Ġiljan. Għal din l-attività, il-konkorrenza kienet ferma aktar sodisfaċenti minn tas-snin preċedenti. Meta toffri servizz mill-aqwa, is-soċji jikkonkorru b’aktar ħeġġa u l-attendenza tkun aktar numeruża. Dan ifisser li kull sena rridu nitilgħu tarġa fil-kwalità tas-servizz offrut. Nispera li dik ta’ din is-sena tkompli tikber.

Kif kien mistenni, il-Programm Mużikali Annwali ta’ Frar, MMG Rocks On! kien suċċess fenomenali fejn komplejna ngħollu l-livell diġà għoli tas-snin ta’ qabel. Kien ta’ suċċess

Discount Depot Cash & CarryTal- Barrani Road L/0 Zejtun

Telephone: 2166 3304Fax: 21806094Email: [email protected]

anutGdid!

• Żurid-DiscountDepotCash &Carryuapprofittaminn offertispeċjali!

Parkeġġmhuxproblema!

Xorbuikel,toileteries, detergents,confectionery items,disposables,inbejjed uspirti,silġ...

B’kuraġġ u determinazzjoni komplejna...

Mark Anthony Tabone, Kaxxier

13

Page 9: Programm tal-Festa 2010

ukoll mil-lat finanzjarju billi rnexxilna ntellgħu serata ta’ dan il-livell mingħajr ma ngħabbu lis-Soċjetà b’xi piż finanzjarju. Ta’ dan nirringrazzja lill-isponsors, lill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar kif ukoll lil kull min tana donazzjoni. Kull min attenda apprezza x-xogħol kbir li sar, kemm mil-lat ta’ organizzazjoni u kif ukoll mil-lat mużikali. Prosit ukoll lill-bandisti, lis-surmast direttur u lill-kantanti. Meta x-xogħol ikun sar b’daqsekk serjetà, in-nies tikkontribwixxi aktar u x-xogħol ikun apprezzat ħafna.

Hekk kif qorob is-sajf, ġiet organizzata ikla mill-Kummisjoni Żgħażagħ u mill-Kummissjoni Nar u Armar b’format differenti. Is-serata fil-fatt ikkonsistiet f’ikla ħanżir mixwi fl-isfond ta’ l-għannejja li taw spettaklu sabiħ ħafna bl-għana tradizzjonali tagħhom li ngħoġob ferm mill-pubbliku. F’din l-istess serata kien mistieden ukoll il-kantant Augusto Cardinale li żamm lil kulħadd anzjuż u attent bl-isketches komiċi tiegħu.

Il-ħidma għall-ġbir ta’ fondi ma tiqafx hawn. Is-sajf għal ħafna minna – kemm dawk fil-Kumitat Eżekuttiv kif ukoll għal dawk il-volontiera li jgħinuna, ikun ifisser li rridu nieħdu ħsieb it-tombla li bħas-soltu tellajna kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis, mill-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju sa l-aħħar ġimgħa t’Awwissu. Din hija rabta li żżommok ‘il-bogħod minn xi għawma wara x-xogħol jew xi BBQ ħdejn il-baħar. Sfortunatament din is-sena, il-konkorrenza naqset u konna għoddna waqafna fl-aħħar ta’ Lulju, iżda b’kuraġġ u determinazzjoni komplejna. Nappella lis-soċji u lill-

ammiraturi tas-Soċjetà biex jekk Alla jrid, sena oħra jipparteċipaw aktar. Hija verità li l-flus fl-idejn naqsu u li llum il-ġurnata hawn aktar postijiet ta’ divertiment. Iżda rridu nżommu f’moħħna wkoll li l-ispejjeż tas-Soċjetà baqgħu hemm, anzi żdiedu.

Waqt li qed nipprepara dan il-messaġġ, qed nippreparaw żewg attivitajiet kbar għal qabel il-festa fejn f’waħda minnhom ser ikollna wkoll it-tnedija tal-kanzunetta l-ġdida bl-isem ta’ Ġawhritna, fuq l-istess livell ta’ Ġrajjietna. Mingħajr dubju din il-kanzunetta ser tkun ta’ suċċess daqs dik ta’ qabilha u ser tkun il-hit ta’ din il-festa.

Għall-għada tal-festa ser norganizzaw ix-xalata tradizzjonali. Għal aktar dettlaji idħlu fis-site tas-Soċjeta’ www.mmg.com.mt jew segwu n-notice boards tas-Soċjetà.

Bħas-sena l-oħra, din is-sena ser nagħmlu l-launching tad-DVD nhar il-25 ta’ Settembru, b’ikla tajba fil-Blue Arena. Inħeġġiġkom tkunu numerużi għal din l-attività u ġġibu magħkom lill-familjari u lill-ħbieb biex nerġgħu nġeddu l-esperjenza tal-festa.

Għal min ma jafx, il-Kumitat qed jippjana biex jirrestawra l-proprjetà ta’ l-Għassa l-Antika u jembarka fuq proġett ambizzjuż hekk kif il-kirja ta’ dan il-post ġiet fi tmiemha. B’relazzjoni ma’ dan, tajjeb tkunu tafu li ftaħna proċeduri legali sabiex is-Soċjetà titħallas l-arretrati dovuti lilha. Fir-rigward tal-proġett li d-dettalji tiegħu jitħabbru aktar ‘il quddiem,

nappella sabiex aktar voluntiera imiddu jdejhom għax-xogħol sabiex dak kollu li kapaċi nagħmlu aħna, isir min-nies ta’ ġewwa mingħajr ma naħlu l-flus f’xogħol sempliċi li jista’ jsir minnha stess. Jiddispjaċini ngħid li biex ċertu xogħol tkompla kellna nqabbdu lin-nies. Nippretendi li kull min għandu għal qalbu s-Soċjetà imidd idu u jikkopera mal-Kumitat għal dan il-proġett kbir u ambizzjuż li bi ħsiebna nagħmlu. Żgur li meta dan jitlesta jkun ta’ ġieh u unur għall-arma li nħaddnu.

Qabel nagħlaq, nixtieq inħeġġeġ lis-soċji li huma anqas attivi biex jibdew jersqu aktar lejn is-Soċjetà għax kulħadd huwa importanti u flimkien inkomplu nkattru l-ġid ta’ din is-Soċjetà hekk kbira. B’dispjaċir kultant iddur madwarek u ma ssib lil ħadd ġdid li lest jaqsam il-piż. Hemm bżonn ta’ aktar nies qrib tagħna ħalli ħadd ma jaqta’ qalbu u jitfa’ l-piż tiegħu fuq il-kollegi l-oħra.

Nirringrazzja lil kull min għeni, b’mod speċjali lill-kumitat eżekuttiv u lis-sotto-kumitati, u mhux l-anqas lill-familja tiegħi li spiċċaw jagħmlu ħafna sagrifiċċji miegħi għas-Soċjetà. Nixtieq nirringrazzja lill-Fergħa Nisa għall-ġbir ta’ fondi li għamlu fis-sajf għall-ħlas tal-banda fil-festa. Din is-sena kellna palata bil-kupuni tal-J.M. Distributors, fejn kull min għogbu jagħti donazzjoni ta’ ħames jew għaxar Ewro, ingħata rigal. Din l-inizjattiva għenet f’din il-ħidma diffiċli. Grazzi mill-qalb.

Il-festa t-tajba lil kulħadd.

Tal-Barrani Road, tal-Barrani - L/o Zejtun(ex Banju Boutique Stores)

Tel: 2166 3304 Email: [email protected]

AgħżelRigal Għalik••

Kinnie Lilo Kinnie Hanging Sofauntil stock laststad-DonazzjoniGrazzi

14 15

Page 10: Programm tal-Festa 2010

Dun Bastjan Caruana, Kappillan

Pass ieħor ‘il quddiem fil-mixja spritwali

Bil-għajnuna ta’ Alla wasalna fil-ġimgħa tal-festa, li b’ħeġġa u mħabba kbira, nagħmlu lil Ommna

Marija tal-Grazzja. Nistgħu ngħidu li din il-ġimgħa hi l-isbaħ ġimgħa fil-kalendarju tagħna ż-Żabbarin imma wkoll hi l-aktar ġimgħa mpenjattiva tista’ tgħid għal kull wieħed u waħda minna, għax b’xi mod jew ieħor tinvolvina lkoll. Kemm ninvestu ħin u enerġija biex f’din il-ġimgħa nagħmlu xi ħaġa sabieħa! Kemm persuni jissagrifikaw il-vaganzi tagħhom ta’ matul is-sajf biex jagħtu sehemhom ħalli jkollna l-festa li jkollna! Dan tassew juri l-imħabba tagħna mhux biss lejn Marija imma wkoll lejn ħutna Żabbarin u anke lejn Maltin oħra li jingħaqdu magħna f’dan iż-żmien. Dan kollu hu ta’ min ifaħħru.

Imma tajjeb li nkunu għaqlin u naraw ukoll x’effett qed tħalli din l-okkażjoni fil-komunità Żabbarija? Ta’ min naraw x’riżulati qed ikollna bil-ħidmiet bla serħan tagħna. Mhux biżżejjed li nieħdu gost matul din il-ġimgħa, għax inkella jista’ jispiċċa kollox sa nhar il-Ħadd li ġej filgħaxija! Imma imporanti li din il-ġimgħa sservi biex ilkoll nimtlew b’aktar ħeġġa u kuraġġ biex ngħixu l-ħajja tagħna ta’ kuljum b’aktar impenn u ħeġġa. Dak li nagħmlu għandu joħloq fostna ambjent li jkompli jimliena b’imħabba lejn Alla u lejn xulxin kif kienet Ommna Marija. Jekk naħdmu biex bejnietna jkun hemm aktar ambjent ta’ familja nkunu qed ninqdew tajjeb b’dan iż-żmien ta’ festa u nkunu qed ninvestu f’dak li jibqa’.

Għalhekk l-appell tiegħi hu biex din il-festa tkun okkażjoni oħra fejn naprezzaw il-ħidmiet ta’ xulxin, naħdmu f’koordinament sħiħ bejnietna, u nfittxu li nibżgħu għal kull persuna. Irridu nagħmlu ħilitna kollha biex ħadd, l-anqas persuna waħda biss, ma tkun diżappuntata jew imweġġa’ minħabba xi kelma jew xi għaġir tagħna. Naf li faċli ħafna li dan jiġri, għax jista’ jkun sieħbek stess li ilek taħdem miegħu sena sħiħa, li forsi tweġġgħu jew tonqsu f’mument ta’ għejja u tensjoni li tista’ tgħaddi minnhom. Imma anke jekk dan jiġri nieħdu ħsieb li nfittxu li nirranġaw mill-ewwel dik is-sitwazzjoni; b’hekk inkunu qed inġibu l-imħabba ta’ bejnietna qabel l-istess attivitajiet li nagħmlu.

Dan hu l-akbar ġieħ li nistgħu nagħtu lil Ommna Marija tal-Grazzja. Hi li ħabbet lill-oħrajn bħala nfisha għax kienet tħobb tassew lil Alla b’qalbha kollha, b’ruhha kollha, bil-ħsieb tagħha kollu u b’dak kollu li kienet. J’Alla lkoll inkomplu nagħmlu pass ieħor ‘il quddiem fil-mixja spritwali tagħna permezz ta’ dak kollu li se ngħixu din il-ġimgħa.

F’isem il-kleru ta’ Ħaż-Żabbar u f’isem il-Kunsill Pastorali Parrokkjali nawgura l-festa t-tajba liż-Żabbarin kollha.

17

Page 11: Programm tal-Festa 2010

Q i e g ħ d a terġa’ toqrob il-Festa

tal-belt għażiża tagħna u għalhekk f’ismi u f’isem sħabi kollha tal-Kunsill Lokali nixtieq minn issa nawguralkom il-Festa t-tajba. Iżda rridu nkunu aħna, kull wieħed u waħda minna, li nistgħu nagħmluha tajba u fl-istess ħin nieħdu gost u ngawduha. Bi pjaċir kbir nistqarr li r-relazzjonijiet bejn il-Kunsill u l-baned lokali, l-aktar tul dawn l-aħħar xahrejn kienu mill-aħjar, u dan jawgura tajjeb għal Festa sabiħa. Fl-imgħoddi ġraw affarijiet li setgħu jħammrulna wiċċna; iżda darba tonqos ir-rivalità bejn iż-żewġ każini, bejn iż-żewġ baned tagħna, it-tnejn baned kbar u jagħmlu ġieħ lil Malta tagħna, allura l-piki ma jibqax posthom. Aħna lkoll Żabbarin, u l-iskop tagħna għandu jkun l-għaqda ta’ bejnietna. Ħaġa li torbot sħiħ mal-Festa hija l-indafa fil-lokalità tagħna. Kulħadd jaf wara li tgħaddi l-Festa x’mandra nħallu warajna. Dan forsi jsir b’nuqqas ta’ ħsieb, b’kapriċċ u bosta drabi bi ksuħat. Kulħadd jifhem li l-mandra trid titnaddaf u biex titnaddaf neħtieġu l-ispejjeż, u mhux ftit. Flus li nkunu nistgħu nużaw għal skopijiet aktar siewja għal-lokalità tagħna. Għandna bosta proġetti kbar xi nwettqu f’Ħaż-Żabbar, u għalhekk aktar ma wieħed joqgħod attent, juża s-sens ċiviku u jżomm l-indafa, aktar ikun jaqbel, għalina lkoll.

Hawn ma nistax ma nirringrazzjax lil dawk kollha li b’xi mod jgħinu biex kull sena biex il-Festa tagħna tirnexxi, tkun suċċess u tagħti gost kemm lilna u kemm lill-barranin li jiġu jżurunu f’dawk il-jiem, li hu dmir tagħna li nħallulhom impressjoni tajba tagħna u tal-Belt tagħna. Grazzi kbira lill-voluntiera kollha, f’kull qasam, li dejjem ikkollaboraw magħna u sibnihom meta kellna bżonnhom. Ħajr speċjali jmur lill-Wisq Reverendu Kappillan, Dun Sebastjan Caruana,

għall-ħidma tiegħu bla heda matul is-sena kollha, u l-aktar f’dawn il-jiem tal-Festa.

Nixtieq li dawn il-kelmtejn tiegħi ma jtirux mar-riħ u jgħaddu mal-Festa. Minbarra li sservina ta’ ftit ġranet ta’ divertiment u aljenazzjoni mill-ħajja ta’ kuljum, il-Festa għandha skop nobbli: dak li tgħaqqadna flimkien bħala poplu, poplu Żabbari wieħed,komunità waħda, ħawtiela u ħabrieka. U aħna, bħala Kunsill, niddependu minnkom għal dan, għax fejn hemm l-għaqda hemm is-saħħa. Intom tistgħu tgħinu bil-bosta fil-ħidma tagħna biex inkomplu nsebbħu u nkabbru isem Ħaż-Żabbar. Tista’ tgħinuna billi tgħożżu s-sens ċiviku, billi tħarsu l-indafa, billi tgħinuna nwaqqfu t-traskuraġni, il-ħela, il-vandaliżmu u ħafna indifferenza, li wara sservi biss biex wieħed joqgħod iwaħħal fl-ieħor.

J’Alla l-Festa ta’ din is-sena tirnexxi u tkun isbaħ minn dawk ta’ qabilha. Inżommu ċertu dekor u serjetà. Niddevertu flimkien b’mod onest bla ma nweġġgħu aħna u lanqas inweġġgħu lil ħaddieħor. Inkunu poplu ċivilizzat, biex b’hekk ma nħallu lil ħadd jitkaża bina, u nibqgħu dejjem ulied denji ta’ din il-belt sabiħa tagħna. Grazzi.

a a a aaa

a aaa

a a

a

a a

aa

aa

aa

a

a a a a

XELINU MOBILE TYRE SERVICES

GEOFFREY PULIS • Mini Parts & Accessories • Xg˙ajra Road • ÛabbarTel: 2180 1413 • Mob: 9945 8375

SILVERSTONE

Distributor: Colway, Haida, Silverstone, Double Star Tyres

18 19

Page 12: Programm tal-Festa 2010

Ninsabu fix-xahar ta’ Settembru u t-toroq tal-Belt Hompesch jibdew bil-mod il-mod jilbsu

l-libsa differenti mix-xhur l-oħra tas-sena għall-okkażjoni tal-festa tal-Patruna tagħna il-Madonna tal-Grazzja.

Bħal ma jaf kulhadd, fil-ħajja mgħaġġla tal-lum wieħed ftit li xejn isib ħin għalih innifsu, aħseb u ara għal xogħol volontarju. Però trid tkun int stess li tagħti spazju lilek innifsek u ssib dan il-ħin u tipprova tużah bl-aktar mod għaqli. Dan, apparti milli jagħtik serħan mir-rutina tal-ħajja, jagħtik ukoll ħafna sodisfazzjon. Is-sena li għaddiet kienet sena

impenjattiva ħafna fejn irnexxielna nwettqu ħafna

affarijiet li komplew żiedu fil-kullana ta’ suċċessi għas-Soċjetà tagħna.

Il-programm li sar fil-ġranet tal-

Milied reġa’ kien suċċess kbir u

l -attendenza tas-soċji ma naqsitx.

Is-Sala Gino Sciberras k i e n e t

ippakjata u sfortunatament kien hemm min ma laħaqx post ġewwa. Jekk nibqgħu sejrin hekk, irridu naraw fejn ser nagħmlu dan il-programm hekk mistenni biex dawk kollha li jattendu jkollhom post fejn joqogħdu.

Wara dan bdejna naħsbu fuq il-Programm Anwali li jittella’ fit-Teatru Notre Dame. Il-mużika li ntagħżlet kienet rock u rock ‘n roll u għalhekk il-programm ġie msejjaħ MMG Rocks On! Dan ittella’ nhar il-Ħadd 21 ta’ Frar 2010 u kien kunċert ieħor fenomenali bit-teatru mballat bin-nies. Minn hawn nixtieq ngħid grazzi lil dawk kollha li attendew, għax b’hekk aħna nagħmlu kuraġġ u nkomplu intellgħu programmi ta livell għoli. Grazzi tmur ukoll lil dawk il- benefatturi u partitarji li għoġobhom jirregalaw il-mużika għal dan il-programm li kollha ġiet ordnata apposta minn barra minn Malta.

Ma nistax ma nsemmix il-Kummissjoni Banda, li din tiltaqa’ regolarment biex tiddiskuti l-andament tal-banda, kunċerti, mużika ġdida, programmi u dak kollu li għandu x’jaqsam mal-qasam mużikali fi ħdan is-Soċjetà. Prosit tmur lis- Surmast Direttur Mro. Ray Sciberras F.L.C.M. u l-Assistenti tiegħu Mro. Charles Wallace Suda u Kevin Mizzi M. Sc. li ta’ kull ġimgħa jagħtu lezzjonijiet lil ħafna allievi li dawn aktar ‘il quddiem ser ikunu bandisti ta’ kwalità tas-Soċjetà.

Min hawn nixtieq ngħid prosit speċjali lis-Sur Kevin Mizzi M. Sc. li dan l-aħħar il-Kumitat Eżekuttiv għoġbu jaħtru

bħala Assistent Surmast tas-Socjetà. Nawguralu suċċess f’’din il-kariga ġdida li ġiet fdata lilu.

Ta’ kull sena, il-Kumitat Eżekuttiv jagħmel preparamenti kbar biex il-festa li jkun qed jaħdem għaliha tkun akbar u aqwa minn dik li tkun għaddiet u bla dubju din is-sena mhux se tkun inqas mis-snin ta’ qabel. Imma dan kollu ma jistax isir jekk ma jkollniex l-għajnuna ta’ diversi kummissjonijiet u membri fi ħdan is-Soċjetà. Għalhekk prosit tmur lill-Kummissjoni Banda, Kummissjoni Żgħażagħ, Kumissjoni Nar u Armar u l-Fergħa Nisa għall-ħidma tagħhom matul is-sena kollha.

Il-festi ta’ barra għandhom isiru b’mod li jżommu l-festa tagħna qawwija u ħajja mingħajr ma tkun ta’ inkonvenjent għal ħaddieħor. Dan kollu jkun possibli jekk wieħed iżomm il-moderazzjoni fuq quddiem. Għandna nieħdu pjaċir u ngawdu kemm nifilħu iżda dejjem nibqgħu niftakru li biex nieħdu pjaċir ma jfissirx li għandna ndejqu lil ħaddieħor. Min-naħa l-oħra, ma nistennewx min idejjaq lilna. Dejjem għandna nkunu maturi u attenti li ma naqgħux fix-xibka li ntellfu l-ġieħ tal-festa għażiża tagħna ad unur il-Patruna taż-Żabbarin – il-Madonna tal-Grazzja. Nitolbuha tħarisna bħal ma ħarset lil binha Ġesù.

Nawgura l-festa t-tajba liz-Żabbarin kollha.

Viva l-Banda Maria Mater Gratiæ. Viva l-Madonna tal-Grazzja.

Xogħol ta’ sodisfazzjon

Joe Saliba, Viċi-President

20 21

Page 13: Programm tal-Festa 2010

Għall-grazzja t’Alla erġajna wasalna biex niċċelebraw festa oħra lill-Patruna tagħna ż-Żabbarin u bħas-soltu rridu noħorġu ta’ rġiel u nisa li aħna. Irridu li

nagħmlu festa kbira u sabiħa li tagħmlilna unur u tferraħna. Irridu li din il-festa tilħaq l-iskop tagħha.

Il-festi nagħmluhom biex nifirħu flimkien bħala l-familja Żabbarija madwar Ommna Marija. Permezz tal-festa rridu li nkomplu nitgħallmu iktar dwar Ommna Marija ħalli nkunu nistgħu nieħdu l-eżempju u l-indħil tagħha biex ningħaqdu dejjem aktar bejnietna, u permezz tagħha nersqu aktar lejn Binha Ġesù.

Il-festa trid il-preparazzjoni tagħha. Matul is-sena tieħu gost tara lil ħafna gruppi differenti, kulħadd mehdi fuq xogħlu. Għandek il-membri tal-Kumitat u s-sotto-kumitati, dawk li jieħdu ħsieb iġibu l-finanzi meħtieġa, dawk li jirranġaw u jlestu l-armar, oħrajn jippreparaw in-nar u tant u tant oħrajn. Irġiel u nisa, żgħażagħ u anzjani, kollha flimkien jaħdmu b’għan wieħed. Għandek imbagħad il-bandisti flimkien mas-Surmast jgħaddu s-sena jikkunċertaw u xi kultant iferrħuna b’xi kunċert fuq stil jew ieħor.

Dawn huma kollha affarijiet sbieħ u utli. Tieħu tassew gost tara ’l dawn l-individwi jaħdmu kollha flimkien. U anke Ġesù jieħu gost ukoll għaliex ‘fejn tnejn jew aktar ikunu miġburin f’ismi, hemm inkun jien f’nofshom’, qalilna.

Bħalissa kulħadd jibda jagħti l-aħħar irtokki lil xogħolu. Jiżdiedu l-kunċerti, jibdew jintramaw l-arbli u d-dawl… Sinjal tajjeb, imma noqogħdu attenti li naħsbu ukoll għal dak li huwa spiritwali ħalli hekk ikollna tassew il-paċi dejjiema.

Minn hawn u ftit ieħor tibda n-Novena, id-disgħat ijiem ta’ preparazzjoni għall-Festa. F’dawn il-ġranet għandna nieħdu sehem fil-quddies kompluta bit-tqarbina tagħna u jekk hemm bżonn nersqu biex nagħmlu qrara tajba.

Tajjeb li naħsbu fl-oħrajn, b’mod speċjali f’dawk li din is-sena ma jistgħux jingħaqdu biex jifirħu magħna. Naraw kif nistgħu nersqu lejhom u noffrulhom l-għajnuna tagħna.

Ngħinu lil xulxin biex nifirħu u nferrħu. U allura noqogħdu attenti għall-kliem u l-kant tagħna. Inkunu lesti li ngħinu ’l xulxin biex inżommu l-livell tax-xorb ħalli ħadd ma jgħid jew jagħmel xi ħaġa li tista’ tweġġa’ ’l ħaddieħor u wara jiddispjaċina għaliha.

Nawguraw festa tajba, kbira u sabiħa lil kulħadd. Festa li tagħmel unur u tferraħ lilna u ’l Ommna Marija.

Viva l-Patruna tagħna, Ommna Marija tal-Grazzji.

23

Page 14: Programm tal-Festa 2010

Fil-kariga tiegħi ta’ Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi dejjem stinkajt sabiex lis-Soċjetà tagħna npenġiha f’dawl isbaħ mal-poplu – kemm dawk midħla tal-Każin, kemm dawk li m’humhiex.

Biex il-ġenituri jafdaw lil uliedhom jiġu jitgħallmu l-mużika fis-Soċjetà tagħna; biex il-programmi mużikali li ntellgħu jkunu mfittxija minn kulħadd; biex il-Każin ikun iffrekwentat min-nies minn oqsma differenti tal-ħajja u ta’ etajiet varji, u jinżamm ħaj; u biex ħadd ma jibża’ jingħaqad magħna fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa - nemmen li fid-dinja tal-lum, biex dawn iseħħu, irid ikollok taħlita ta’ ingredjenti tajba (li m’hix faċli

biex issibilha bilanċ) msejsa fost kollox fuq il-professjonalità f’dak li tagħmel, l-imġieba eżemplari min-nies ta’ ġewwa stess, u

ħolqien ta’ ambjent nadif u adekwat. Jekk ma jkollokx dawn, ovvjament ikkumplimentati mir-riżorsi meħtieġa, kemm

dawk finanzjarji u kemm dawk amministrattivi, tista’ tagħmel żewġ affarijiet biss: 1. jew tagħlaq il-bibien darba għal dejjem jew 2. tibqa’ tidħak bik innifsek u tgħid li għandek għaqda ħajja meta fil-verità ma jkollok xejn.

X’jagħmel għaqda mużikali ħajja? Ħafna nies jirreferu għalina bħala tal-każin. B’dan it-terminu il-maġġoranza tan-nies jifhmu s-Soċjetà. Għalija iżda, il-Każin hu l-bini jew aħjar is-sede filwaqt li s-Soċjetà hi n-nies li jsawruha.

It-tnejn huma importanti.

Il-Każin hu ċ-ċentru ta’ l-attività tagħna. Fih isir it-tagħlim tal-mużika, il-provi tal-banda, is-seduti tal-

Kumitat Eżekuttiv u dawk tas-Sotto-Kumitati. Fih isiru wkoll l-attivitajiet ta’ fund-raising, programmi mużikali mill-

Banda, attivitajiet tal-massa u ħafna aktar. Fih naqdu ta’

Niġbdu n-nies lejna

Ronald Mizzi M.A. – Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi, Asst. Segretarju

24 25

Page 15: Programm tal-Festa 2010

kuljum il-funzjoni tagħna, u bejn daħka u oħra, jew tbaqbieqa u oħra, sew jekk f’laqgħa formali f’uffiċju, sew jekk waqt taħdita informali fuq drink fil-bar, inkomplu l-mixja tas-Soċjetà. Għalina, li għanda sehem fit-tmexxija tas-Soċjetà, il-Każin hu t-tieni dar tagħna.

Biss mhux kull min jiffrekwenta l-Każin jiffrekwentah għall-istess skop bħalna. Għal bosta, il-Każin hu biss sinonimu mal-bar u allura f’moħħhom hu biss sempliċiment ħanut tax-xorb kwalunkwe fejn fih jistgħu jmorru jqattgħu siegħa żmien ilegilgu bi prezzijiet li aktarx ma jsibu mkien orħos minnhom. Dawn ftit li xejn ikun jimpurtahom x’qed tagħmel is-Soċjetà jew il-Banda. U la jimpurtahom mill-ambjent tal-bar u la minn ħaġa u lanqas minn oħra. Ħafna minnhom lanqas biss ikunu membri tas-Soċjetà. Jispiċċa barman u jilħaq ieħor u r-rutina tkompli. L-inkwiet tagħhom ikun biss jekk xi fula f’qargħa, l-barman ma jiftaħx jew ikollu jagħlaq kmieni.

Għal oħrajn il-Każin hu biss il-bar u l-big skrin biex jaraw xi logħba futbol mal-ħbieb. Ħafna minn dawn ukoll ikunu estrani għall-andament tas-Soċjetà. L-aqwa li jiġu, iqallgħu lira lil tal-bar u jaraw il-logħba fil-kumdità.

Għal oħrajn il-Każin hu biss ta’ kull nhar ta’ Ħadd filgħodu fejn jinġabru mal-familja u l-ħbieb jixorbu u

jnaqqru xi ħaġa milli jipprovdi tal-Bar.

Hawn ikollok taħlita ta’

nies –

uħud soċji li jinteressahom l-andament tas-Soċjetà u tieħu pjaċir tarahom jitkellmu ma’ xi membru tal-Kumitat fuq xi mejda, iħallsu l-menswalità jekk ikunu b’lura, jinteressaw ruħhom f’xi ġabra li tkun qed issir, u jżerżqu xi donazzjoni għal xi proġett li jkun qed jitwettaq. Għal oħrajn, dan ma japplika xejn u għalihom il-Każin iservi ta’ club fejn jieħdu drink u jisimgħu ftit mużika moderna. Jekk l-atmosfera tkun tajba, ġieli jibqgħu hemm sa filgħaxija.

Għal kategorija oħra ta’ nies, il-Każin jeżisti biss fis-sajf malli joħroġ l-avviż li ħa tibda t-tombla. Hekk kif jasal Ġunju, tarahom ġejjin bi ħġarhom biex jilagħbu t-tombla, darbtejn fil-ġimgħa fl-Arena. Aqta’ ftit minnhom, il-maġġoranza ta’ dawn ikunu wkoll nies indipendenti li jiffrekwentaw kull post li fih tintlagħab it-tombla irrelevanti jekk tkunx tal-blu jew tal-ħodor, tal-Labour jew tan-Nazzjonalisti, tal-futbol jew tal-kappillan. L-aqwa li jaqtgħu xi line jew xi house l-hemm u l-hawn. Jgħaddi s-sajf, jibda l-maltemp, tieqaf it-tombla u ma tarahomx aktar b’għajnejk.

Is-sajf ikun ikkaratterizzat ukoll mill-attivitajiet li jsiru mill-Kumitati bħala mezz ta’ ġbir ta’ fondi – bħal ikliet bi spettaklu u BBQs. Għal settur qawwi ta’ partitarji, dawn l-attivitajiet iservu bħala okkażjoni li permezz tagħhom jaslu wasla sal-Każin u jaġġornaw ruħhom dwar dak li jkun qed isir u x’hemm ġdid għall-festa. Ħafna minn dawn ukoll ma jkunux nies li jiffrekwentaw il-

Każin matul is-sena iżda xi ftit jew wisq ikun jimpurtahom mis-Soċjetà partikolarment mill-Festa.

Tasal imbagħad il-festa u f’dawn iż-żminijiet, l-ammont ta’ nies li jiffrekwentaw il-Każin ikun fenomenali partikolarment wara li jidħlu l-marċijiet. Jisbaħ peròl-għada tax-xalata u terġa’ bl-istess erbgħa min-nies tas-soltu. U hekk terġa’ tgħaddi sena. U r-rota ddur.

Xi jfisser dan kollu?

Naħseb li kollha naqblu li Każin bla nies hu Każin ikrah, mejjet u li ma jiġbdekx u jindika li hemm nuqqas ta’ attività, u allura hemm nuqqas ta’ ħajja fis-Soċjetà. Jiġifieri naqbel u nieħu pjaċir nara l-Każin bin-nies. U hawn irrid nagħliha ċara li għalija, kull min jaf iġib ruħu tajjeb, il-bieb tal-Każin hu dejjem miftuħ u merħba għal kulħadd. Biss, Każin bin-nies mhux bil-fors li jfisser għaqda ħajja, wisq aktar Għaqda Mużikali li hi ħajja. Dan għaliex kif indikajt, ħafna mir-raġunijiet il-għala ħafna min-nies jiffrekwentaw il-Każin m’humhiex relatati mal-funzjoni ta’ Società Filarmonica iżda ma’ post ta’ divertiment jew rilassament. Huwa vera wkoll li perċentaġġ minn dawn in-nies xorta waħda jiddiskrivu ruħhom bħala Baqristi u li allura jħossuhom home fil-Każin tagħna. Biss ħafna oħrajn jiġu jaqgħu u jqumu u għalihom il-Każin Maria Mater Gratiæ huwa biss il-bank tal-bar jew il-mejda tat-tombla. Minn dawn in-nies, is-Soċjetà per se ftit

li xejn tiggwadanja għajr għall-infieq li jagħmlu f’xi attivitajiet li d-dħul minnhom imur dirett għand il-Kumitati, bħat-tombla, jew biex tiftaħar kemm kellha nies fil-marċijiet tal-festa meta

jintwerew id-dvd u r-ritratti.

Dan l-argument kont qajjimtu xi snin ilu meta kienu jsiru d-discos

fil-Każin. Ħafna kienu jargumentaw li biex tiġbed iż-żgħażagħ lejk hekk

trid tagħmel. Aħna għamilna żmien nagħmlu hekk ukoll.

Illum nistaqsi kemm minn dawk iż-żgħażagħ

Triq il-Mina Hompesch, Zabbar - MaltaT: 21805740, 21805739 F: 21664532

Mobile: (Ray) 79203097, (Mike) 99498786

Japanese used vehicles importers

26 27

Page 16: Programm tal-Festa 2010

interessaw ruħhom fis-Soċjetà, tgħallmu xi strument jew involvew ruħhom f’xi wieħed mill-kumitati. Niddubita kinx hemm wieħed. Jekk kien hemm, żgur li tgħoddhom fuq is-swaba ta’ id waħda. Il-frażi biex niġbdu n-nies minn dejjem kienet frażi li lili affaxxinatni bil-modi oriġinali ta’ kif ħafna drabi din tiġi abbużata. Jiddependi xi trid. Għal ħafna, niġbdu n-nies magħna jfisser kemm kellna eluf fil-marċijiet tagħna lebsin il-blu. Dan hu sabiħ, mil-lat tal-festa biss però. Għalija, niġbdu n-nies lejna jfisser li jkollok nukleju ġdid ta’ nies li jinteressa ruħu fil-funzjoni vera tas-Soċjetà u, jew jitħajjar jitgħallem strument u jsir mużiċist fil-Banda tagħna, jew inkella jissieħeb f’xi wieħed mill-Kumitati biex joffri ħinu u ħidmietu għall-ġid tas-Soċjetà jew almenu jsegwi mill-viċin l-andament tas-Soċjetà u jara fiex jista’ jgħin. Hekk ikun verament każ ta’ ġbidt lil xi ħadd lejk.

Personalment ilni involut fil-Każin, f’ħaġa jew f’oħra, mill-bidu tad-disgħinijiet. Ilni mill-1995 bandist u mill-2001 fil-Kumitat Eżekuttiv. Għamilt snin oħra fil-Kummissjoni Żgħażagħ. Inħares lura lejn dawk iż-żminijiet u nħares lejn is-sitwazzjoni tal-lum. Prattikament l-istess uċuh, kemm fil-Kumitat Eżekuttiv u anke fis-Sotto-Kumitati. Naħseb bl-

eċċezzjoni tal-Kaxxier u l-Kuratur preżenti, ftit li xejn niftakar uċuh kompletament ġodda li daħlu minn barra għall-ħidma meħtieġa fis-Soċjetà. Minn dan il-lat għalhekk, ma tantx ġbidna nies lejna.

Ara fil-qasam mużikali, li minn tużżana allievi tlajna mal-45 alliev – hemm iva, bir-raġun nista’ ngħid li b’dak li għamilna, ġbidna n-nies lejna f’settur li hu fundamentali għall-funzjoni tas-Soċjetà.

Is-Soċjetà tikber skond kemm niġbdu lejha nies li jimpurtahom minnha sena sħiħa mhux fil-ġimgħa tal-festa. Sabiħ li nżidu fin-nies fil-marċijiet. Iżda dak hu l-aspett partiġġjan li sfortunatement jirrenja fina. Ma taħsbux li hu bil-bosta aktar effettiv il-fatt li l-programmi mużikali tagħna issa qed ikunu segwiti minn mijiet ta’ nies waqt li qabel kien ikollna ftit fillieri? Ma taħsbux li hu bil-bosta aktar effettiv il-fatt li minn kmamar nofshom vojta issa qed ikollna kmamar fgati bl-istudenti?

Huma dawn l-affarijiet li jagħmlu Għaqda Mużikali ħajja verament. Il-Każin imbagħad irid jirrifletti l-bżonnijiet ta’ għaqda ħajja f’dawn iż-żminijiet moderni. L-image li jingħata fil-Każin hu importanti ħafna fl-għan li tiġbed in-nies lejk. Jista’ jkollok skola tal-mużika bit-

tfal u fl-isfond jinstemgħu in-nies jidgħu fil-bar? Għal uħud dawn ikunu affarijiet insinifikanti. Għal oħrajn ikunu fundamentali fl-għażliet tagħhom. Fil-każ tagħna, għax ħadna miżuri tajba, ir-riżultati fil-qasam tat-tagħlim tal-mużika huma inkoraġġanti. M’għamilna xejn speċjali: 1. ħloqna ambjent aktar adekwat; 2. rajna li ma jkun hemm xejn li jimbotta n-nies; 3. wessajna l-metodi tat-tagħlim; 4. għamilna l-investiment meħtieġ f’li kien hemm bżonn; 5. wassalna l-messaġġ tagħna ħieles minn kull partiġġjaniżmu. Fuq kollox iżda, charity begins at home, u l-imġieba ta’ l-amministraturi fil-qasam tat-tagħlim tal-banda, nemmen li kienet strumentali biex verament niġbdu aktar nies lejna. U ħafna minn dawn kienu nies li qabel qatt ma kienu jirfsu l-għatba tal-Każin u allura għalina kienet rebħa doppja.

F’oqsma oħra – li m’humhiex purament relatati mal-mużika – ma nħossx li qed ikollna l-istess suċċess. Kif semmejt diġà, ftit li xejn qed ikollna demm ġdid fil-kumitati, u dan minkejja li l-Każin ikun iffrekwentat min-nies. Jista’ jkun kompletament tort tagħna, jista’ ma jkunx. Naħseb li hemm taħlita ta’ raġunijiet. Hemm il-problema li bil-pressjonijiet tal-ħajja, il-volontarjat dejjem nieżel. Din

ftit li xejn għandna kontroll fuqha. Biss, ir-realtajiet tal-ħajja għandhom iġiegħluna nillimitaw l-irwol tal-Każin tal-Banda partikolarment fil-jiem tal-festa. Jekk il-Każin jorganizza u jiddeffes f’aktar milli jmissu, allura tikber il-pressjoni fuq min imexxi. Jista’ jkun ukoll li nies ta’ ċerta integrità jitħajru jissieħbu f’xi Kumitat iżda jitfanstu meta jaraw kif ikun mar l-andament tal-festa jew, meta jibdew jieħdu xi ftit interess, jieħdu mal-ewwel impressjoni ħażina – forsi anke frott tal-kunflitti li ħafna drabi jinbtu fil-Każin matul il-preparamenti tal-festa peress li jkollok ħafna fazzjonijiet li jkunu jridu jiġbdu linji differenti. Meta wieħed iħares fl-isfond ta’ dan kollu, imurlu kull kuraġġ li jkun rabba’.

Jista’ jkun ukoll li jkun hemm persuni li jixtiequ jinvolvu ruħhom fil-Kumitat għax forsi għandhom interess fil-qasam mużikali iżda ma jagħmlux dan il-pass għax jafu li se jispiċċaw imdeffsa f’ħafna affarijiet oħra li lilhom ma jinteressawhomx jew addirittura jdejquhom. Jista’ jkun ukoll li l-Każin tal-Banda sar wisq sinonimu mal-festa u allura ħafna jassoċjawh ma’ l-aspetti negattivi tal-festa u jitfanstu. Jista’ jkun li grupp żgħir ta’ nies li jassoċjaw ruħhom mas-Soċjetà tagħna, fil-ġimgħa tal-festa biss qed jirnexxielhom itappnu l-image tant tajjeb li s-Soċjetà qed tipproġetta ruħha bih matul is-sena. Riċentament tlajt il-Każin, il-Ħadd, tard wara nofsinhar, wara li ħlist minn biċċa xogħol relatata ma’ din il-pubblikazzjoni. Jien u miexi lejn il-Każin, minn erba’ toroq l-isfel diġà kien jinstema’ s-sound ħiereġ jirbombja mill-Każin bid-daqq tal-marċi. Deherli li għal dak il-ħin tal-ġurnata u meta tikkonsidra li l-festa kienet għadha lanqas bdiet, il-volum kien għoli wisq. Iżda bejni u bejn ruħi għedt: almenu sinjal li l-marċi l-ġodda ingħoġbu, u komplejt miexi. Bejn marċ u ieħor imbagħad smajt lil xi ħadd jiftħilha ħanġra jqabbel biċċa kollha kliem oxxen. Xi ftit komplew miegħu, oħrajn ċapċpu, oħrajn sikktuh. Biss il-ħsara kienet saret għax bħal ma smajt din it-taqbila jien minn erba’ kantunieri bogħod, seta’ semagħha ħaddieħor. U mn’alla l-barman kien pront tefa’ marċ ieħor, għax li kieku dan it-tali kien ikun pront jerġa’ jiftħilha. Biex nieħdu pjaċir hemm bżonn naqgħu f’dan il-livell baxx? Irridu nkunu aħna stess li nies bħal dawn nifqulhom u nuruwhom li ma ħadniex pjaċir għax dawn ikunu qed jagħmlu ħsara kbira lis-Soċjetà. Matul is-sena mbagħad noqogħdu nibku li ma sibniex nies għall-kumitati.

Jista’ jkun ukoll li l-messaġġ li qed nagħtu mill-Każin qed ikun konflinġenti u qed iħawwad l-imħuħ fis-sens li aħna Każin tal-Banda jew tal-festa? Forsi għalina li drajna ngħumu f’dan l-ilma mingħajr ma negħrqu, mistoqsijiet ta’ din ix-xorta ma tantx nagħmluhom għax l-andament tas-Soċjetà noħduh for granted. Jista’ jkun iżda li n-nies t’hemm barra għandhom ħsibijiet oħra. Jista’ jkun ukoll li għandna nirrevedu l-mod ta’ kif noperaw u ċertu oqsma ntejbuhom. Jista’ jkun ukoll li rridu nsiru aktar inklussivi u napprezzaw aktar il-ftit mingħand il-ħafna.

Kollox ma’ kollox ir-rota reġgħet daret jew aħjar dawwarniha. Għaddiet sena xogħol u erġajna ninsabu f’dan il-waqt ta’ festa, u għalhekk, b’dawn il-ħsibijiet, ma jonqosx li nawgura lil kulħadd festa mill-aqwa.

28 29

Page 17: Programm tal-Festa 2010

HEALTH SHOP

EVERY BODY IS DIFFERENT GOOD NUTRITION IS UNIVERSAL

163, COSPICUA ROAD, PAOLAMOB: 9940 7218 EMAIL: [email protected]

Nostal©ija MuΩikali g˙all-familja kollha!Maltin – 60’s – Country – Log˙ob – Kompetizzjonijiet

24 sieg˙a kuljum – çemplu 21666665

Çemplilna jew ejja f’no. 46, Triq Santa Marija, ÓaΩ-Ûabbar

biex tissie˙eb membru.

Nag˙mlu riklamar ta’ ˙wienet u servizzi,

anniversarji, avviΩi ta’ mwiet,

avviΩi o˙ra komunitarji u

avviΩi ta’ bejg˙ ta’ o©©etti second hand.

Jinstema LIVE fuq l-Internet 24 sieg˙a kuljum

fuq dawn il-websites:

30 31

Page 18: Programm tal-Festa 2010

STATIONERY & BAZAAR

5% DISCOUNT ON ALL STATIONERY& 10% DISCOUNT ON SELECTED SCHOOL BAGS

279, Sta. Domenica Street, ZabbarTel: 2169 2426 Mob: 9942 8403

PRODUCTS LIMITEDAlbatros Garage,

Marsascala Bypass, ZabbarMob: 9944 5785

Is-S

antw

arju

tal-M

adon

na ta

l-Gra

zzja a

rmat

għal

l-Fes

ta ta

l-188

6

32

Page 19: Programm tal-Festa 2010

Household Distributors

71, Triq il-Buqexrem, Fgura FGR2154 Tel:2169 1334 • Fax:2166 4949 Mob: 9947 6492, 9947 6493 Email: [email protected] • www.jshousehold.com

CIKLI PLASTERERSG˙al xog˙ol ta’ kisi bil-©ibs, normali u graffiato,

xog˙ol bil-pont, tqeg˙id ta’ katusi u Ωebg˙a

Tel: 21677915 Mob: 79058492

34 35

Page 20: Programm tal-Festa 2010

Hekk qal il-President ta’ Malta Dr. George Abela meta hu flimkien mas-Sinjura tiegħu żaru Ħaż-Żabbar nhar il-Ħadd 28 ta’ Frar 2010. Il-merħba li tawh iż-Żabbarin kienet litteralment

tmiss il-qlub.

Iż-żjara uffiċjali f’Ħaż-Żabbar kienet waħda minn sensiela ta’ żjarat li l-President ta’ Malta għamel fiil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex matul din is-sena fuq stedina tal-Kunsilli Lokali.

Iż-żjara tal-President Abela inbdiet it-Tlieta ta’ qabel, 24 ta’ Frar, meta ltaqa’ ma’ l-għaqdiet volontarji Żabbarin ġewwa ċ-Ċentru Ċiviku f’Ħaż-Żabbar, inkluż id-diriġenti tas-Soċjetà tagħna. Matul din il-laqgħa, Dr. Abela iddeskriva l-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar bħala “Komunità b’saħħitha ħafna u dinamika” u qagħad jisma’ b’attenzjoni dwar id-diversi ħidmiet li jsiru b’tant dedikazzjoni fil-Belt Hompesch, li jvarjaw minn kull aspett - dak reliġjuż, kulturali, sportiv, politiku u ċiviku.

Fi tmiem il-laqgħa, il-President Abela sostna li dan is-sens ta’ komunità huwa xi ħaġa li ż-Żabbarin għandhom jgħożżu. Il-President Abela ikkwota lil Ġiżwita Teilhard de Chardin - “We are only one when we are one”. B’dan il-ħsieb iddiskriva l-valur tas-sens komunitarju bħala valur uniku li ċittadin ma ̀jgħix biss għalih u għall-qraba tiegħu, imma jgħix ukoll għan-nies ta’ madwaru billi jkun attiv permezz tal-għaqdiet volontarji. Il-President George Abela żied jgħid li “b’din il-ħidma, filwaqt li tinduna kemm tista’ tkun ta’ kontribut għall-komunità, fl-istess ħin tispikka l-individwalità tal-persuna.”

Intant, il-Ħadd, wara quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, il-President u s-Sinjura tiegħu, akkumpanjati mis-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar is-Sur Domenic Agius, iltaqgħu aktar mill-viċin mar-residenti Żabbarin. Ma naqasx għalhekk li l-President Abela ma jżurx is-sede tas-Soċjetá tagħna fejn ingħata merħba kbira minn dawk preżenti.

Huwa dar mal-pjan t’isfel tal-Każin fejn tkellem ma’ bosta minn dawk preżenti anke

fil-bar tal-istess Każin. Hawnhekk huwa qal kemm iħossu komdu jitkellem maż-Żabbarin u kif il-merħba li tawh ser tibqa’ mnaqqxa f’qalbu.

B’tifkira ta’ din iż-żjara fis-sede tas-Societá Filarmonica Maria Mater Gratiæ, huwa ġie rregalat kwadru ferm sabiħ ta’ l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja li ċertament ser jgħożż għal ħajtu kollha.

Finalment huwa ħeġġeġ lill-għaqdiet sabiex jaħdmu b’sinerġija mal-Malta Community Chest Fund speċjalment meta jkunu jridu jindirizzaw problemi soċjali. Semma’ ukoll lis-Sinjorina Agatha Barbara li għamlet unur lil Ħaż-Żabbar bil-ħidma tagħha li wasslitha sabiex tkun l-ewwel mara li okkupat l-ogħla kariga tal-Istat - President tar-Repubblika ta’ Malta.

Fi tmiem iż-żjara fil-bini tal-Kunsill Lokali, il-President George Abela rringrazzja lil poplu Żabbari tal-qalb kbira u ġeneruża. Wera l-apprezzament tiegħu għall-mod kif il-poplu Żabbari laqa` lilu u lis-Sinjura Abela, b’tant għożża u rispett. Irringrazzja ukoll lis-Sindku u l-Kunsilliera kollha ta’ din l -istedina fir-raħal Żabbari u filwaqt li awguralhom ħidma fejjieda, sostna li l-ħidma tagħhom għandha tkun ta’ eżempju għal-irħula oħrajn.

“Il-poplu Żabbari għandu qalb kbira u ġeneruża…” Dr. George Abela, President ta’ Malta

36

Page 21: Programm tal-Festa 2010

Il-mużika tinkiteb fuq ħames versi u erba’ spazji...Il-mużika tinkiteb fuq ħames versi u erba’ spazji...Ronald Mizzi M.A. – Segretarju Kummissjoni Banda

D in kienet l-ewwel frażi li qalli s-Surmast preżenti Ray Sciberras meta kont bdejt nitgħallem il-banda fil-bidu tad-desgħinijiet.

Bit-tiela’ u bin-nieżla, fl-1995 sirt bandist mal-banda tagħna u hawn għadni llum. Mhux biss indoqq, iżda nagħti sehem tajjeb fil-Kummissjoni banda u fil-Kumitat Eżekuttiv

ta’ din il-Filarmonika. Mhux li kien dawk kollha li joħorġu jdoqqu jagħtu ‘l fuq minn

ħmistax-il sena servizz mingħajr ħafna skużi. J’Alla jkun hawn aktar.

Matul dawn il-ħmistax-il sena li ilni ndoqq, rajt lill-banda tagħna għaddejja minn bosta bidliet. Niftakar żminijiet tajbin, oħrajn anqas tajbin. Niftakar żminijiet ta’ kriżi fejn il-banda kienet waslet f’punt ta’ estinsjoni. Kien dan il-fattur li ġiegħlni naħdem aktar għall-banda tagħna. Bl-akbar umiltà ngħid li s-sitwazzjoni tal-banda llum u tat-tagħlim tal-mużika hi ferm aħjar minn dik ta’ meta sirt bandist jien. Inħossni kburi ngħid li ħafna minn dan it-titjib kelli sehem sħiħ fih. Nemmen però li bi ftit aktar sforz

Kummissjoni Banda 2009-2010

Chairperson Kevin Mizzi M.Sc.

Segretarju Ronald Mizzi M.A.

Surmast Direttur Ray Sciberras F.L.C.M.

Assistent Surmast Charles Wallace Suda

Membri Adrian Brincat

Jesmond Fenech

Victor Bonello

Nevin Piscopo

Frans Scicluna

Justin Vella

Wara mix-xellug: Jesmond Fenech, Victor Bonello, Charles Wallace Suda, Nevin Piscopo, Adrian Brincat.

Quddiem mix-xellug: Ronald Mizzi, Kevin Mizzi, Ray Sciberras.

Neqsin mir-ritratt: Justin Vella, Frans Scicluna.

39

Page 22: Programm tal-Festa 2010

u jekk naħsdu aktar frott minn dak li niżirgħu, il-banda tagħna tista’ tikber ħafna aktar.

Intant, is-sena tal-Kummissjoni Banda kienet waħda pożittiva f’ċerti oqsma iżda mhux daqstant f’oħrajn. Hawn ukoll qed tinħass l-istess problema tal-kumitati l-oħra fejn għandek nuqqas ta’ membri biex iservu u ovvjament nuqqas ta’ demm ġdid. Dan qed iwassal biex ċerti proġetti mhux qed ikun hemm riżorsi biżżejjed biex isiru u 99% tax-xogħol qed jibqa’ jagħfas fuq l-istess erba’ persuni. Kien hemm bosta ideat li kienu f’moħħna u li baqgħu fuq l-ixkaffa.

Hemm l-idea li titkompla l-uniformi tal-banda bi spalletti ġodda (li d-drapp għalihom hu mixtri diġà), li sfortunatament baqgħu ma sarux għax min hu kapaċi li jagħmilhom, kien mgħobbi b’ħafna xogħol ieħor relatat mal-banda stess. Ilna ngħidu wkoll li wasal iż-żmien li jsir librett ġdid ta’ marċi funebri peress li dak preżenti m’għadux sura. Sfortunatament baqa’ ma sarx għal raġunijiet simili. Nittamaw li ma niġux bżonnu għalissa. Xtaqt ukoll li jsir aktar xogħol fuq l-aġġornament ta’ l-inventarju ta’ l-istrumenti. Parti minnu saret iżda ma nħossx li l-eżerċizzju hu komplut.

Mill-banda l-oħra kien hemm ideat li ġew attwati grazzi għall-impenn ta’ bosta persuni u bl-appoġġ tal-Kumitat Eżekuttiv. Xi xhur qabel il-festa tas-

sena li għaddiet kont ressaqt il-proposta li għall-marċ tal-Ġimgħa, il-Bandisti ma jibqgħux jilbsu l-uniformi tradizzjonali ta’ qmis bajda, ingravata u beritta, iżda jingħataw polo-shirt li jkun pulit u li ma jnaqqas xejn mill-prestiġju tal-banda – anzi jagħtiha dehra aktar moderna. Argumentajt li l-marċ hu wieħed twil u ta’ strapazz u jsir fi sħana liema bħalha u allura, l-uniformi tradizzjonali tagħmilha aktar diffiċli għall-bandisti. L-idea ingħoġbot u ġiet attwata partikolarment bl-appoġġ tal-Kaxxier tas-Soċjetà s-Sur Mark Anthony Tabone u d-ditta Kermi li pprovdiet il-flokkijiet. Ovvjament dawn ser jintużaw ukoll din is-sena. Ir-rispons tal-pubbliku għad-dehra ġdida tal-Banda kien wieħed tajjeb ħafna fejn bosta kkumplimentaw din l-idea innovattiva.

Bħala parti mix-xogħol kollu relatat ma’ MMG Rocks On!, ħriġna wkoll bl-idea li jinxtraw dwal għal mal-leġiji (music stands) tal-bandisti. Din kienet idea oħra innovattiva u ċertament konna minn ta’ l-ewwel fiha. Dawn id-dwal (LEDs) li nxtraw minn kumpanija barranija, tawna l-faċilità li l-banda titħalla fid-dlam u fl-istess waqt il-bandisti jkunu xorta waħda jistgħu jaqraw il-mużika tagħhom. Ovvjament, minnhom infushom offrew ukoll attrazzjoni. Kull min attenda għal dan il-concert, jaf kemm dawn ġew sbieħ u taw laqta aktar professjonali lis-serata. Hawn ta’ min jgħid

40 41

Page 23: Programm tal-Festa 2010

TAL-GRAZZJASELF SERVICE

Triq Santa DomenicaZabbar

Tel: 2743 2666Mob: 9927 2827

Free Delivery

Opening Hours

Mon - Fri:06:30hrs till 12.30hrs & 16:00 till 19:00hrs

Saturday06:30hrs till 14:00hrs

QORMIPET SHOP

38, Bajjada Street,Żabbar

Tel: 21801134 Mob: 99015826

Għal kull kwalità ta’ għalfgħall-annimali u tjur, kif ukoll

mediċini għall-annimali.

Għall bejgħ: Flieles, Għasafar,Qsari u Gaġeġ

Kollox bi prezzijiet moderati

Tel: 27665589

li l-impenn tal-Kummissjoni Banda għal dan il-programm reġa’ kien wieħed strumentali – mit-tfassil sa l-eżekuzzjoni tal-programm innifsu. Tlaqna bid-diskussjonijiet eżatt ma’ tmiem il-festa tal-Madonna tal-Grazzja 2009. L-ewwel ma sar kien li tiġi deċiża t-tema fejn dehrilna li wara r-romantiċiżmu ta’ ItaloPop ħteġilna nibdlu l-ġeneru kompletament. Morna għalhekk għall-mużika rock u rock ‘n roll.

Mat-triq indunajna li ma kinitx idea faċli peress li r-repertorju ta’ mużika ta’ din ix-xorta għal concert band kien xi ftit limitat u għalina wkoll kien ġeneru ta’ mużika kompletament ġdid. Però ma qtajniex qalbna. Ħriġna b’lista ta’ mużika li ser ikollna bżonn. Rajna li jkollna taħlita ta’ rock u rock ‘n roll, mużika li titkanta u medleys tal-banda biss. Qed ikun ta’ sodisfazzjon kbir għalina li ħafna mill-mużika li qed indoqqu f’dawn il-programmi, qed inkunu aħna li nżanżnuwha - grazzi għall-bosta benefatturi li qed jirregalaw ta’ kull sena mużika ġdida. Dan ikompli jgħolli l-prestiġju tal-banda.

Intant, ftaħna wkoll id-diskussjonijiet mal-

kantanti. Ridna lil xi ħadd versatili kemm jista’ jkun u għalhekk ġie ssuġġerit Jewls Verse jew kif ħafna jafuh Ozzy

Lino. Kellna x-xorti wkoll li naħdmu

mal-kitarrist Ingliż ta’ fama internazzjonali

Andy Barnett. It-tnejn

mal-ewwel aċċettaw li jaħdmu magħna u wrew entużjażmu sħiħ għal dan il-concert. Ridna wkoll kantanta femminili u l-għażla waqgħet fuq il-kantanta tal-grupp Malti Corkskrew Diane li mal-ewwel ukoll aċċettat li taħdem magħna. B’dawn id-deċiżjonijiet meħuda, bdejna għalhekk xogħol ta’ loġistika li involva wkoll id-disinn tal-palk. F’dan l-istadju beda dieħel ukoll l-impenn ta’ membri oħra – kemm mill-Kumitat Eżekuttiv u wkoll mill-Kummissjoni Żgħażagħ li l-ħidma tagħhom f’dan l-istadju reġgħet kienet waħda strumentali. Grazzi wkoll lill-bosta volontiera oħra li taw l-għajnuna tagħhom.

Mil-lat ta’ banda, rajna wkoll x’mużiċisti għandna bżonn f’konsultazzjoni bejn il-Kummissjoni Banda, partikolarment is-Surmast Direttur mal-Konsulent tal-Banda Saviour Spiteri. Ippreparajna d-dati tal-provi u bosta affarijiet amministrattivi oħra. Ir-riżultat finali naħseb li kien prodott eċċellenti. Dwar MMG Rocks On! tistgħu taqraw f’paġni oħra. Grazzi kbira lil kull min ta sehmu biex dan irnexxa.

Fejn għandu x’jaqsam it-tagħlim tal-mużika, dan kompla għaddej

b’ritmu tajjeb fejn komplejna nirreġistraw aktar żieda fl-allievi. It-tagħlim kompla jingħata fuq l-istess skala ta’ dawn l-aħħar snin fejn is-Surmast Ray Sciberras kompla jiffoka fuq il-percussion classes għal studenti t’eta’ żgħira filwaqt li l-Assistent Surmast Charles Wallace Suda kompla jieħu ħsieb dawk l-istudenti li jkunu qed jistudjaw strumenti tal-qasba, u s-Sur Kevin Mizzi baqa’ jieħu ħsieb

42 43

Page 24: Programm tal-Festa 2010

COLSHARE GARAGE24HR MINIBUS SERVICEFULLY AIRCONDITIONED

Colin Pavia 99849239

Car Imports from U.K.

Cars, Vans, Boats & PropertySecond Hand Cars at

SUPER BARGAIN PRICES!!!

Prop. David ZarbM’Scala By-Pass, Zabbar

Tel: 2180 2528 Mob: 9949 0938

dawk fuq strument tar-ramm. L-attendenza ta’ l-allievi kienet ukoll waħda konsistenti. Hawnhekk tajjeb ngħidu li s-Sur Kevin Mizzi ġie riċentament maħtur ukoll Assistent Surmast tal-Banda. Tassew ħaġa sabiħa li tara mużiċisti li bdew il-karriera tagħhom fil-Banda tagħna, kompel jistudjaw u jitħarrġu, u laħqu livelli ogħla u issa qed iroddu lura minn dak li tkun tagħthom is-Soċjetà.

Il-ġid li qed joħrog minn dan it-tagħlim, partikolarment l-effettività tal-percussion classes deher ċar fil-programm mużikali tal-Milied fejn għadd kbir t’allievi ta’ età żgħira pparteċipaw mal-banda billi daqqew siltiet mużikali fuq ir-recorders akkumpanjati mid-daqq tal-pjanu. Dawn l-allievi kienu: David Magro, Eman Spagnol, Garrison Bonnici, Anthea Psaila, Deandra Xuereb, Gareth Blundell, Kyle Magro Nigel Caruana, Andrew Xuereb, Omar Gialanze, Jasmine Micallef u Glenn Xuereb.

Ħadu sehem ukoll mal-banda dawn l-allievi fuq il-percussion instruments: Gildave Spiteri, Nathanael Pace, Mariah Pace, Massimo Magri u Kursten Micallef. Tassew bravi! Minn din il-paġna nixtieq nagħtihom prosit għall-parteċipazzjoni pożittiva tagħhom. Tassew li dan il-programm tal-Milied kiber sew u qed iservi ta’ showcase ta’ xi jkun għaddej fl-iskola tal-mużika tagħna. Grazzi wkoll lill-ġenituri ta’ l-interess tagħhom.

L-MMG Christmas Concert ittella’ nhar l-Erbgħa 30 ta’ Diċembru 2009 bħas-soltu ġewwa s-Sala Gino Sciberras mis-7.30 ta’ filgħaxija ‘l quddiem. Indaqqet mużika varjata li ċertament ingħoġbot minn dawk kollha preżenti. Din inkludiet selezzjoni minn Der Zigeunbaron, O Holy Night!, Eine Klein Nachtmusik, Bossa Nova, Caro Gesu Bambino, Let Joy Bells Ring! U Radetzky March. L-attendenza għal darb’oħra kienet ukoll waħda ferm kbira, tant li qed

jinħass sew li s-Sala Gino Sciberras saret żgħira wisq għalih. Fil-mument però hi l-unika għażla.

Il-parteċipazzjoni tal-Banda fid-diversi impenji li jkollha fil-festi ta’ diversi rħula u bliet Maltin, kienet ukoll waħda pożittiva għad li għal darb’oħra nħossni ddispjaċut bl-attendenza fqira ta’ uħud mill-bandisti tagħna li b’raġuni jew oħra jagħżlu li ma jattendux. Dan minkejja li l-impenji tagħna huma kollha magħżulin sew u fil-maġġoranza tagħhom huma pjuttost pjaċevoli u ma jinvolvux ħafna daqq. Dwar dan mhu ser ngħid xejn aktar. Nitlob biss biex kulħadd jagħmel eżami tal-kuxjenza u jara setax ikkontribwixxa aktar għall-banda tagħna. Fuq nota oħra, nifraħ lill-dawk il-Bandisti li jkunu regolari fl-attendenza tagħhom u li jagħmlu sforz biex ma jfallux minghajr ħtieġa. Ħadt pjaċir għalhekk meta rajt kif uħud mill-bandisti tagħna ħolqu paġna fuq

44 45

Page 25: Programm tal-Festa 2010

il-facebook imlaqqma MMG Magazine: Il-ħajja tal-Banda mil-lenti tal-bandisti..!! Apparti mill-kontinwament aġġornaw din il-paġna bl-impenji tal-banda, ma naqsitx xi ċajta ħelwa fuq xi wieħed mill-bandisti tagħna jew xi video b’xi bużullotta li niltaqgħu magħha waqt xi festa. Insomma, inizjattiva pjuttost sabiħa li għandha tgħin, partikolarment lill-bandisti ż-żgħar, biex l-impenji tal-banda jkunu attività pjaċevoli. Prosit lill-protagonisti prinċipali Justin Vella, Roberta Bonello u Robert Cauchi. Nittama li ma nsejt lil ħadd.

L-impenji tal-Banda għal din is-sena kienu

prattikament dawk tas-soltu għad li din is-sena kellna wkoll id-daqq tal-marċi f’Ħaż-Żabbar nhar is-Sibt 22 ta’ Mejju fl-okkażjoni tal-Lejla fil-Belt Hompesch fuq stedina tal-Kunsill Lokali Żabbar. Kienet attività pjuttost pjaċevoli u ta’ min wieħed jaħdem aktar fuqha. Nhar San Valentinu, il-Ħadd 14 ta’ Frar filgħodu, daqqejna wkoll marċi brijużi f’Ħaż-Żabbar fl-okkażjoni tal-Karnival, ukoll fuq stedina tal-Kunsill Lokali Żabbar.

Intant dawn kienu l-bqija ta’ l-impenji tal-Banda Maria Mater Gratiæ matul is-sena 2010, apparti l-festa tal-Madonna tal-Grazzja 2010:

6ta’Ġunju Daqqta’inijietreliġjużi Corpus,Żabbar

20ta’Ġunju Daqqta’marċiuprogrammmużikali Madonnatal‐Ġilju,Mqabba

27ta’Ġunju Programmmużikaliudaqqta’innijiet SanĠorġM.M.,Qormi

4ta’Lulju Programmmużikali SacroCuore,Sliema

11ta’Lulju Daqqta’marċi Madonnatas‐Sokkors,Kerċem

18ta’Lulju Daqqta’marċiuinnijiet SanSebastjan,Qormi

15t’Awissu Daqqta’marċiuprogrammmużikali SantaMarija,Attard

6ta’Ġunju Daqqta’inijietreliġjużi Corpus,Żabbar

20ta’Ġunju Daqqta’marċiuprogrammmużikali Madonnatal‐Ġilju,Mqabba

27ta’Ġunju Programmmużikaliudaqqta’innijiet SanĠorġM.M.,Qormi

4ta’Lulju Programmmużikali SacroCuore,Sliema

11ta’Lulju Daqqta’marċi Madonnatas‐Sokkors,Kerċem

18ta’Lulju Daqqta’marċiuinnijiet SanSebastjan,Qormi

15t’Awissu Daqqta’marċiuprogrammmużikali SantaMarija,Attard

6ta’Ġunju Daqqta’inijietreliġjużi Corpus,Żabbar

20ta’Ġunju Daqqta’marċiuprogrammmużikali Madonnatal‐Ġilju,Mqabba

27ta’Ġunju Programmmużikaliudaqqta’innijiet SanĠorġM.M.,Qormi

4ta’Lulju Programmmużikali SacroCuore,Sliema

11ta’Lulju Daqqta’marċi Madonnatas‐Sokkors,Kerċem

18ta’Lulju Daqqta’marċiuinnijiet SanSebastjan,Qormi

15t’Awissu Daqqta’marċiuprogrammmużikali SantaMarija,Attard

6ta’Ġunju Daqqta’inijietreliġjużi Corpus,Żabbar

20ta’Ġunju Daqqta’marċiuprogrammmużikali Madonnatal‐Ġilju,Mqabba

27ta’Ġunju Programmmużikaliudaqqta’innijiet SanĠorġM.M.,Qormi

4ta’Lulju Programmmużikali SacroCuore,Sliema

11ta’Lulju Daqqta’marċi Madonnatas‐Sokkors,Kerċem

18ta’Lulju Daqqta’marċiuinnijiet SanSebastjan,Qormi

15t’Awissu Daqqta’marċiuprogrammmużikali SantaMarija,Attard

6ta’Ġunju Daqqta’inijietreliġjużi Corpus,Żabbar

20ta’Ġunju Daqqta’marċiuprogrammmużikali Madonnatal‐Ġilju,Mqabba

27ta’Ġunju Programmmużikaliudaqqta’innijiet SanĠorġM.M.,Qormi

4ta’Lulju Programmmużikali SacroCuore,Sliema

11ta’Lulju Daqqta’marċi Madonnatas‐Sokkors,Kerċem

18ta’Lulju Daqqta’marċiuinnijiet SanSebastjan,Qormi

15t’Awissu Daqqta’marċiuprogrammmużikali SantaMarija,Attard

6ta’Ġunju Daqqta’inijietreliġjużi Corpus,Żabbar

20ta’Ġunju Daqqta’marċiuprogrammmużikali Madonnatal‐Ġilju,Mqabba

27ta’Ġunju Programmmużikaliudaqqta’innijiet SanĠorġM.M.,Qormi

4ta’Lulju Programmmużikali SacroCuore,Sliema

11ta’Lulju Daqqta’marċi Madonnatas‐Sokkors,Kerċem

18ta’Lulju Daqqta’marċiuinnijiet SanSebastjan,Qormi

15t’Awissu Daqqta’marċiuprogrammmużikali SantaMarija,Attard

46 47

Page 26: Programm tal-Festa 2010

Din is-sena wkoll kien imiss li jsir recording ta’ marċi brijużi fuq CD. Wara xi diskussjonijiet, il-Kummissjoni Banda ħarġet bl-idea li s-CD tal-marċi brijużi 2010 tkun totalment iddedikata lis-Surmast Ray Sciberras fl-okkażjoni t’għeluq l-20 sena tiegħu bħala Surmast Direttur tal-Banda Maria Mater Gratiæ (1990-2010), u għaldaqstant, tkun tinkludi biss marċi ta’ Mro. Sciberras. Il-Kumitat Eżekuttiv approva din l-idea. Hawn tajjeb ngħidu li l-għaxar marċi li fiha din is-CD kienu kollha ġentilment irregalati mis-Surmast innifsu.

Il-marċi magħżula għal din is-CD u li ġew irrekordjati nhar it-Tnejn 28 ta’ Ġunju huma:1. Blueetooth2. Christian and Claire3. Busby Boys4. Matthias5. Sfilata Memorabbli Te Deum 19906. Sister7. The Heartbeat8. Ernest9. FA Blu10. Kummissjoni Żgħażagħ 2010.

Ma’ dawn hemm ukoll naturalment l-Innu tal-Banda Maria Mater Gratiæ ta’ Mro. Pacifico Scicluna.

Wara l-irtokki meħtieġa tar-recording engineer is-Sur Vanni Farrugia, il-prodott finali ta’ din is-CD hu wieħed eċċellenti u nemmen li għandha ssib postha fil-librerija tad-dilettanti kollha tal-marċi. Din is-CD hi waħda speċjali mhux biss għall-fatt li għandha għaxar

marċi mill-isbaħ iżda għax tinkludi wkoll il-kanzunetta uffiċjali tas-Soċjetà għall-Festa 2010 li ġġib l-isem Ġawhritna. Din kienet ukoll inizjattiva oħra tal-Kummissjoni Banda li pproponiet li tiġi kkummissjonata kanzunetta oħra fuq l-istil ta’ Ġrajjietna li kienet ħarġet fl-2008. Din il-proposta ntlaqgħet ukoll mill-Kumitat Eżekuttiv u nemmen li Ġawhritna ser tkun biex ngħid hekk il-hit tal-Festa 2010. Ġawhritna hi kompożizzjoni ta’ Ray Sciberras stess fuq lirika ta’ Sunny Aquilina li minn hawn nirringrazzjah talli għal darb’oħra reġa’ ġentilment ipprovda l-lirika tal-kanzunetta li ġiet kantatha mill-bravi Eleanor Cassar u Ludwig Galea. Minn hawn għalhekk inħeġġeġ lil kulħadd sabiex jixtri kopja ta’ din is-CD li qed tinbiegħ mill-Każin jew minn fuq www.mmg.com.mt għal €12. Is-CD ingħatat proprju l-isem tal-kanzunetta – Ġawhritna, u fiha aktar minn 58 minuta ta’ mużika mill-aqwa mill-banda tagħna. Persważ li Ġawhritna ser tinżel tajjeb ferm magħkom u ser tkun suċċess ieħor bħal ma kienet Ġrajjietna.Ma nkun qed ngħid xejn ġdid jekk ngħid li recording professjonali bħal dan sewa spiża sostanzjali. Għaldaqstant nixtieq pubblikament nirringrazzja lil dawn il-persuni talli ġentilment għoġobhom jisponsorjaw xi wieħed mill-marċi li ġew irrekordjati: is Sur Marlor Caruana li sponsorja l-marċ Busby

Boys, is-Sur Alfred Spiteri li sponsorja l-marċ Matthias, is- Sinjuri Carmelo Scicluna u Mikelina Scicluna li sponsorjaw il-marċ Sister, is-Sinjuri Jesmond Buhagiar, Joseph Mizzi, Charlot Saliba u Keith Azzopardi li sponsorjaw il-marċ The Heartbeat, is-Sur Ernest Desira li sponsorja l-marċ Ernest, is-Sinjuri Luciano Farrugia u Mark Anthony Tabone li sponsorjaw il-marċ FA Blu, u s-Sur Gianluca Tabone li sponsorja l-marċ Kummissjoni Żgħazagħ 2010.

Din is-sena qiegħdin naħdmu wkoll biex għall-festa nżanżnu librett ġdid tal-marċi. L-aħħar wieħed li għamilna kien fl-2008 u allura wasal iż-żmien li jsir wieħed ġdid biex anke jinkorpora dawn il-marċi ġodda sabiex ikunu jistgħu jindaqqu bil-banda fil-festa. Il-librett ser jerġa’ jsir fuq l-istess stil ta’ dak ta’ l-2008 li minnu nnifsu kien ta dehra sabiħa lill-banda.

Ir-recording tal-marċi l-ġodda ħa ħafna ħin u preparamenti biex finalment ikun prodott tajjeb. Biss, parti kbira mill-fokus tal-Kummissjoni Banda fix-xhur tas-sajf marret ukoll fuq il-programm mużikali tal-festa li din is-sena ser jittella’ nhra it-Tnejn 6 ta’ Settembru 2010. Programm ta’ din l-iskala jinvolvi wkoll ħafna preparamenti, kemm mużikali u anke amministrattivi. Persważ pero’ li l-mużika magħżula ser tinżel tajjeb magħkom. Nittama li tieħdu pjaċir.

Jawgura l-Festa t-tajba liż-Żabbarin kollha

48 49

Page 27: Programm tal-Festa 2010

Qabel nagħlaq dan ir-rendikont ta’ ħidmet il-Kummissjoni Banda, bi pjaċir inħabbar li minn din il-festa ser jingħaqdu mal-banda xejn anqas minn erba’ bandisti ġodda: Mauro Xuereb (Clarinet), Annalise Xuereb (Sax Alto), Keith darmanin (Clarinet), u Daniel Xuereb (Althorn). Filwaqt li nawgurawlhom talli waslu s’hawn, inħeġġuhom ikompli jistudjaw għand l-għalliema tagħna u jagħtu kontribut tajjeb fil-Banda tagħna. Dwar dawn il-bandisti ġodda tistgħu taqraw ukoll f’paġni oħra.

Bħal m’għamilt fil-messaġġ tiegħi tas-sena li għaddiet, nixtieq nerġa’ nifraħ lill-Bandist tagħna Ivan Mifsud (Clarinet) li għat-tieni sena konsekuttiva ser ikun ippremjat bis-shield għall-aħjar attendenza fejn jidħlu impenji tal-banda, inkluż ir-rehearsals. Ta’ dan nifirħulu u nirringrazzjawh tas-servizz tiegħu u nħeġġu lill-bandisti l-oħra biex jimxu fuq dan l-eżempju. Nifraħ ukoll lill-

bandist Victor Bonello (Althorn) li bħali qed jagħlaq ukoll 15-il sena bandist tas-Soċjetà. Konna ħriġna ndoqqu flimkien fi grupp ta’ ħames

bandisti fl-1995. Sfortunatament, minn dak il-grupp fadal biss jien u hu. Aktar minn hekk, nifraħ ukoll lill-Bandisti tagħna Adrian Brincat

(trumpet) u Emmanuel Fenech (trombone) li għalqu 25 sena Bandisti tas-Soċjetà. Prosit tassew u grazzi tas-servizz tagħkom.

Finalment ntenni r-radd ta’ ħajr tiegħi lil dawk kollha li jżommu l-banda tagħna ħajja – fuq kollox il-Bandisti, is-Surmast u l-Assistenti tiegħu, sħabi membri

tal-Kummissjoni Banda, l-allievi u l-ġenituri tagħhom. Ngħid grazzi wkoll lil sħabi membri tal-Kumitat Eżekuttiv għall-bosta deċiżjonijiet favur il-banda li kollha qed

iħallu l-frott mixtieq. Ma nistax ukoll ma nerġax nirringrazzja lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom sabiex MMG Rocks On! sar realtà.

Nawgura lil kulħadd festa sabiħa f’din il-ġimgħa impenjattiva għall-banda tagħna u nħeġġeġ sabiex aktar nies ikomplu jersqu lejn il-Filarmonika tagħna, isegwu dak li tkun qed tagħmel u anke jagħtu daqqa t’id fl-amministrazzjoni tal-banda fejn ix-xogħol hu kbir u jsir mingħajr ħafna daqq ta’ trombi.

BurnoutTyre Service

24 hours Towing serviceopen on sundays Till 12:00

Tel: 21822728 Mob: 99424678, 99462855Triq Wied il-Ghajn, Zabbar

24Hr Towing ServiceCar ServicesPunctures

Wheel BalancingComputerised Wheel Alignment

We Supply:• Various brands of tyres

• Various brands of Alloy wheels• Car parts

• Car Accessories

50 51

Page 28: Programm tal-Festa 2010

It-tabib u Membru ParlamentariFrans Agius u l-familja,jixtiequ l-Festa t-tajba

liΩ-Ûabbarin kollha

53

Page 29: Programm tal-Festa 2010

Annalise Xuereb – Saxophone Alto Twieldet Ħaż-Żabbar u għandha 21 sena. Bħalissa waslet biex tibda r-raba’ sena fil-Kors ta’ l-Inġinerija Elettrika fl-Università ta’ Malta wara li kienet attendiet l-iskola Immaculate Conception, il-Junior Lyceum taż-Żejtun u l-Junior College. Il-mużika minn dejjem kienet xi haġa li interessat lill-familja tiegħha minħabba l-fatt li anke ż-żewġ ħutha subien l-oħra jdoqqu mal-banda - Andre Xuereb li jdoqq l-euphonium u Daniel Xuereb li ħa jingħaqad mal-banda din is-sena wkoll bl-althorn. Fil-passat Annalise kienet iddoqq il-kitarra imma minn dejjem laqtitha aktar l-atmosfera li tinħoloq meta att kbir ta’ strumenti jindaqqu f’daqqa.

Annalise attendiet diversi programmi mużikali mill-banda tagħna stess iżda tgħid li l-aktar wieħed li laqatha u li ħajjarha tibda titgħallem il-mużika kien MMG goes Hollywood, u issa wara tliet snin minn dan il-programm ħa tingħaqad hi wkoll mal-Banda Maria Mater Gratiæ bis-saxophone alto wara li tħarrġet mill-Assistent Surmast tal-Banda Mro. Charles Wallace Suda.

Daniel Xuereb - AlthornDaniel twieled fis-17 ta` Ġunju tal-1996 u joqgħod Ħaż-Żabbar. Attenda l-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żabbar stess u issa tiela’ fir-raba’ sena tas-sekondarja fis-Seminarju tal-Virtù ġewwa r-Rabat. Sa minn mindu kien żgħir kellu x-xewqa li jibda jistudja l-mużika. Ta` tmien snin beda jistudja taħt Mro. Ray Sciberras u wara sentejn teorija kien lest biex jibda jitgħallem l-istrument. Beda jipprattika l-kurunetta u wara sentejn oħra ta` studju b`dan l-istrument, waqaf u biddel l-istrument. Kien f`dan il-mument li ġie ssuġġerit li jaqleb għall-Althorn u minn hawn `il quddiem beda jiġi mħarreġ mis-Sur Kevin Mizzi l. Issa ilu sena b`dan l-istrument u din is-sena ħa jingħaqad mal-Banda Maria Mater Gratiæ.

Daniel hu ħerqan ħafna għal dan il-mument għax għalih ifisser li tela’ livell ieħor fil-mużika. Huwa jgħid li għalkemm ħiereġ idoqq mal-banda ma jfissirx li sar professjonali. “Taf kemm taf qatt mhu biżżejjed; għalhekk ħa nkompli nistudja biex intejjeb dak li għandi. Nirringrazzja lil kull min għeni biex wasalt fejn qiegħed illum.”

Din is-sena ser jingħaqdu mal-Banda tagħna erba’ bandisti ġodda. Ta’ min insiru nafuhom ftit mill-qrib:

Mauro Xuereb – ClarinetMauro għandu 20 sena u hu minn Ħaż-Żabbar. Attenda l-Iskola Primarja ta’ Ħaż-Żabbar, Savio College ta’ Ħad-Dingli u l-Junior College. Bħalissa qiegħed fit-tieni sena tal-kors B.Eng. (Hons.) Electrical Engineering fl-Università ta’ Malta.

Sa minn meta kien żgħir kellu x-xewqa li jitgħallem xi strument. Beda jieħu l-lezzjonijiet tal-pjanu għand ommu stess u aktar tard għand Ms. Fiott fejn wasal sa grade 7, kemm fil-prattika u kif ukoll fit-teorija. Iżda dan ma kienx l-istrument tiegħu u ried ikompli xi ħaġa oħra. Għalhekk beda jitgħallem il-Klarinett ukoll taħt Mro. Suda u issa jista’ jingħaqad hu wkoll mal-Banda Maria Mater Gratiæ.

Keith Darmanin – ClarinetKeith twieled fis-7 ta’ Settembru 1990 u joqgħod Ħaż-Żabbar. Għandu 19-il sena. Iħobb jistudja l-pjanu u dawn l-aħħar sena u nofs beda jistudja l-klarinett taħt Mro. Suda. Għamel sentejn jistudja l-Higher Secondary tan-Naxxar u bħalissa jaħdem ma’ kumpanija tas-soft drinks. Togħġbu ħafna l-mużika kemm dik moderna u anke dik klassika.

Bandisti ġodda - Festa 2010

Wara mix-xellug: Keith Darmanin, Mro. Charles Wallace Suda, Kevin Mizzi u Mauro Xuereb.

Quddiem mix-xellug: Daniel Xuereb, Mro. Ray Sciberras u Annalise Xuereb.

55

Page 30: Programm tal-Festa 2010

LED BULBSavailable from CORNER PASTIZZERIA - Tel: 27666657

Ikel frisk kuljum bħal....Timpana, Lasagna, Chicken Pies,

Steak Pies, Pastizzi, Qassatatsupplied by Sphinx

Nagħmlu wkoll baguettes friski kuljum.Prezzijiet Ġenwini

Nagħmlu Pizza kbira take away magħmula mill-għaġina tal-ħobż tal-Malti.

56 57

Page 31: Programm tal-Festa 2010

Ave Maria Arr. Ray Sciberras Ġawhritna RaySciberras Ġrajjietna RaySciberras Tifħirlill-Madonnatal-Grazzja RaySciberras InnuPopolarital-BandaMariaMaterGratiæ PacificoScicluna InnuMarċlill-Patruna RaySciberras InnuMarċKummissjoniŻgħażagħtal-Grazzja RaySciberras Bluetooth RaySciberras Christian&Claire RaySciberras BusbyBoys RaySciberras Matthias RaySciberras SfilataMemorabbliTeDeum1990 RaySciberras TheLegend DavidCaruana Sister RaySciberras TheHeartbeat RaySciberras Ernest RaySciberras FABlu RaySciberras Tal-Ħajjatiż-Żgħir EltonLeeAbela Ontario RaySciberras BlueShadow ArchibaldMizzi Sierita AndrewColeiro KummissjoniŻgħażagħ2010 RaySciberras Leona DavidCaruana Alanah DavidCaruana Framarton AndrewColeiro Frances AlfredFarrugia Ta’Ċintju EmmanuelBugeja SarahG. RaySciberras Larken RenoBusuttil Emperor ArchibaldMizzi ZacharyJames KevinMizzi Samurai EmmanuelFenech Victory VincenzoCiappara MariaLouisa AnthonyAquilina Roberta NicholasBaldacchino InsellimlekĦabib JoeM.Miceli

Marċi li se jindaqqu - Festa 2010

59

Page 32: Programm tal-Festa 2010

R iċentament, il-Kumitat Eżekuttiv għoġbu jaħtar lis-Sur Kevin Mizzi bħala AssistentSurmasttal-Banda.Danifisserlis-SurmastDiretturRaySciberrasissagħandużewġAssistentiSurmastijiet–lilMro.CharlesWallaceSudalihuwkollgħalliem

tal-woodwindulis-SurKevinMizzilihuwkollgħalliemtal-brass instruments.

Il-ħatrata’Kevinkienettarġaoħrafil-karrieramużikalitiegħuukienetpossibligrazziwkollgħall-avvanziliqedikomplijagħmelfil-kampmużikali.

Kevintwieledil-Ħadd,1ta’Ġunju1980,ibenJosephuRita.Bedal-istudjimużikali tiegħu fuq il-euphonium fl-età ta’ 10 snin fi ħdan is-SocietàFilarmonicaMariaMaterGratiæta’Ħaż-Żabbar, taħtMro.RaySciberras.Danwasslubiexanqasminntlietsninwara,jiġifierifl-1993,jingħaqadmal-Banda tas-Soċjetà fejn daqq uffiċjalment għall-ewwel darba fil-programmmużikalinharil-festatal-Madonnatad-Duttrina.

Kevinbaqa’miexi `il quddiemfl-istudjitiegħuudanwassal lill-istessSurmastDirettur sabiex jafdahbir-responsabbiltà ta’ leader tas-sezzjoni tal-euphoniumsfejn f’aktarminn okkażjoniwaħda daqq diversi solosma’ l-istess banda. Huwakomplabl-istudjitiegħufit-teknikata’l-istrumenttaħtMro.PaulBorg.Danwasslubiexfl-2009kisebDistinctionfil-Grad8tal-LondonCollegeofMusicfil-prattikata’l-istrument.Attwalment,Kevinqiegħedikomplibl-istudjitiegħutaħtMro.PaulBorg,kifukollfit-teorija,l-armonija,il-kompożizzjoniud-direzzjonitaħtMro.RaySciberras.

Fis-sajftal-2009Kevinkellul-opportunitàsabiħalijitla’l-Ingilterraujitħarreġtaħtwieħedmill-aqwamużiċistiIngliżi,StevenMead,performerfuqil-euphonium,direttur,ugħalliemta’famainternazzjonali.

Illum,Kevinhuwamużiċistrinomatma’bostabanedf’Maltauf’Għawdex,ujdoqqukollma’diversibrass ensemblesfosthommal-VersatileBrass,DominantBrassul-ArtyBrass.F’dawn l-aħħar snin, huwa tħarreġukoll fuq it-tubular bells fejn f’diversi okkażjonijietkellul-opportunitàlijdoqqfuqdanl-istrument.Attwalment,Kevinjokkupal-karigata’għalliemma’l-istessSoċjetàfis-sezzjonita’l-istrumentitar-ramm,irwolliilujaqdisamill-2008.Minbarradan,huwajimpenjaruħuwkollfil-KummissjoniBandafejnqiegħedjaqdifil-karigata’Chairperson.

Apparti l-linjamużikali,fl-2002Kevinkiseb il-Baċelleratfil-Fiżikau l-Matematikamill-Universitàta’Malta,uaktartardkomplal-istudjitiegħufil-Fiżikabiexfl-2004iggradwafil-livell ta’Masters. Fix-xogħoltiegħu,Kevinhuwagħalliemtal-Fiżikaġewwal-JuniorCollegefl-Imsida.HuwamiżżewweġlilGraziellaugħandhomtifel,ZacharyJames.

FilwaqtlinifirħulilKevingħaldinil-karigaprestiġġjuża,nawgurawluħafnaaktarsuċċessimużikali.

Assistent Surmast ġdid għall-Banda Maria Mater Gratiæ

61

Page 33: Programm tal-Festa 2010

We Specialise in Hair Extensionsand hair dressing Courses

Joe Mizzi u martu Joyce

u l-familja tieg˙u

jixtiequ jawguraw il-festa t-tajba

liΩ-Ûabbarin kollha

fi spirtu ta’ g˙aqda u ˙biberija.

www.joemizzi.org

G˙al kul tip ta’ xog˙ol ©did kif ukoll antik

No. 21, Sqaq Ganton,Zabbar.

Tel: 2166 7362Mob: 9946 0346

Mario FenechMario FenechUpholstery WorksUpholstery Works

62 63

Page 34: Programm tal-Festa 2010

64

Page 35: Programm tal-Festa 2010

Is-7.30ta’filgħaxija.Jintfewid-dwalutlaqnabix-showtal-bidu.The Ecstasy of Gold kkumplimentataminn effettiqawwija ta’ dwal, ufinalment,xiħaġaoħrainnovattiva–pjattaformalitelgħet‘ilfuqmin-nofs il-banda u li fuqha spikka d-drummertal-banda bid-drumkit tiegħu. Ftuħ tassewspettakolari u intant mill-ewwel bdejnabil-mużikamill-Banda....The Birth of Rock ‘n Roll...medleysabiħa li min jafkemmqanqlet memorji fost dawkpreżenti b’Rock Around the Clock, Sincerely uHound Dog...liema siltatajjeb ngħidu li ndaqqetf’dan il-kunċert grazzigħall-bandist tas-Soċjetàs-Sur Frans Scicluna liġentilment irregala l-iskoru s-sheet music ta’ din il-medleylis-Soċjetà.

Hawnhekk tajjeb ngħidu liħafnamis-siltietlismajnawaqtdan il-kunċert inxtraw mis-Soċjetàproprjuminndistributurital-muzika barranin u ndaqqugħall-ewwel darba minn concert bandf’MaltawaqtMMGRocksOn!

Wara introduzzjoni qasira mill-compere Lito, għaddejna mill-ewwel għal xi ħaġa aktar serja. Kanzunetta li ħafna jqisuha fil-fattbħalal-aqwawaħdafil-ġenerutar-rock.Kanzunettalifis-sena2000kienet ivvutatamill-VH1 bħala t-tielet l-aqwaminn lista ta’ 100GreatestSongs.Kienetkompostamill-kitarrist ta’ l-istessgruppJimmy Page u l-kantant Robert Plant għar-raba’ studio albumta’danil-grupp.Ġietimnedijafit-8ta’Novembruta’l-1971uminn dak inhar l-hawn baqgħet popolari mmens għal-lirikatantsabihalifiha,umhuxanqasgħall-arpeġġimelodjużital-kitarrafil-ftuħtagħha.

Kien wasal għalhekk il-mument li nilqgħu fostna lill-kantantJewlsVerse jewkifħafna jafuhOzzyLino.U jekkħandoqqur-rock, ma naqsitx il-lead guitar. U hawn Lito ppreżenta lilInternational guitarist from the UK, and former lead guitarist of the British hard rock band FM Andy Barnett.

Daqshekkdiskorsumill-ewwell-arpeġġisbieħtal-kitarra,ul-leħenkiebita’JewlsVerse,flimkienmal-bandafis-songimmortalital-LedZeppelin–StairwaytoHeaven.

Umit-taraġgħall-ġennagħaddejnagħalSatisfactionmill-gruppTheRollingStones,f’liemakanzunettaingħaqdetmal-bandaDiane-leadsinger tal-grupp Malti Corkskrew, li fimkien ma’ Jewls akkumpanjat’il-Banda għall-interpretazzjoni ta’ din is-song immortali - song li ġietirregalatamis-SurFransFarrugia.

Il-concert tas-sena mtella’ mis-Società Filarmonica MariaMaterGratiæta’Ħaż-Żabbarreġa’kiensuċċessieħorfuqskalaliwieħedma tantx jista’ jiddiskreviha.KullminattendagħalMMGRocksOn!nharil-Ħadd21ta’Frar2010ġewwat-TeatruNotre Dame f’Ħaż-Żabbar, persważ li jista’ jikkonferma dan.Xalatata’mużikarockurock‘nrollmataqta’xejn,minnbandappreparatatajjebimżewqab’mużiċistita’kalibru,umajonqosxid-direzzjoniimpekkablitas-SurmastRaySciberras.

Ma’ dan ma naqsux kontorni oħra bħall-palk mill-isbaħjikkumplimenta t-tema tar-rock, effetti tad-dwal, viżwal, ul-kantantiDiane(minnCorkskrew)uJewlsVerse,flimkienmal-leadguitaristIngliżta’famainternazzjonaliAndyBarnett.Klipsqosra editjati b’mod mill-aktar professjonali, dwar id-diskili jkunuser jindaqqumill-Bandau l-grupp relatatmagħhom,bdew ukoll jintwerew bejn silta u oħra fuq il-bosta plasmau big skrins li kienu armati madwar it-Teatru kollu. Waqtl-eżekuzzjonital-mużika,fuqdawnl-iskrinsbedajiġipproġettatukoll dak kollu li kien qed iseħħ fit-Teatru hekk li l-udjenzasetgħetissegwiħafnaaħjardakkollulikienqediseħħ.

Teatrumimlidaqsbajda.Aktarminnsittmittpersuna,ħerqanabiexjisimgħulill-BandaMariaMaterGratiæubiexjassistugħaldanix-showannwaliliissasartantmistenni.Mhuxta’b’xejnli tista’ tgħid li wara biss ġimgħa li fetħu l-bookings, konnalitteralmentfully-booked!

66 67

Page 36: Programm tal-Festa 2010
Page 37: Programm tal-Festa 2010

Uwaradakir-rock,erġajnaluragħalftitrock‘nrollli ċert li niżel għasel partikolarment ma’ dawk lijappartjenugħall-ġenerazzjoniadulta.Ukifjista’jkunli le,metal-bandapaxxietnab’taħlitata’kanzunettital-kbirElvisPresley–il-Kingtar-Rock‘nRolljewkifħafnajsibuhbħalasempliċimentTheKing?Ikuninutlilif’dawnil-ftitpaġninipprovanagħtikomimqarfarkadettallminndakkolluligħamelf’ħajtudanil-kantantkbirAmerikan,għajrlimatulil-karrieratiegħu,ġennenmiljunisħaħta’nieswarajh,umankunxqednesaġerajekkngħid liElvis, litteralmentbiddel il-kultura tad-dinja.Danqaluil-PresidentAmerikanta’dakiż-żmienstessRichardNixon,lihekkkifkienetħarġetl-aħbartal-mewt ta’ Elvis nhar is-16 t’Awwissu ta’ l-1977,

stqarrliElvis,kienbiddelb’modpermanentithe face of American popular culture...Iżdagħalfejnnitkellmufuqil-mewtta’Elvis?Immoruftitlurafiż-żmienhekkkif il-bandaMariaMater Gratiæ paxxietna b’din il-medley ta’ kanzunetti li ġabret fiha All Shook Up,BlueSuedeShoes,Cant’help falling in love,C’monEverybody, Heartbreak hotel, It’s now or never,jailhouserock...ukif jista’ jonqos...LovemeTender.Dinil-medleytantsabihabl-isemta’SelectionsfromAll Shook Up indaqqet f’dan il-programm grazzigħas-SurMarkAnthonyTaboneu l-familjatiegħu liġentilment għoġobhom jirregalaw din il-mużika lis-Soċjetà.

Ovvjament,ElvesPresleymajmutqattudinil-medleytassewingħoġbotminndawkkollhapreżenti.Udornambagħadgħad-DeepPurple,b’SmokeontheWater,fejnibbrillagħaldarb’oħraJewlsVerseflimkienmal-Banda.Minminnkomqattmasema’r-riffta’dinis-song?Immaforsiħafnaminnkommatafuxlidinil-kanzunettatirrakkontastorjaverata’danil-gruppfl-1971metakrewmobilerecordingstudio mingħand The Rolling Stones ukkampjaw f’Montreux fl-Isvizzera ġewwaEntertainment complex li kien jifformaparti minn Montreux Casino. Lejletir-recording fil-kumpless kien hemmkuncert fit-teatru tal-Casino ta’ FrankZappa u The Mothers of Invention.Melaf’nofsdanil-kuncertkienhemmxiħaddmill-udjenzalisparaflaregunuperesslis-saqafkiental-qasabqabbadit-teatruul-kumplesskollu.Ul-ismokeonthewaterhuwaproprjud-duħħanta’danin-narjinfirexfuqLakeGeneva.

Mid-DeepPurple,luraghalftitrock‘nroll,b’medleyoħrata’kanzunettibħal

LouieLouie,WoolyBullyuBorntobeWild...PartyRockmill-BandaMariaMater

Gratiae.

Ovvjament,fil-ġenerutar-rockm’huwhiexbissis-sess maskili li bbrilla. Tina Turner kienetkantanta Amerikana li s-suċċess tagħhaf’karrierata’‘lfuqminn50senatat-titluta’QueenofRock‘nRoll.Titqiesfil-fattbhalathe most successful female rock artist...Biżżejjedngħidulibiegħet‘ilfuqminn200miljunrecordmad-dinjakollha...Minkejjali twieldet fl-1939, sas-sena l-oħra,in-nanna tar-rock kienet għadha qediddur id-dinja f’tour li fakkar il-ħamsinanniversarju mid-debut tagħha. Il-kanzunettaTheBesthibladubjul-aktar

70 71

Page 38: Programm tal-Festa 2010

xogħol popolari tagħha, tant li damet għal ġimgħat sħaħ mal-ewwel ħames postijiet fiċ-charts Ingliżi meta din ħarġet fl-1989. Miktuba minn Mike Chapman and Holly Knight, din il-kanzunetta tant hi b’saħħitha li mhux l-ewwel darba li smajniha tintuża f’reklami jew fil-ftuħ jew l-għeluq spettakolari ta’ xi event.

Ovvjament f’MMG Rocks On! ma kellniex lil Tina Turner magħna, iżda kellna lil Diane li interpretat mal-banda uħud mill-kanzunetti ta’ din il-leġġenda...grazzi wkoll għas-sinjuri Gorg P. Xuereb u t-tifel tiegħu George, li għoġobhom jirregalaw din il-muzika lill-Banda.

U wara dik l-eżekuzzjoni b’saħħitha, serraħna xi ftit lil banda sabiex Andy fuq il-lead guitar flimkien ma Jewls Verse, Simon fuq is-syntheseiser, Christian fuq id-drums u Billy fuq il-Bass Guitar, interpretaw għall-udjenza l-kanzunetta mmortali tal-Pink Floyd Comfortably Numb. Kif stajna nagħmlu kunċert ta’ mużika rock jekk ma ninkludux lil Pink Floyd ukoll?

Kienet tassew interpretazzjoni tal-ġenn!. Iżda intant, erġajna lura għall-heavy metal u din id-darba morna għand band Amerikana – Metallica: band li ġiet iffurmata fl-1981 f’Los Angeles California mid-drummer leġġendarju tagħhom Lars Ulrich. Is-song li jmiss fil-fatt kienet ballad jew kif inhuma magħrufa aħjar bħala power ballad b’tema li normalment iddur mal-imħabba bl-udjenza fil-kunċerti normalment jixegħlu l-lighters biex jikkumplimentaw l-aspett emozzjonali. Nothing Else Matters inkitbet mis-singer u r-rhythm guitarist ta’ din il-band James Hetfield waqt li kien qiegħed fuq tour. Kien qed

jitkellem mal-għarusa tiegħu fuq it-telefon u b’id waħda beda jżomm it-telefon u bl-oħra beda jdoqq il-kordi tal-kitarra li kellu maġenbu.

U hekk twieldu l-ewwel żewg battuti ta’ din is-song li llum saret sinonima ma’ dan il-grupp Amerikan. Din is-song

ukoll indaqqet għall-ewwel darba bil-banda f’pajjizna u l-iscore ġie rregalat lill-Banda mis-Sinjuri Mario Farrugia,

Carmel Sciberras u Marlor Sciberras. Għal darb’oħra reġgħet ingħaqdet mal-Banda Diane sabiex flimkien mal-mużiċisti tas-

Soċjetà, tat interpretazzjoni ta’ din il-ballad Nothing Else Matters.

Tassew il-programm ta’ din is-sena kien qed jisssarrf f’serata spettakolari – iżda kien għad fadal ħafna aktar.

Bħal ma għedna fuq il-Pink Floyd, rock concert ma jkunx komplut mingħajr

is-sbuħija tad-diski tal Queen. Min minnkom qatt sema’ bl-isem ta’ Farrokh Bulsara fid-dinja tar-rock? Dan it-tifel twieled fuq il-gzira ta’ Zanzibar fit-Tanzania fl-1946 u ta’ 8 snin kien diġà fforma band fl-iskola bl-isem ta’ The Hectics. Ta’ 17-il sena kellu jaħrab

minn art twelidu minħabba rivoluzzjoni f’pajjiżu u mar joqgħod flimkien mal-familja tiegħu f’dar żgħira ġewwa Feltham, f’Middlesex, l-Ingilterra. Ġewwa l-Ingilterra Farrokh bidel ismu għal Freddie fejn kompla jistudja l-arti u l-graphic design iżda hawnhekk ukoll kompla jimraħ ma’ diversi bands sakemm iltaqa’ mal-kitarrista Brian May u d-drummer Roger Taylor biex flimkien iffurmaw band ġdida.

Freddie għażel l-isem Queen għal din il-band minkejja li sħabu ma tantx qablu miegħu u fl-istess ħin iddeċieda li jbiddel kunjomu għal Mercury. Hekk kien it-twelid ta’ din il-band leġġendarja fl-1970 li sal-1975 kienu diġà nedew erba’ albums bl-aħħar tnejn Sheer Heart Attack u A Night at the Opera fl-istess sena u li bdew jagħmlu suċċessi kbar kummerċjali. Matul is-snin, is-suċċessi bdew dejjem jiżdiedu bil-performances tal-Queen madwar id-dinja kollha jattiraw udjenzi ta’ eluf kbar ta’ nies. F’din il-medley għall-banda miktuba mis-Surmast ta’ din il-banda stess Mro. Ray Sciberras, l-udjenza tpaxxiet b’taħlita ta’

72 73

Page 39: Programm tal-Festa 2010

kanzunetti tal-Queen, b’eżekuzzjoni li mmeritat ċapċip kbir mill-udjenza. Prosit partikolari tmur għal Ozzy Lino għall-interpretazzjoni tiegħu tal-

Bohemian Rhapsody.

Intant qrobna aktar lejn l-aħħar iżda kien għad fadal aktar mużika sabiħa x’nisimgħu.

Fil-fatt, kanzunetta oħra li hi sinonima tassew ma’ min ikantaha hi It’s My Life ta’ Bon Jovi - l-ewwel single tiegħu mill-album Crush – u crush tassew tista’ tgħid li nħoloq kemm fuq Bon Jovi u anke fuq il-kanzunetta nnifisha meta ħarġet fis-sena 2000, bil-kanzunetta tiddomina l-ewwel post f’hafna pajjiżi. Interessanti r-referenza f’din il-kanzunetta għal Frank Sinatra, fil-vers My Heart is like an open highway/Like Frankie said/I Did it My Way.

Apparentament Jon Bon Jovi u Richie Sambora, li kien ukoll involut fil-kitba tagħha, kellhom argument fuq

dan il-vers. Aktar tard Jon Bon Jovi qal hekk: Kont għadni ġej lura mill-filming tal-film U-571 – li

tajjeb ngħidu li partijiet minnu nġibdu Malta. U bejni u bejn ruħi għedt: Sinatra għamel

16-il film u tturja d-dinja sa ma kellu 80 sena. Dan hu r-role model tiegħi...

Sambora qalli: Ma tistax tikteb hekk...ħadd ma jimpurtah minn Sinatra, iżda minnek...Madanakollu ktibtha xorta...

Għal darb’ohra il-Banda Maria Mater Gratiae, Andy, u l-kantanti tagħna paxxew l-udejnza b’It’s My life ta’ Bonjovi, liema kanzunetta ġiet irregalata lil din il-Banda minn bandist tagħha stess, is-sur Jesmond Fenech.

U bqajna ġejjin lejn l-era aktar kontemporanja, era li fiha bbrillat u għadha qed tibbrilla l-alternative rock band Ingliza Coldplay. Iffurmati ġewwa Londra fl-1997, sal-lum biegħu ‘il-fuq minn 50 miljun album madwar id-dinja kollha. Waħda mill-aktar songs reċenti tagħhom u li għamlet suċċess instantanju hi Viva La Vida li proprju smajniha waqt MMG Rocks On! Il-lirika tas-song hi tassew interessanti għax fiha kontenut kemm storiku u anke reliġjuż…apparti mill-melodija tant sabiħa tagħha. Spikkaw għal darb’oħra mal-banda Jewls, Diane u Andy f’Viva La Vida, grazzi wkoll għas-sinjuri Joseph Cassar u Catherine Grech li għoġobhom jiregalawha għall-Banda ta’ din is-Soċjetà.

Wasalna fit-tmiem u għamilna tmiem grandjuż….U kif jixhed isem id-diska stess…The Final Countdown mill-grupp Europe, irregalata lis-Soċjetà mis-Sur Anthony Marmara. Għall-aħħar darba għalhekk Diane, Jewls, Andy, Maestro Ray Sciberras u l-mużiċisti tagħna f’tmiem mill-aktar grandjuż għal MMG Rocks On! – The Final Countdown.

Hu hekk konna tassew wasalna fit-tmiem ta’ programm mużikali li żgur ser isib postu b’ittri tad-deheb fl-istorja tal-Banda tagħna. Kunċert li xehed fil-verità kemm is-Soċjetà tagħna hi waħda progressiva u li l-baned tagħna, jekk jagħrfu jadattaw ir-repertoju tagħhom, għadhom appellabli daqs qatt qabel. Prosit kbira lil kull min ħadem magħna u tana s-sapport meħtieġ biex stajna ngħixu flimkien din is-serata fantastika li kompliet tagħmel lill-banda tagħna waħda aktar popolari mal-pubbliku. Fost kollox grazzi għal darb’oħra lill-isponsors: Sullivan Shipping, Bank of Valletta, La Rouelle Restaurant f’Wilga Street Marsaxlokk, Citadel Insurance, 5th Avenue of New York, u naturalment il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar, u grazzi wkoll lil dawk kollha li irregalaw mużika ġdida lis-Soċjetà. Ta’ dan kollu, grazzi mill-qalb.

74 75

Page 40: Programm tal-Festa 2010

Il-Ħamis, 2 ta’ Settembru7.00 pm Marċ qasir minn Banda ffurmata minn bandisti

taż-żewġ soċjetajiet mużikali ta’ Ħaż-Żabbar li se jgħaddi minn dawn it-toroq: Misraħ is-Sliem, Triq il-Kbira għall-Pjazza ta’ Triq is-Santwarju sal-Knisja Parrokkjali.

8.30 pm Marċ u attività fiż-Żona tal-Knisja tas-Salib Imqaddes.

Il-marċ mill-Banda tas-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ se jgħaddi minn dawn it-toroq: Triq Agatha Barbara, Triq il-Bikri, Triq l-Indivja, Triq is-Selq, Triq il-Bur, Triq Tal-Ħofra, Triq ix-Xgħajra, Triq il-Liftija, Triq A. Caligari, Triq Luigi Bongailas, Triq Agatha Barbara, Triq ix-Xgħajra, Triq il-Kapuċċini u Triq Alessio Erardi.

Il-Ġimgħa, 3 ta’ Settembru8.00 pm Marċ u attività fiż-Żona tal-Knisja tas-Salib

Imqaddes. Il-marċ mill-Banda tas-Società Filarmonica Maria

Mater Gratiæ se jgħaddi minn dawn it-toroq: Triq Agatha Barbara, Triq il-Bikri, Triq l-Indivja, Triq is-Selq, Triq il-Bur, Triq Tal-Ħofra, Triq ix-Xgħajra, Triq il-Liftija, Triq A. Caligari, Triq Luigi Bongailas, Triq Agatha Barbara, Triq ix-Xgħajra, Triq il-Kapuċċini u Triq Alessio Erardi.

Is-Sibt, 4 ta’ Settembru8.30 pm Ikla bi spettaklu fl-Arena tal-Każin b’risq il-Festa.

It-Tnejn, 6 ta’ Settembru8.30 pm Ġawhritna: Programm Mużikali mill-Banda

tas-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ fl-Arena tal-Każin. Wara jkun hemm ir-Riċeviment Annwali għas-Soċji, Soċjetajiet Żabbarin u mistednin oħra.

It-Tlieta, 7 ta’ Settembru7.00 pm Quddiesa fl-Arena tal-Każin akkumpanjata mill-

Banda b’suffraġju għal ruħ is-Soċji mejtin. Ċelebrant: Id-Direttur Spiritwali, Dun Ġużepp

Sultana.8.30 pm Marċ mill-Banda tas-Società Filarmonica Maria

Mater Gratiæ li jgħaddi minn dawn it-toroq: Triq il-Kapuċċini, Triq il-Lembija, Triq il-Qalb Imqaddsa, Triq l-Iskola, Triq il-Karmnu, Triq Santa Domenica, Triq Felice, Triq l-Iskola, Triq Santa Theresa u Triq is-Santwarju sal-Każin. Kif joħroġ il-marċ jinħarqu Salut u Murtaletti mill-Għalqa ta’ Triq il-Labour.

L-Erbgħa, 8 ta’ Settembru8.30 pm Kunċert Ġenerali fl-Arena tal-Każin.

Il-Ħamis, 9 ta’ Settembru8.30 pm Marċ mill-Banda tas-Società Filarmonica Maria

Mater Gratiæ li jgħaddi minn dawn it-toroq: Triq is-Santwarju minn quddiem il-Każin, Pjazza Madonna Medjatriċi, Triq Hompesch, Triq il-Kunvent, Triq id-Dukkar, Triq Lia, Triq Tumas Dingli, Triq Agostino Said, Triq id-Dukkar, Triq il-Vulcan, Triq l-Iskola, Triq id-Dukkar, Triq il-Kunvent, Triq il-Kbira, iddur mal-Pjazza ta’ Triq is-Santwarju u lura sal-Każin. Kif joħroġ il-marċ jinħarqu Salut u Murtaletti mill-Għalqa ta’ Triq il-Labour.

Il-Ġimgħa, 10 ta’ Settembru8.30 pm Il-Banda tas-Società Filarmonica Maria

Mater Gratiæ tagħmel il-Marċ Tradizzjonali bl-istatwa ta’ Malta Rebbieħa.

Il-marċ se jgħaddi minn dawn it-toroq: Triq is-Santwarju minn quddiem il-Każin, Pjazza Madonna Medjatriċi, Triq Giovanni Bonavia, Triq l-Immakulata Kunċizzjoni, Triq il-Kbira, Triq il-Kittien, Triq Santa Domenica, Triq il-Kittien, Triq Espedito Catania, Triq is-Sagħtar, Triq Bormla u Triq il-Kbira sal-Pjazza ta’ Triq is-Santwarju fejn l-istatwa artistika ta’ Malta Rebbieħa tittella’ fuq il-kolonna akkumpanjata bl-Innu Marċ Malta u Wliedha tas-Surmast Lorenzo Gonzi. Kif joħroġ il-marċ jinħarqu Salut, Murtaletti bil-Beraq tal-Kulur, Blalen u Sfejjer mill-Għalqa ta’ Triq il-Labour.

Is-Sibt, 11 ta’ Settembru10.15 am Il-Banda tas-Società Filarmonica Maria

Mater Gratiæ tieħu sehem fiċ-ċerimonja tat-Tberik tal-Baned mill-Kappillan fuq iz-Zuntier tas-Santwarju. Kif titbierek il-Banda, tinħaraq Kaxxa Infernali mill-Għalqa ta’ Triq il-Labour. Wara, il-Banda tinżel lura sal-Każin permezz ta’ Innijiet Marjani.

11.00 am Il-Banda tas-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ tagħmel il-famuż Marċ tat-Te Deum akkumpanjat mill-Kannizzata u Briju meraviljuż maħdum mill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ.

Il-marċ se jgħaddi minn dawn it-toroq: Triq is-Santwarju minn quddiem il-Każin, Triq il-Kbira, Triq il-Biċċieni, Triq Santa Domenica, Triq Santa Theresa, Triq Lia, Triq Felice, Triq l-Iskola, Triq il-Qalb Imqaddsa u Triq is-Santwarju sal-Każin.

8.30 pm Marċ qasir u Programm Mużikali mill-Banda San Sebastjan tas-Soċjetà Filarmonika Pinto ta’ Ħal Qormi.

Il-marċ se jgħaddi minn dawn it-toroq: Triq is-Santwarju minn quddiem il-Każin, Pjazza Madonna Medjatriċi, Triq Giovanni Bonavia, Triq l-Immakulata Kunċizzjoni u Triq il-Kbira sal-Pjazza ta’ Triq is-Santwarju fejn jiġi eżegwit Programm Mużikali fuq il-Planċier.

10.00 pm Eternal Fire - Spettaklu Awdjo-Viżiv ta’ Logħob tan-Nar ta’ l-Ajru mill-Għalqa ta’ Triq il-Labour imtella’ mill-Kummissjoni Nar u Armar.

Il-Ħadd, 12 ta’ Settembru6.00 pm Marċ qasir u Programm Mużikali mill-Banda

Madonna tal-Ġilju ta’ l-Imqabba. Il-marċ se jgħaddi minn dawn it-toroq:

Triq il-Kbira, Triq is-Santwarju fejn wara li ssellem lill-Madonna tal-Grazzja bl-Ave Maria, teżegwixxi Programm Mużikali fuq il-Planċier fil-Pjazza ta’ Triq is-Santwarju. Wara takkumpanja ’l-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja sal-Knisja b’Innijiet Marjani.

Società Filarmonica Mater Maria Gratiæ

programm festa

I l - K u m i t a t j a w g u r a l - F e s t a t - Ta j b a l i ż - Ż a b b a r i n k o l l h a .

76 77

Page 41: Programm tal-Festa 2010

Ódejn il-Bandli ta’ ÓaΩ-Ûabbar

Specialising in Cars, Boats & Home Upholstery

• made to measure seats / loose Covers• stock of good quality material

flame / uv / salt water resistant ect..• car seat covers complete with embroided logo

CALL NOW 9948 6445

SEAT COVERSSTARTING €150

78 79

Page 42: Programm tal-Festa 2010

Scotts Supermarket Spinola Bay & Burmarrad - Open all Sundays 8.30am to 12.30pm

Banda soda, iżda nistenna aktar ...Jesmond Fenech - Rappreżentant tal-Banda u Arkivista

I s-sena tal-banda reġgħet kienet waħda ferm impenjattiva, iżda sfortunatament, xi kultant tkun tixtieq tagħmel ħafna aktar iżda jew ma ssibx ħin jew inkella ma ssibx niex biżżejjed biex twettaqha.

Il-ħidma fil-banda ma taqta’ xejn u tiskanta kemm issib x’tagħmel biex kemm l-eżekuzzjonijiet tal-banda u anke d-dehra tagħha tkompli tisbieħ. Minn daqshekk inħossni kburi li nifforma parti minn banda li f’ħafna aspetti qed inkunu l-ewwel li qed nintroduċu ħafna ideat li qed iħallu l-frott mixtieq. Naħseb li taqblu miegħi li d-dehra tal-banda saret ħafna aktar appellabbli u aġġornata mal-moderniżmu tal-lum, kemm f’dak li hu repertorju u anke fejn għandha x’taqsam id-dehra. Dan naturalment qed nagħmluh mingħajr ma nitilfu xejn mill-prinċipji tagħna.

Naf li mhu ser ngħid ġdid però nħoss li jista’ jkun hemm involviment akbar mill-bandisti tagħna f’dak kollu li nagħmlu relatat mal-banda biex b’hekk huma wkoll iħossuhom parti minn dan il-proġett mużikali. J’Alla wkoll ikollna aktar bandisti li jibqgħu mexjin fil-banda tagħna bħal ma mexa l-ħabib tiegħi Kevin Mizzi li din is-sena għadu kemm ġie maħtur Assistent Surmast tal-Banda.

Fid-dinja tal-lum, ħafna affarijiet m’għadhomx jimxu bid-dixxiplina ta’ qabel iżda fuq l-irġulija u s-sens komun. Mhux il-każ li noqogħdu nissospendu lil xi bandist għax ma josservax l-obbligi tiegħu. Kulħadd jagħmel li jħoss fuq il-kuxjenza tiegħu. Biss, il-banda tkompli tikber u tissaħħaħ skond kemm ikollha bandisti li jibqgħu iservuha mingħajr ħafna skużi u li jkomplu jagħrfu l-bżonn li din tibqa’ ħajja. Minn dan l-aspett, nifraħ lil dawk li jagħtu s-sehem tagħhom b’mod konsistenti iżda niddiskusta ruħi xi kultant b’uħud li l-iskużi dejjem joktru.

Grazzi lil dawk kollha li jaħdmu sabiex il-banda tagħna tibqa’ fil-quċċata.

Nawguralkom li tgawdu festa sabiħa mal-banda tagħna.

80 81

Page 43: Programm tal-Festa 2010

Fanfare and Soliloquy for Band – Trevor L. SharpeTrevor L. Sharpe huwa direttur, għalliem u kompożitur Ingliż, l-aktar magħruf għax-xogħol tiegħu fil-mużika militari. Imwieled f’Canterbury l-Ingilterra fl-1921, Sharpe sa minn età żgħira wera interess partikolari fil-mużika militari. Fil-karriera tiegħu, huwa kiseb diversi unuri, fosthom The Award for Military Bandmaster li hu rebaħ fl-1950. Matul il-karriera tiegħu, Sharpe idderieġa diversi orkestri u riġmenti, fosthom ta’ min isemmi The Band of Her Majesties Cold Stream Guards. Fanfare and Soliloquy for Band huwa xogħol militari li nkiteb fl-1966.

Innu Salve Maria Salve – Pacifico SciclunaIs-Surmast Pacifico Scicluna twieled Bormla fl-14 t’Awissu 1876 u ħalla ismu marbut b’intimità kbira mas-Societa` Filarmonica Maria Mater Gratiæ. Mhux biss għaliex huwa għamel aktar minn 29 sena jidderieġi ‘l Banda tas-Soċjeta`, iżda wkoll għaliex mill-pinna tiegħu ħallielna għadd ta’ kompożizzjonijiet speċjalment iddedikati lill-Madonna tal-Grazzja, Patruna tas-Soċjetà. Minbarra L-Innu Popolari tal-Banda Maria Mater Gratiæ insibu l-Innu Salve Maria Salve, fejn jispikka l-irwol tal-qniepen, jew tubular bells, bis-sehem tal-kantanta Graziana Axisa.

Tifħir lill-Madonna tal-Grazzja – Ray SciberrasL-istorja ta’ dan l-innu tmur lura għas-sena 1997 meta waqt servizz tal-Banda tas-Soċjetà fil-festa ta’ Santa Marija ta’ Ħ’Attard, xi membri tal-Kumitat Eżekuttiv u tal-Kummissjoni Żgħażagħ kienu talbu lil Mro. Ray Sciberras sabiex jikkomponi innu popolari lill-Madonna tal-Grazzja. Ftit taż-żmien wara, b’mod aċċidentali, is-Surmast iltaqa’ ma’ innu ta’ tifħir lill-Madonna tal-Grazzja miktub mill-Poeta Patri Mattew Sultana O.F.M. , personaġġ li kellu rabta speċjali mas-Soc. Filar. Maria Mater Gratiæ u poeta li kien joħroġ l-aħjar kwalitajiet tiegħu meta jfaħħar lill-Madonna tal-Grazzja. Il-versi ta’ Patri Mattew qanqlu l-ħsieb tas-Surmast Sciberras u wara ftit taż-żmien il-mużika tlestiet sabiex dan l-innu ġie eżegwit għall-ewwel darba fil-Programm mużikali tal-Festa tas-sena 1997. Din id-darba, dan l-innu tant melodjuż ser jitkanta mill-kantanta brava Graziana Axisa.

Poets and Peasant Overture – Franz von SuppéFranz von Suppé: Awstrijakk li għex bejn l-1819 u l-1895. Huwa meqjus bħala kompożitur u direttur ta’ l-era Romantika. Suppé baqa’ magħruf bħala wieħed mill-pijunieri ta’ l-operetta Vjenniża. Is-suċċess f’ħajtu wasal sa minn kmieni, b’sensiela ta’ xogħlijiet li jinkludu għoxrin operetta f’perjodu ta’ ħames snin. Però, filwaqt li l-operetti ta’ kompożituri oħra magħrufa, bħal Franz Lehar u Sigmund Romberg, għadhom famużi sal-lum, dawk ta’ Suppé ftit li xejn għadhom jingħataw importanza. Baqgħalna, iżda, sensiela ta’ overtures li nistgħu ngħidu li twaħħdu mar-repertorju sinfoniku, fosthom The Beautiful Galatea, Donna Juanita, Boccaccio, Pique Dame, u The Light Cavalry.

Fost l-aktar popolari insibu Poets and Peasant, overture li nkitbet fl-1846. Dan ix-xogħol ma nkitibx għal xi waħda mill-operetti tiegħu iżda bħala mużika għal waqt dramm imtella’ minn kollega tiegħu, ċertu wieħed Elmar. Din l-overture tant saret popolari li ġiet ippubblikata fi kważi erbgħin arranġament differenti. Il-parti ċentrali ta’ dan ix-xogħol hija famuża għall-melodija sinkopata li tirrepeti ruħha b’aktar emfażi fl-aħħar parti ta’ l-overture.

Programm Mużikali - Festa 2010it-Tnejn, 6 ta’ Settembru

Blue Arena Zabbar

Kevin Mizzi M.Sc.

.

82 83

.Grandfather’s Clock (Solo for Euphonium) – George Doughty Arr. Paul BorgGrandfather’s Clock hija kanzunetta ħelwa miktuba fl-1876 minn Henry Clay Work li bis-sempliċità tagħha maż-żmien tant saret popolari mat-tfal iż-żgħar. Aktar tard, George Doughty ikkompona varjazzjoni fuq din it-tema, li kien l-ewwel xogħol tiegħu maħsub biex jindaqq minn solista flimkien mal-banda. Dan ix-xogħol jikkonsisti f’arja segwita minn tliet varjazzjonijiet, bl-aħħar waħda l-aktar diffiċli f’dik li hi teknika ta’ l-istrument, u li tagħti final mill-aqwa lil din is-silta.

Grandfather’s Clock, meqjusa bħala showpiece fir-repertorju tal-brass, din id-darba ser tindaqq fuq il-euphonium mis-solista Kevin Mizzi.

Elton John Classics – Arr. Ralph FordL-artist Ingliż Sir Elton John żgur li m’għandu bżonn ta’ l-ebda introduzzjoni. F’karriera mużikali t’aktar minn erbgħin sena, John biegħ aktar minn 250 miljun record, suċċess li jpoġġieh fost l-aqwa artisti ta’ kull żmien. Biss biss, is-single Candle in the Wind, li ħarġet fl-1997, inbiegħet f’aktar minn 37 miljun kopja, biex saret l-aktar single li nbiegħet tul is-snin.

Elton John Classics hija medley ta’ uħud mill-aqwa kanzunetti ta’ Sir Elton John. Dan l-arranġament għall-banda ta’ Ralph Ford jinkludi Crocodile Rock, Daniel, Goodbye Yellow Brick Road, Saturday Night’s Alright (For Fighting) u Candle in the Wind.

Selections from Wicked – Stephen Schwartz Arr. Jay BocookWicked huwa musical b’mużika u lirika ta’ Stephen Schwartz u b’librett ta’ Winnie Holzman. Ittella’ għall-ewwel darba f’San Francisco ġewwa Curran Theatre f’Mejju ta’ l-2003, filwaqt li f’Ottubru ta’ wara saret l-ewwel eżekuzzjoni fi Broadway.

Dan il-musical jirrakkonta l-istorja ta’ Elphaba, is-saħħara l-ħażina, u l-ħbiberija tagħha ma’ Galinda Upland, is-saħħara t-tajba. Ir-relazzjoni tagħhom tgħaddi minn taqlib kbir, b’konflitti kontinwi sforz il-karattri u l-opinjonijiet opposti, u rivalità dwar min minnhom ser jakkwista l-imħabba ta’ persuna partikolari. Eventwalment, Elphaba titlef kull grazzja. Dan il-musical jislet siltiet mill-film The Wizard of Oz ta’ l-1939.Dan l-arranġament għall-banda ta’ Jay Bocook qiegħed f’forma ta’ medley li tinkludi fiha s-siltiet No One Mourns the Wicked, The Wizard and I, Dancing Through Life, Defying Gravity u For Good.

James Bond Suite – Arr. Frank EricksonIl-karattru ta’ James Bond 007 inħoloq mill-kittieb Ian Fleming fl-1953 li fuqu bbaża tnax-il novella u żewġ ġabriet ta’ stejjer qosra. Dan il-karattru deher ukoll fl-aktar sensiela twila ta’ films sal-lum, bl-ewwel film Dr. No li ħareġ fl-1962 bl-attur prinċipali Sean Connery, filwaqt li l-aktar film riċenti huwa dak ta’ l-2008 bl-isem Quantum of Solace fejn il-parti prinċipali ngħatat lil Daniel Craig. B’kollox fis-swali taċ-ċinema dehru xejn anqas minn 22 film. Is-soundtrack prinċipali, James Bond Theme, inkitbet minn Monty Norman.James Bond Suite hija medley fuq arranġament ta’ Frank Erickson li tinkludi James Bond Theme, Live and Let Die, For your eyes only, u Goldfinger.

Hard Rock Hallelujah – Lordi Arr. Jan van KraeydonckHard Rock Hallelujah hija kanzunetta miktuba mill-grupp heavy metal Lordi mill-Filladja, li biha rebħu l-Eurovision Song Contest ta’ l-2006. Din kienet l-ewwel darba li l-Fillandja rnexxhielha tikseb post ma’ l-ewwel ħamsa. Hard Rock Hallelujah ġiet ivvutata bħala l-aktar kanzunetta popolari Fillandiża li ħadet sehem fil-Eurovision f’erbgħin sena. Fl-2006 ħarġet ukoll bħala single li leħqet l-ewwel post fil-Fillandja kif ukoll ikklassifikat ma’ l-ewwel erbgħin fl-Ingilterra. Hard Rock Hallelujah ġiet adattata għall-banda minn Jam van Kraeydonck.

Ġawhritna – Ray SciberrasFuq xewqa tal-Kumitat Eżekuttiv tas-Soċjetà flimkien mal-Kummissjoni Banda, din is-sena s-Surmast Direttur Ray Sciberras intalab sabiex għal darb’oħra jikkomponi kanzunetta bi stil pop. Fuq versi ta’ Sunny Aquilina, iż-żewġ vuċijiet ta’ Eleanoir Cassar u Ludwig Galea ser ikantaw din l-għanja melodjuża li żgur ser tinżel tajjeb mal-partitarji ta’ din is-Soċjetà.

L-Innu Popolari tal-Banda Maria Mater Gratiæ – Pacifico SciclunaL-Innu tal-Banda nkiteb mis-Surmast Pacifico Scicluna fl-1933, u tranġa aktar tard fis-sena 1949 minnu stess. Il-mużika movimentata kombinata man-noti sublimi ta’ l-Ave Maria jagħmlu dan l-Innu wieħed mill-isbaħ u l-aktar adattat għal soċjetà filarmonika.

Page 44: Programm tal-Festa 2010

Programm tal-festi interni 2010

Il-Ħamis 2 ta’ Settembru6.00p.m. Bi tħejjija għall-Festa, se ssir ċelebrazzjoni penitenzjali fis-Santwarju, b’konfessuri barranin. Tajjeb li f’din il-festa nħallu l-grazzja ta’ Alla taħdem fina; għalhekk importanti li nibdew billi nfittxu l-maħfra u l-paċi mingħand il-Mulej fis-sagrament tar-rikonċiljazzjoni, is-sagrament li jħalli fina ħafna frott spiritwali. 7.00p.m. Quddiesa bil-parteċipazzjoni tar-reffiegħa ta’ l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja, fratelli, membri tal-Għaqda tal-Armar u tal-helpers li jgħinu fil-festa.7.45p.m. Iż-żewġ Soċjetajiet Mużikali jdoqqu flimkien innijiet Marjani; jibdew minn Misraħ is-Sliem, jgħaddu minn Triq il-Kbira, għal Triq is-Santwarju.8.00p.m. Flimkien nagħtu bidu għall-Festa f’ġieħ il-Madonna tal-Grazzja b’ċelebrazzjoni Marjana quddiem is-Santwarju. Il-vara tal-Madonna tal-Grazzja toħroġ fuq iz-zuntier fejn tkun akkumpanjatha minn innijiet Marjani u kant. Kull min jixtieq jista’ iġib xi fjuri jew xemgħa biex jitpoġġew quddiem l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja.

Ġranet tan-Novena mill-Ġimgħa 3 ta’ Settembru sas-Sibt 11 ta’ Settembru• Matul in-Novena kollha fit-8.30a.m. issir quddiesa animata mit-tfal tal-Parroċċa. • Fil-5.30p.m. issir it-talba tar-Rużarju meditat u kurunella.• Fis-6.00p.m. quddiesa li fiha jkun hemm il-priedki tan-Novena, li se jsiru minn Rev. Martin Galea MSSP. • It-tema magħżula għal din is-sena hi: Marija Omm il-Knisja.• 7.00p.m. Innu, Antifona, u barka sagramentali. Dan isir bis-sehem tal-Kor Parrokkjali.

Il-Ġimgħa 3 ta’ Settembru Jum it-Tfal – Omm l-iżjed safjaIt-tfal huma eżempju l-aktar ċar ta’ kif għandha tkun is-safà ta’ ruħna. Ġesù qalilna li jekk ma nkunux bħat-tfal iż-żgħar ma nistgħux nidħlu fis-saltna ta’ Alla. Marija żammet din is-safà tul ħajjitha kollha u għalhekk tista’ tgħin lilna lkoll biex nibqgħu nħarsu s-safà tagħna.5.30p.m. It-tfal jitilqu b’korteo minn quddiem l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja fi Triq is-Santwarju sas-Santwarju fejn jieħdu sehem fil-quddiesa.6.00p.m. Quddiesa ppreseduta minn Rev. Dun Luke Seguna, Viċi-Kappillan fil-Parroċċa tagħna. Janimaw il-quddiesa bil-kant il-grupp tal-kitarri tat-tfal li għandna fil-parroċċa (3Gs). Mistiedna t-tfal kollha tal-Parroċċa, b’mod speċjali t-tfal li din is-

sena rċevew l-ewwel tqarbina u dawk li se jirċievu s-sagrament tal-Griżma ta’ l-Isqof. Wara se jsiru attivitajiet sportivi għat-tfal fi Triq is-Santwarju. It-tfal kollha li jieħdu sehem għandhom jirreġistraw qabel biex ikunu jistgħu jsiru l-preparazzjonijiet meħtieġa. Din l-attività se tittella’ mill-Kummissjoni Tfal.

Is-Sibt 4 ta’ Settembru Jum l-Adoloxxenti u ż-Żgħażagħ – Omm tal-parir it-tajjebL-adoloxxenza u ż-żgħożija hu żmien li fih il-bniedem jieħu deċiżjonijiet kbar li jistgħu jaffetwaw il-ħajja kollha. Għalhekk hu tant importanti li l-bniedem isib minn jiggwidah sew u jurih id-direzzjoni t-tajba biex b’hekk il-ħajja tkun avventura sabieħa. Marija hi l-aktar persuna li tista’ tagħti parir tajjeb lil dawn iż-żgħażagħ; hi omm u għalhekk trid il-ġid veru lil uliedha. Għalhekk kull żagħżugħ nisrani għandu jagħti widen tal-parir ta’ din l-omm.

5.00p.m. Quddiesa bil-liturġija tat-23 Ħadd ta’ matul s-sena.6.10p.m. Kurunella6.15p.m. Quddiesa ppreseduta minn Rev. Dun Josef Mifsud, Viċi-Kappillan fil-Parroċċa tagħna. Il-quddiesa tkun animata bil-kant minn grupp ta’ żgħażagħ mill-Parroċċa.Wara se ssir attività soċjali għall-adoloxxenti u ż-żgħażagħ fis-Sala Parrokkjali. Din l-attività se tittella’ mill-Kummissjoni Adoloxxenti u Żgħażagħ.

Il-Ħadd 5 ta’ SettembruTifkira ta’ l-Inkurunazzjoni – Omm u SultanaHemm diversi modi differenti ta’ kif jingħażel mexxej. Hemm kulturi fejn it-tmexxija hi xi ħaġa li tintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra; hemm fejn il-mexxej jagħżel lilu nnifsu u ħafna drabi dan isir dittatur. Imma fil-biċċa l-kbira tal-każi l-mexxej jiġi magħżul mill-poplu stess. L-għażla ta’ Marija bħala sultana ma ġietx la minnha nnifisha u lanqas mill-bnedmin imma saret minn Alla nnifsu. Għalhekk Marija hi s-sultana ideali għax Alla jaf x’inhu l-aħjar għall-umanità u bħala Missier ta’ l-umanità jixtieq l-aħjar għall-istess umanità. B’hekk tagħmel sens li nħallu lil Marija tmexxina u tiggwidana għax hi maħtura minn Alla nnifsu.

6.00a.m., 7.15a.m., 8.30a.m., 10.15a.m., 11.30a.m: quddies tat-23 Ħadd ta’ Matul s-sena. 10.00a.m. Pellegrinaġġ tar-Roti għat-tfal. Jitlaq minn quddiem il-Knisja ta’ San Ġakbu

fix-Xgħajra u nimxu fit-toroq ta’ Ħaż-Żabbar; ngħaddu wkoll minn quddiem il-Knisja tas-Salib Imqaddes, ħdejn il-kappella ta’ Marija Bambina u minn quddiem il-knisja ta’ Santa Marija. Naslu quddiem is-Santwarju xil-11.00a.m. It-tfal li se jieħdu sehem importanti li jimlew il-formola li hemm f’Leħen is-Santwarju u titwassal fl-Uffiċċju Parrokkjali sal-Ħamis 2 ta’ Settembru.5.00p.m. Rużarju meditat u kurunella. 5.30p.m. Konċelebrazzjoni mmexxija mill-kanonku Dun Vinċenz Cachia, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Kristu Re, ir-Raħal Ġdid. Isir ukoll il-kant Solenni tat-TE DEUM b’Radd il-ħajr f’għeluq id-59 sena mill-Inkurunazzjoni tax-Xbieha tal-Madonna tal-Grazzja. Issir ukoll l-Antifona u tingħata l-barka Sagramentali.

It-Tnejn 6 ta’ SettembruJum l-għaqdiet u l-lajċi impenjati - Omm ta’ min ħalaqnaIl-ħolqien hu espressjoni ta’ l-Imħabba ta’ Alla. L-Imħabba hi kreattiva u min iħobb ma jehda qatt jara x’jivvinta għal min iħobb. Għalhekk nafu li Alla, il-ħallieq, hu Imħabba – Hu ma jehda qatt jikkrea u joħloq. L-Imħabba tiegħu waslet ukoll li jagħtina lil Marija bħala Ommna – ġest ieħor ta’ kreattività u mħabba. Il-lajċi wkoll huma msejħa biex jesprimu l-imħabba tagħhom f’dak li jagħmlu – huma msejħa jkunu kreattivi u li joħolqu sitwazzjonijiet biex juru min tassew hu Alla. Bħal Marija rridu nkunu wirja kontinwa ta’ l-imħabba ta’ Alla quddiem ħutna l-bnedmin.6.00p.m. Quddiesa ppreseduta minn Patri Maurice Caruana M.S.S.P. Janimaw il-quddies bil-kant il-kor taż-Żona ta’ Sant’ Andrija. Mistiedna speċjali membri ta’ l-għaqdiet reliġjużi u soċjali, kif ukoll il-helpers kollha tal-Parroċċa, inkluż l-għaqdiet u l-helpers taż-żoni.Wara, il-membri ta’ l-għaqdiet u l-helpers mistiedna għal ħin soċjali flimkien fis-Sala Parrokkjali. Din l-attività hi organizzata mill-Kummissjoni Ħidmiet Soċjali u Pastorali.

It-Tlieta 7 ta’ SettembruJum il-Benefatturi – Omm ta’ l-għaġeb6.00p.m. Quddiesa ppreseduta mir- Rev. Dun Joe Galea, saċerdot li jagħti s-servizz pastorali tiegħu fil-Parroċċa tagħna. Janimaw il-quddiesa bil-kant il-grupp Kariżamtiku.Mistiedna speċjali il-benefatturi li jgħinu bit-talb tagħhom u b’għajnuniet materjali. Dawk il-persuni li matul din is-sena ħassew li qalgħu xi grazzja wkoll mistiedna jingħaqdu magħna f’dan il-jum tan-Novena.

L-Erbgħa 8 ta’ Settembru - Festa ta’ Marija Bambina (il-Vitorja)Jum il-Ministeri Liturġiċi – Omm ta’ Kristu9.00a.m. Quddiesa tal-Festa fil-Kappella ta’ Marija Bambina.6.00p.m. Quddiesa ppreseduta mir- Rev. Dun Faustin Ellul, saċerdot li jagħti s-servizz pastorali tiegħu fil-Parroċċa tagħna. F’din il-quddiesa se ssir il-Vestizzjoni ta’ l-Abbatini. Mistiedna speċjali: l-Abbatini u l-familji tagħhom, letturi, animaturi, ministri tat-tqarbin, korijiet u mużiċisti. Janimaw bil-kant il-grupp ta’ l-abbatini.Wara jsir ħin soċjali għall-familjari ta’ l-abbatini fis-Sala Parrokkjali. Din l-attività se tkun organizzata mill-grupp ta’ l-abbatini u l-fratelli.

Il-Ħamis 9 ta’ SettembruJum il-Familja – Omm li tistħoqq l-imħabba4.30p.m. Pellegrinaġġ tat-Trabi minn Pjazza Medjatriċi għas-Santwarju fejn issir il-preżentazzjoni tagħhom lill-Madonna tal-Grazzja.6.00p.m. Quddiesa ppreseduta mir- Rev. Dun Ġużepp Ellul, Viċi-Kappillan fil-Parroċċa tagħna. Janimaw il-quddiesa bil-kant il-Kummissjoni Familja. Mistiedna speċjali dawk il-miżżewġin li qed jiċċelebraw il-25 jew il-50 sena miż-żwieġ tagħhom, il-gruppi tal-Grufan kif ukoll miżżewġin ġodda u l-familji li ġew joqogħdu fil-Parroċċa tagħna. Wara l-miżżewġin li qed jiċċelebraw l-anniversarji tagħhom u l-koppji ġodda mistiedna jiltaqgħu ftit fis-Sala.Il-kummissjoni familja tieħu ħsieb din l-attività. Il-Ġimgħa 10 ta’ Settembru Jum is-Saċerdoti u r-Reliġjużi – Omm il-ħniena9.30a.m. Quddiesa għall-morda, anzjani, persuni bi bżonnijiet speċjali tal-Parroċċa. Din il-quddiesa se titmexxa mir-reverendu Dun Pawl Fenech, saċerdot li qed jagħti s-servizz pastorali tiegħu fil-Parroċċa tagħna. Mistiedna l-morda u l-anzjani kif ukoll persuni li qed jaħdmu u jduru bil-morda u l-anzjani.Wara mmorru fis-Sala Parrokkjali u jkollna mument flimkien. Jieħdu ħsieb l-organizzazzjoni ta’ dan in-nofs ta’ nhar l-Azzjoni Kattolika.6.00p.m. Konċelebrazzjoni ppreseduta mill- E.T. Mons. Angelus Kujur SJ, l-Isqof tad-Djoċesi ta’ Purnea fl-Indja. Jikkonċelebraw ukoll is-saċerdoti tal-Parroċċa kif ukoll saċerdoti u reliġjużi Żabbarin. Mistiedna wkoll ir-reliġjużi rġiel li m’humiex saċerdoti u r-reliġjużi nisa. Janima bil-kant il-Kor Parrokkjali.Wara s-saċerdoti u r-reliġjużi jiltaqgħu fis-Sala Parrokkjali.

Is-Sibt 11 ta’ SettembruJum iż-Żabbarin – Omm ta’ min Salvana8.00a.m. Konċelebrazzjoni ppreseduta mir-Rev. Kappillan Dun Sebastjan Caruana. Kant Solenni tat-TE DEUM b’Radd il-ħajr fi tmiem in-Novena li saret bi tħejjija għall-Festa tal-Madonna tal-Grazzja. Mistiedna speċjali l-emigranti li jinsabu fostna u dawk li jgħixu barra mill-Parroċċa tagħna.10.15a.m. Il-Kappillan joħroġ fuq iz-zuntier ibierek iż-żewġ baned Żabbarin. Il-Baned idoqqu flimkien l-Ave Maria u Innijiet Marjani. Kull banda ddur lejn il-Każin tagħha wara li ddoq l-Innu tal-Banda tagħha.11.00a.m. Jibdew il-marċi tradizzjonali minn ħdejn il-Każini rispettivi taż-żewġ Baned. Jidħlu fit-3.00p.m.5.00p.m. Quddiesa li fiha jieħdu sehem iċ-ċiklisti li bi ħsiebhom jieħdu sehem fil-pellegrinaġġ Roti u Muturi f ’Jum il-Festa.6.15p.m. Translazzjoni Solenni tar-Relikwija mill-Kappella tal-Lunzjata għas-Santwarju li titmexxa mis-saċerdot novell Rev. Dun Emmanuel Schembri. Wara ċ-ċelebrazzjoni tal-Primi Vespri u ċelebrazzjoni Ewkaristika bis-sehem tal-Kor u l-Orkestra.8.00p.m. Quddiesa bis-sehem tal-ħames komunitajiet Neo-Katekumenali tal-Parroċċa.

ll-Ħadd 12 ta’ SettembruJum il-Festa – Omm il-Grazzja ta’ Alla6.00a.m., 7.15a.m., 8.30a.m., Quddies tal-Festa.9.30a.m. Konċelebrazzjoni Solenni ppreseduta mill-E.T. Isqof Emeritus Mons. Ġużeppi Mercieca. Jinseġ il-Paniġierku il-Wisq Reverendu Dun Karm Mercieca, Kappillan tal-Parroċċa tal-Mellieħa.9.45am Jitlaq il-Pellegrinaġġ tradizzjonali tar-roti mir-Rabat u tal-muturi mill-Mosta.11.45a.m. Quddiesa tal-Festa12.30p.m. Jasal il-Pellegrinaġġ tar-Roti u l-Muturi ħdejn is-Santwarju.5.00p.m. Quddiesa tal-Festa 6.15p.m. Ċelebrazzjoni Solenni tas-Sekondi Vespri. Jippresiedi s-saċerdot novell Rev. Dun Emmanuel Schembri.7.00p.m. Tibda ħierġa l-Purċissjoni bl-istatwa artistika tal-Madonna tal-Grazzja, li titmexxa wkoll mis-saċerdot novell reverendu Dun Emmanuel Schembri .10.30p.m. Tidħol il-Purċissjoni. Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika, li bihom tasal fi tmiemha il-Festa tal-Madonna tal-Grazzja, Patruna ta’ Ħaż-Żabbar.

84 85

Page 45: Programm tal-Festa 2010

contact: 9943 [email protected]

Email: [email protected]

86 87

Page 46: Programm tal-Festa 2010

Biex isem is-Soċjetà tagħnajibqa' dejjem fil-quċċata...

“Ismek f’qalbna O Madonna tant għal qalbna ż-Żabbarin, jidwi f’moħħna s-sena kollha ….” Hekk jibdew il-versi tal-Innu Marċ tas-Soċjetà tagħna. U dan kollu minnu għax aħna iż-Żabbarin devoti -ħafna tal-Madonna tal-Grazzja u hekk kif jibda joqrob Settembru ma jiġik xejn aktar f’moħħok ħlief li waslet il-festa tal-Patruna tal-Belt tagħna.

X’ferħ iġib miegħu dan iż-zmien. Ħaż-Żabbar bħallikieku jilbes libsa oħra bit-tiżjin , bnadar u l-festuni fuq il-bjut. Donnu għal ftit taż-żmien ninsew minn xiex inkunu għaddejna matul is-sena u kollha ħeġġa nippreparaw biex ikollna festa sabiħa bħal ma aħna mdorrijin li nagħmlu. Is-Soċjetà tagħna minn dejjem kienet minn tal-ewwel li torganizza attivitajiet għal matul il-ġimgħa tal-festa. Imbagħad xi ngħidu għall-Banda tagħna Maria Mater Gratiae li toħroġ idoqq mat-toroq Żabbarin u tferraħ il-poplu b’marċi mill-isbaħ. Kull sena is-surmast u l-bandisti tagħna jimpenjaw ruħhom u jdoqqu marċi ġodda li żgur jallegraw lil kull min jismagħhom. Ġranet sbieħ li jġibu għaqda fil-familji u bejnietna ż-Żabbarin. Veru li kultant ikun hemm xi erba boloh li jkunu qegħdin jistennew ix-xagħra fl-għaġina biex jaqilgħu kwistjoni imma dawk huma fil-minoranza. Fil-fatt tara ħafna partitarji taż-żewġ soċjetajiet jixorbu u jifirħu flimkien.

Il-Kumitati tagħna kollha naħdmu għal skop wieħed , biex isem is-Soċjetà tagħna jibqa’ dejjem fil-quċċata. Mhux dejjem kollox ikun ward u żgħar imma bl-għajnuna ta’ Alla bqajna mixjin ‘il quddiem u s-Soċjetà Maria Mater Gratiae

baqgħet tgawdi l-popolarità li dejjem kellha. Biex tmexxi Soċjetà bħal tagħna jirekjedi ħafna xogħol, impenn u spejjeż kbar. Ix-xogħol tagħna l-Fergħa Nisa huwa li niġbru l-fondi biex intaffu ftit mill-ispejjeż u għat-tieni sena se nħallsu l-marċi li jsiru l-Ġimgħa u Sibt filgħodu. Il-fondi tal-attivitajiet li nagħmlu matul is-sena ma jkunux biżżejjed u għalhekk aħna bilfors ikollna nduru fuq il-partitarji. Nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lil dawk kollha li taw xi donazzjoni u jekk hawn min ma sibnihx id-dar waqt il-ġbir fid-djar u jixtieq jagħti donazzjoni nassigurawkom li tkun kemm tkun l-offerta żgur li tiġi apprezzata.

Mela issa wasal iż-żmien li ngawdu lkoll flimkien. Nitpaxxew bi ġmiel ta’ armar, spettaklu ta’ logħob tan-nar u niddevertu mal-briju kbir li nafu nagħmlu aħna l-baqristi. Nirringrazzjaw lill-Kummissjonijiet taż-Żgħażagħ u tan-Nar tal-ħidma kontinwa u x-xogħol brillanti u oriġinali li jagħmlu kull sena. U fl-aħħar imma mhux l-inqas nirringrazzjaw lis-Surmast u l-bandisti tal-Banda Maria Mater Gratiæ tal-marċi brijużi li jippreparaw għalina ż-Żabbarin biex iferrħuna fil-jiem tal-festa.

F’isem sħabi l-Fergħa Nisa nawgura l-festa t-tajba lill-membri tal-kumitati tas-Soċjetà tagħna, liż-Żabbarin kollha b’mod speċjali lis-soċji nisa, u l-partitarji baqristi. J’Alla jkollna festa mill-isbaħ kif tixraq lill-Patruna ta’ Ħaż-Żabbar u tas-Soċjetà tagħna. Nitolbu lill-Madonna biex dejjem iżżomm ħarsitha fuqna u fuq il-familji tagħna.

Fergħa Nisa 2009-2010

Chairperson Carmen Dimech

Assistenta Chairperson Gina Testa

Segretarja Mary Psaila

Assistenta Segretarja Marlene Vella Rizzo

Kaxxiera Marion Ebejer

Assistenta Kaxxiera Natasha Camilleri

Membri Tessie Borg

Tessie Galea

Mix-xellug: Tessie Borg, Marlene Vella Rizzo, Mary Psaila, Carmen Dimech, Marion Ebejer,

Gina Testa, Natasha Camilleri u Tessie Galea.

Mary Psaila - Segretarja Fergħa Nisa

8988

Page 47: Programm tal-Festa 2010

Karozza tal-Mejtin MercedesÓafna Snin ta’ Esperjenza fix-xog˙ol

Je˙odlok ˙sieb kollox

Julio Vella24Hr. Funeral Service

15, St. James Square, Zabbar Tel. 21898992 Mob. 99472755

G˙all-tindif ta’ oqbra, Prezzijiet moderati fuq twiebet ta’ Malta u ta’ barra.

90 91

Page 48: Programm tal-Festa 2010

72, Triq is-Santwarju, ÛabbarTel: 21829194

Xorb ġenwin u Atmosfera familjari

Il-Barman flimkien mal-helpers u l-familjari tiegħu

jawguraw il-festa t-tajba liż-Żabbarin kollha

MARIA MATER GRATIÆ BAR

Awguri liż-Żabbarin u lir-residenti ta’ Ħaż-Żabbar għal festa

sabieħa fl-għaqda u s-sliem

Dr. Helena Dalli

93

Page 49: Programm tal-Festa 2010

Dan huwa l-ewwel messaġġ tiegħi bħala Segretarju tal-Kummissjoni Żgħażagħ fl-okkażjoni tal-festa t’Ommna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar. Għalkemm il-festa tiġi għal kulħadd,

l-aktar li jispikkaw matul il-festa huma ż-żgħażagħ li jqajmu l-briju tal-festa u joħolqu atmosfera sabiħa.

Il-kumitat tal-Kummissjoni Żgħażagħ huwa dak il-kumitat li jirrappreżenta l-vuċi żagħżugħa fis-Soċjetà tagħna. Il-kumitat taż-żgħażagħ ma jitwaqqafx ftit jiem qabel il-festa iżda jitwaqqaf minn ħafna qabel u jibda bil-preparamenti tal-festa sa minn xhur sħaħ qabel.

Matul is-sena l-Kummissjoni tħabbrek u torganizza diversi attivitajiet ta’ fundraising biex tiffinanzja l-proġetti tagħha kif ukoll torganizza attivitajiet biex tkabbar il-kultura fil-Belt tagħna.

Ħa nagħti rendikont ta’ xi xogħlijiet ewlenin li saru mill-Kummissjoni Żgħażagħ matul din is-sena.

Għall-ewwel darba tellajna wirja marbuta mal-festi tal-Milied li ssemmiet Tu Scendi dalle Stelle. Din il-wirja ttellgħet fil-kantina tas-Sede tas-Soċjetà. Flimkien bdejna nitkellmu u naqsmu l-ideat tagħna kif stajna ntellgħu din il-wirja. Dan kien possibli wkoll grazzi għall-għajnuna ta’ bosta partitarji, bħas-Sur Joseph Scicluna li anke jgħinna sew fil-wirja Pesah li tittella’ fil-Ġimgħa Mqaddsa. Għall-wirja tal-Milied sibna inkoraġġiment qawwi minn bosta esebituri li kollha xtaqu jarmaw ix-xogħol tagħhom fil-Każin u jesponuh għall-pubbliku. Dan ikompli jagħtik ħafna kuraġġ.

Wara l-Milied tasal malajr il-Ġimgħa l-Kbira u għar-raba’ sena, il-Kummissjoni Żgħażagħ reġgħet tellgħet il-wirja Pesah bid-differenza li din is-sena ttellgħet fuq skala ħafna akbar. Fl-ewwel snin tagħha il-wirja kienet issir biss fil-kantina iżda issa kompliet tiġi estiża għas-Sala Ġino Sciberras fejn ġew esebiti vari ta’ dilettanti differenti. F’din is-Sala ġew

Kummissjoni Żgħażagħ2009 - 2010

Chairperson Mario AquilianaSegretarju Ernest DesiraKaxxier Marco FenechAssistent Kaxxier Joseph MizziKuratur Darren CassarAssistent Kuratur Darren ZammitMembri Gianluca Tabone Fabian Fenech Ayrton Zammit

Wara mx-xellug: Ayrton Zammit, Fabian Fenech, Darren Zammit, Joseph Mizzi, Darren Cassar.

Quddiem mix-xellug: Ernest Desira, Mario Aquilina, Marco Fenech.

Nieqes mir-ritratt: Gianluca Tabone.

Is-sehem ta’ kulħadd, żgħir kemm hu żgħir, huwa indispensabbli.

Ernest Desira - Segretarju Kummissjoni Żgħażagħ

95

Page 50: Programm tal-Festa 2010

armati tliet settijiet ta’ vari esebiti mis-Sinjuri Jesmond Fenech u Noel Vella. Apparti minn hekk, il-wirja ġiet ukoll estiża għas-Sala Malta Rebbieħa fejn ġew esebiti diversi platti tar-ross kif ukoll smid li kien xogħol mill-isbaħ tas-Sinjuri Kirril Xuereb, Mario Aquilina u Ritianne Fedele. Ma’ dawn kien hemm esebiti wkoll sett ta’ vari tiegħi.

Din is-sena ħdimna wkoll fuq passaġġ li kien jagħti mis-Sala Malta Rebbieħa għas-Sala Ġino Sciberras biex kull viżitatur jibqa’ fl-atmosfera tal-wirja. Ma nistax ma nsemmix lis-Sur Domenic Bartolo tal-għajnuna kbira li tana fl-armar tas-Sala Giuseppe Micallef (il-kamra tal-viżitaturi) fejn intramat golgota kompletament maħduma minnu. Għall-Kummisjoni, din il-wirja kienet ta’ sodisfazzjon enormi mhux biss għax l-attendenza għaliha kienet fenomenali iżda wkoll għall-fatt li kull min ġie apprezza ħafna l-esebizzjonijiet li kien hemm. Tajjeb ngħidu wkoll li l-viżitaturi kienu minn postijiet differenti; tista’ tgħid minn kull rokna ta’ Malta.

Għal darb’oħra il-Kummissjoni Żgħażagħ reġgħet kienet strumentali fil-ħidma li saret għall-Programm Mużikali MMG Rocks On! – concert mill-aqwa kif taf ittella’ is-Soċjetà tagħna. Il-preparamenti għal din is-serata ħadu fit-tul u l-Kummissjoni involviet ruħha bis-sħiħ f’dawn il-preparamenti partikolarment fl-iddisinjar u l-bini tal-palk li kien kapolavur, u waqt il-concert innifsu. Persważ li MMG Rocks On! kompla jżid mal-kullana ta’ suċċessi mużikali ta’ din is-Soċjetà, grazzi għall-professjonalitàu s-serjetà li bihom qed jittellgħu – żewġ aspetti sinonimi mal-Banda tal-Grazzja.

L-akbar responsabbiltà li ġġorr il-Kummissjoni Żgħażagħ hi bla dubju l-organizzazjoni tal-festa tal-Patruna tagħna. Kulħadd jiġi minn sena għal sena biex jara x’hemm ġdid għall-festa. Qisu jekk ma nżanżnux xi ħaġa ġdida, għal ħafna nies, il-festa tkun ġiet għalxejn. Iżda qisu ħadd ma jirrealizza li biex tagħmel ix-xogħol il-ġdid, trid sigħat twal ta’ sagrifiċċju minn ammont qawwi ta’ nies. Mhu qed ngħid xejn ġdid. Il-volontarjat qata’ nifsu waħda sew u kieku ma jkunx għall-istess erba’ min-nies, jibqa’ kollox status quo. Mhux biss – agħar minn hekk hu l-fatt li dawn l-istess erba’ min-nies li jkunu qattgħu sena jistinkaw kemm jifilħu għall-festa, fil-ġranet tal-festa, flok igawdu il-frott ta’ ħidmiethom, jispiċċaw isofru l-pressjoni ta’ dawk li ma tarahom qatt matul is-sena iżda jkun jidrilhom li fil-festa jistgħu jiġu u jikkmandaw huma.

Biex tkun Baqrist ta’ vera mhux biżżejjed li tiġi taqbeż mal-marċ u kif jispiċċa tbewweġ lejn id-dar. Is-sehem ta’ kulħadd, żgħir kemm hu żgħir, huwa indispensabbli. Qed ngħixu fi żmien fejn il-maġġoranza taż-żgħażagħ lanqas saru japprezzaw l-isforzi ta’ ħaddieħor aħseb u ara kemm lesti jmiddu jdejhom huma.

Għalhekk, min hu diġà mgħobbi, jkollu jkompli jitgħabba.

Din hi r-realtà li rridu naffaċjaw allavolja mhux kulħadd lest li jammettiha. Kulħadd jgħajjat kemm aħna kbar imma ftit li xejn iridu jagħmlu xi ħaġa. Nirringrazzjaw lil Alla li għad fadal erbat’ irġiel li għadhom iħobbu lis-Soċjetà ta’ vera.

Din is-sena l-emfasi tal-Kummissjoni mar kollu fuq l-armar primarjament ta’ Triq il-Kbira. L-armar ta’ din it-Triq wasal fl-aħħar fażi tiegħu u b’sodisfazzjon il-Kummissjoni Żgħażagħ tista’ tiftaħar li x-xogħol sar kollu kompletament minnha. Vera li ilna għaddejjin is-snin imma s-sodisfazzjoni li tara xogħol ta’ kwalità jiġi armat għall-festa u tkun taf li dak sar minn idek

stess hu ta’ sodisfazzjon kbir. Faċli li tmur u tordna x-xogħol u int kemm tarmah iżda dak mhux

il-mod kif taħdem il-Kummissjoni Żgħażagħ tal-Grazzja li jogħġobha

biss ix-xogħol ta’ jdejna. Ix-xogħol li ħa jiżżanżan din is-sena hu

primarjament is-sopraporti tal-pavaljuni li ġew kompluti kif ukoll

dawk tal-bandalori. Il-maġġoranza tax-xogħol reġa’ sar għal darb’oħra mis-

Sur Marco Fenech bil-għajnuna ta’ membri u volontiera oħra. Id-disinn hu tal-Viċi-President

tas-Soċjetà stess is-Sur Joseph Saliba.

Għal darb’oħra il-Kummissjoni nediet ukoll album ieħor ta’ marċi bil-kant li ġew kantati mill-bravu kantant Daniel Debono flimkien ma’ kor ta’ partitarji Baqristi. Ix-xogħol fuq is-CD l-ġdida involva sigħat sħaħ ta’ preparazzjoni biex il-prodott finali jkun wieħed tajjeb.

Għat-tieni sena, mas-CD qed jingħata wkoll DVD b’xeni li jakkumpanjaw ‘l-istess marċi.

Din hi idea tassew oriġinali li ntlaqgħet tajjeb ħafna. L-appell tiegħi hu biex

il-partitarji tagħna jixtru din is-CD biex b’hekk inkomplu nkabbru

l-atmosfera permezz tal-kant tal-marċi matul il-jiem tal-festa.

Kif qed taraw, ix-xogħol t a l - K u m m i s s j o n i

m’huwhiex biss l-erbat ijiem tal-festa iżda

sena sħiħa. Dan jitlob impenn u sagrifiċċji kbar u jsir mingħajr ebda introjtu personali biex inpaxxu lill-partitarji.

Dan hu ż-żmien li fih il-Kummissjoni taħsad il-frott tas-sagrifiċċju. Is-sodisfazzjon tagħna hu l-apprezzament

tagħkom għax-xogħol li nagħmlu u li kollox imur kif ippjanat.

Nagħlaq billi nappella lill-partitarji żgħażagħ tagħna biex jattendu għall-attivitajiet li nagħmlu u biex l-atmosfera li noħolqu fil-festa tkun waħda ta’ ferħ ġenwin li tagħmilna ulied denji t’Ommna tal-Grazzja.

96 97

Page 51: Programm tal-Festa 2010

Setronics

Sales & service

of TV’S, HIFI.

Computer repairs Tel -21892190/99472547

CHARLIE DVD

RENTALS

Colour photocopy service Tel-21676254

SetronicsSales & serviceof TV’s, HIFI,

Computer repairs & upgradesTel: 21892190/99472547

SAN TOMASOBar, Restaurant, Pizzeria & Grill

Take Away Service

Open Daily for Lunch and Dinner

Angelo Cassar / Joey Vella

St. Thomas Bay, M’Scala, Malta Tel: 2163 9394

We accept orders for parties and other occasionsNew outlet in ZABBAR

Floriana - Qormi

Gzira - B’Kara

98 99

Page 52: Programm tal-Festa 2010

Tu scendi

dalle stelle

100

Page 53: Programm tal-Festa 2010

102 103

Tel: 2169 1527Mob: 7969 1527

Email:[email protected]

Power tools for Hire www.guginacardealer.com

Tel: 2782 3082 Mob: 79593419

Page 54: Programm tal-Festa 2010

Din is-sena għat-tielet darba il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta reġgħet ħadet sehem fil-Military Tatoo li jsir ġewwa Bremen fil-Ġermanja. Dan il-Military Tatoo huwa meqjus bħala wieħed mill-akbar li jsiru fid-dinja. Fih jieħdu sehem diversi baned militari madwar

id-dinja kollha.

Tlett bandisti tas-Soċjetà ħadu sehem f’din il-Military Tattoo: mix-xellug Justin Azzopardi (Trumpet), Jesmond Fenech (Clarinet) u Adrian Brincat (Trumpet).

Tliet bandisti tal-post mal-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta

Arry Enterprises LimitedHompesch Petrol Station, Bajjada Road, Zabbar

Tel: +356 2166 6362 Fax: +356 2180 1724

105104

Page 55: Programm tal-Festa 2010

W ieħed mill-istrumenti li jifforma parti integrali f’banda huwa żgur l-Euphonium. Dan l-istrument ġej mill-familja tar-ramm u ġie

ivvintat fl-1843 minn Ferdinand Sommer ta’ Weimar.

Il-kelma Euphonium ġejja mill-Grieg u tfisser ‘ta’ ħoss sabiħ’. Prinċipalment, l-Euphonium għandu tlett valvi u jindaqq bl-ewwel tlett iswaba ta’ l-id il-leminija. Mudelli professjonali ikollhom saħansitra ir-raba’ valv ukoll. Filwaqt li l-ħoss li jipproduċi dan l-istrument huwa diffiċli biex wieħed jiddeskrievih, ħafna mużiċisti li jdoqqu l-euphonium ilkoll jaqblu li l-ħoss ideali huwa ‘dark’ u ‘velvety’ fl-istess ħin.

Il-‘pitch’ ta’ l-euphonium huwa il-concert Bط. Fl-Amerka ta’ fuq u fl-Ewropa kontinentali, l-mużika għal dan l-istrument tinkiteb fil-bass clef , filwaqt li fir-Renju Unit insibu li din tiġi miktuba fuq it-treble clef.

Euphonium

Huwa maħsub li l-euphonium origina mis-‘serpent’ li Handel uża fil-mużika għal-logħob tan-nar reali. Wara l-1853 l-‘ophicleide’ ħa post is-‘serpent’. Dan l-istrument ma tantx kellu ħajja twila wisq għax bl-avvanz li sar fit-teknoloġija u bl-invenzjoni tal-‘piston valve’ wassal għall-euphonium li nafu llum. Dan mill-ewwel ġibet l-attenzjoni ta’ Strauss, Mahler, Janacek u Hoist.

Sa mill-bidu tiegħu, l-euphonium ikkomparat mas-‘serpent’ u l-‘ophicleide’ kellu range iktar wiesgħa ta’ noti u huwa strument flessibli. Dan jista’ jingħad kemm fil-kwalità tal-ħoss u kif ukoll għax jista’ jitħallat faċilment ma’ strumenti oħra. Eżempju f’marċ partikolari l-euphonium f’waqtiet insibuh jagħmel l-istess noti tat-tuba f’ottavi, f ’ħin ieħor jgħin lit-trumbuni u f’mument ieħor insibuh jagħmel l-istess melodija mal-klarinetti. Għalhekk nistgħu ngħidu li l-mużika ta’ dan

l-istrument hija attiva ħafna bi ftit waqtiet u jkopri range wiesgħa ta’ noti.

Jekk inqallbu lura fl-istorja, insibu li għalkemm l-euphonium beda jintuża mill-ewwel minn kompożituri li jiktbu għall-baned, dan ma kienx aċċetat bħala strument tal-orkestra u għallhekk huwa iktar relatat mal- banda. Għalkemm dan, insibu mużika li tmur lura għall-perjodu romantiku fejn kompożituri kitbu propjament għal dan l-istrument. Fost xogħlijiet magħrufa nsibu l-Planets Suite ta’ Holst li tinkludi partijiet sħaħ għall-euphonium bħala solista.

Waħda mill-eqdem kompożizzjoni speċifikament miktuba għal dan l-istrument hija il-‘Concerto per flicorno basso’ (1872) miktuba minn Amilcare Ponchielli. Iktar ma beda jgħaddi ż-żmien, iktar u iktar kompożituri bdew jindunaw bil-kapaċità ta’ dan l-istrument u bdew jinkitbu diversi xogħlijiet. Illum, l-euphonium huwa

ikkaretterizzat ma’ diversi partijiet solisti. Uħud minn dawn huma ‘Bydlo’ ta’ Maurice Ravel’u ‘Don Quixote ‘ ta’ Richard Strauss.

L-euphonium sikwit jiġi mfixkel mal-althorn speċjalment minn min m’huwiex mużiċist. Id-differenza bejn dawn iż-żewġ strumenti hija kemm fid-daqs u kemm fil-ħoss li jiġi trasmess minnhom. Però, mużiċist li jdoqq l-euphonium faċilment jista’ idoqq l-althorn billi jibdel il-pożizzjoni tax-xoffa u n-nefħa li jitfa’ fl-istrument. Dan jista’ jseħħ peress li kemm l-euphonium kif ukoll l-althorn għandhom l-istess range ta’ noti u l-istess pożizzjonijiet tas-swaba.

L-euphonium huwa magħruf sew mad-dinja kollha ferm iktar milli wieħed jista’ jaħseb. Fost il-mużiċisti famużi li jdoqqu dan l-istrument insibu lil Steven Mead, Nick Childs, Lyndon Baglin u lil Wendy Picton.

Susan Piscopo - Bandista

Tagħrif dwar strumenti mużikali

106

Page 56: Programm tal-Festa 2010

N ifirħu lil Adrian Brincat ir-Russu li rnexxielu jkun l-ewwel mużiċist f’Malta li ġab din il-kwalifika fil-Jazz. Huwa ġab 95 marka ‘distinction’ u ġie bħala l-ewwel kandidat mill-istudenti kollha f’Malta din is-sena. Ir-rapport jindika l-kummenti tal-eżaminatur barrani li ġie jisma’ apposta lil Adrian.

Din hija Diploma fil-Jazz ALCM mil-London College of Music. Huwa se jkompli jistudja biex ikompli jtejjeb il-livell tiegħu fil-futur qrib. Ir-Russu jixtieq jirringrazzja lill-għalliem is-Surmast Dominic Galea li anke akkumpanjah fuq il-pjanu.

Suċċessi mużikaliAdrian Brincat – Trumpet

Il-Grupp The Riffs, waqt Ska Music Festival ġo Berlin il-Ġermanja .

Adrian ir-Russu flimkien mal-Membri kollha tat-Tribali

The Riffs mix-xellug: Ivan (Bass), Matthew (Keyboard), Ray (Singer & Guitar), Najju (Drummer), Rayvin (Vokal & Guitar), u Adrian ir-Russu (Trumpet)

108 109

Page 57: Programm tal-Festa 2010

Ċertifikat tad-Diploma fil-Jazz ta’ Adrian Brincat. Il-Konklużjoni tal-eżamijiet tgħid: This was an outstanding performance - a promising future.

Total ta’ 95 minn 100

111

Garanzija ta’ xogħol ġenwin - iktar minn 35 prodottM’Scala Road, Zabbar Tel. 2789 6551

110

Page 58: Programm tal-Festa 2010

Ta’ min jifraħ lill-Bandist tas-Soċjetà Justin Azzopardi li jdoqq trumpet għall-fatt li f’Ġunju li għadda ġab id-diploma

A.T.C.L. fit-teknika ta’ l-istrument. Għal min mhux daqshekk intiż, din tfisser Associate of Trinity College London u hi diploma mill-aktar impenjattiva sabiex tiksibha u hi tarġa importanti għall-karriera muzikali.

Justin twieled fl-20 ta` Lulju 1990. Ħa l-edukazzjoni tiegħu ġewwa l-kulleġġ De La Salle u ġewwa l-MCAST. Sa minn mindu kellu tliet snin, dejjem kien jiġri b`xi strument wara l-banda. Ta’ seba’ snin beda jitgħallem il-mużika - kemm teorija kif ukoll il-prattika ġewwa s-Soċjetà tagħna taħt is-Surmast Mro. RaySciberras u ta’ 10 snin ħareġ idoqq għall-ewwel darba mal-banda fl-okkażjoni t’għeluq il-ħamsin sena mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-madonna tal-Grazzja – fl-2001.

Baqa’ iħares ‘il quddiem u fl-2005 beda jistudja t-teknika professjonali taħt Joseph Chircop u t-teorija taħt Mro. Ronnie Debattista. Daqq ma’ diversi baned taħt it-tmexxija ta’ diversi surmastijiet kemm Maltin u anke barranin fosthom Mro. Ray Sciberras, Mro. John Galea, Mro. Dion Buhagiar, Mro. Brian Cefai u Hans-Jurgen Nagel fost oħrajn. Ħa sehem kemm –il darba wkoll ma’ l-Orkestra Nazzjonali ta` Malta u ma’ diversi Brass Bands bħall-Versatile Esemble u Nichol Isouard Brass Quintet. Daqq diversi drabi bħala solista ma’ baned differenti. Ħa sehem ukoll mal-banda Taljana Banda Siena fejn stednuh ukoll biex idoqq pajjiżhom.

Fil-31 t’Awwissu 2009, ingħaqad mal-Forzi Armati ta’ Malta u fis-16 ta’ Diċembru 2009 sar uffiċjalment mużiċist mal-Banda ta` l-Armata fejn f`Jannar ta’ l-2010 daqq f’Bremen il-Ġermanja.

Suċċessi mużikaliJustin Azzopardi – Trumpet

113

Page 59: Programm tal-Festa 2010

Kummissjoni Nar u Armar 2009 - 2010

Chairperson Burtin ButtigiegSegretarju Godwin XuerebKaxxier Jesmond BuhagiarMembri Rennie Attard Joseph Fenech Lizian Sciberras Noel Vella Robert Lia

Wara mix-xellug: Lizian Sciberras, Rennie Attard, Robert Lia.

Quddiem mix-xellug: Godwin Xuereb, Burtin Buttigieg, Noel Vella.

Neqsin mir-ritratt: Jesmond Buhagiar u Joseph Fenech.

Qed nikteb dan l-artiklu għat-tieni sena. L-artiklu tas-sena l-oħra kont ktibt fit-tul fuq l-avvanz kbir li kienet għamlet il-Kummissjoni fi żmien hekk qasir. Kont ktibt fuq il-proġetti

ta’ l-armar u fuq il-programm tan-nar li ta’ kull sena qed jikber u jiġi mfittex minn ħafna nies u dilettanti tal-logħob tan-nar. Din is-sena ħa nikteb dan l-artiklu billi kuntrarju tas-sena l-oħra ser ngħid kemm naqas il-volontarjat. Ħafna voluntiera, soċji u helpers li kienu jgħinu lil din il-Kummissjoni naqsu, min b’xi skuża u min b’xi oħra. Ammont ta’ nies li jiffrekwentaw il-każin naqsu, l-attivitajiet qed ikunu nieqsa min-nies, l-sponsors u xi donazzjonijiet li konna niġbru matul is-sena naqsu wkoll. Barra minn hekk sibna ma’ wiċċna l-insurance tan-nar m’ogħla s-sema. Apparti minn hekk il-Kumitat Ċentrali sab ma’ wiċċu kawża legali fuq is-Sede tas-Soċjetà. Ħbieb, kienet sena li meta tħares lura taħsibha darbtejn tkomplix taħdem. Għalhekk ħsibna biex nieħdu deċiżjonijiet iebsa biex insalvaw dak li għandna u ma nitilfux dak ix-xogħol kollu li għamilna tul is-snin. Għalhekk fuq armar din is-sena kellna nieqfu minn fuq il-proġett tad-drapp li konna bdejna s-sena l-oħra u fuq il-programm tan-nar żammejna l-akkumpanjament ta’ kull meta toħroġ il-banda u dak ta’ lejlet il-festa.

Ikompli f’paġna 119

Sena ta’ qtiegħ il-qalb ...imma ma naqtgħu qalbna qatt

Godwin Xuereb - Segretarju, Kummissjoni Nar u Armar

115

Page 60: Programm tal-Festa 2010

Issued by Bank of Valletta p.l.c., 58, Zachary Street, Valletta VLT 1130 - MaltaBO

V 2

6058

www.bov.com 2131 2020Terms and conditions apply.

keeping in touch with your accountsBOV SMS Notification Service

The SMS Notification service provides accurate updates of your account activities throughout the day wherever you are.

To apply, log on to our BOV 24x7 Internet Banking, visit one of our branches or our website www.bov.com where you can view the complete list of services available.

BOV INFO - Cheque no.79 for EUR 5,500 on account ending 7088 was paid on 27-01-2010.

BOV INFO - Term Deposit account number ending 6053 was renewed to mature on 30-04-2010.

The HEARTBEAT of

The Fireworks and Decorations Committee within the Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ Zabbar A.D. 1883

proudly presents

0n Saturday, 11th September, 2010 - 21:45hrs onwards

Page 61: Programm tal-Festa 2010

Ikompli minn paġna 115

Fundraising Attivitajiet ta’ matul is-sena bqajna nżommu dawk tas-sajf. F’Ġunju din id-darba ġibna fostna lil Thea Garrett waqt attività fl-arena kif ukoll għamilna BBQ. Fix-xitwa għamilna xi ikliet ġewwa l-bar. Attività oħra li ta’ kull sena ssib ruħha fil-kalendarju hi l-isparatura tal-plattini li din is-sena t-tazzi ġew sponsorjati mill-membri parlamentari l-Onorevoli Joe Mizzi, l-Onorevoli Micheal Falzon u mill-Onorevoli Stephen Spiteri. Il-lotterija tat-televiżjoni ġiet sponsorjata mis-Sur Brian Lia.

SponsorsDin is-sena kienet iebsa ħafna biex għamilna l-kalendarju li għal darb’oħra kien wieħed mill-isbaħ li ħarġu minn ħdan soċjetajiet mużikali. Tajjeb nsemmu wkoll ir-reklami li konna nsibu ġewwa l-arena li din is-sena rrealizzajna li naqsu sewwa. Jien minn qalbi nirringrazzja lin-nies kollha li sena wara sena jibqgħu jagħtuna l-appoġġ tagħhom u l-għajnuna tagħhom.

Inkompli dan l-artiklu billi ngħid li din is-sena ser nirnexxu għax qiegħdin tim tajjeb u qed nimxu bil-għaqal bħala tmexxija. Sena oħra jekk ma jkunx hemm l-appoġġ tal-partitarji li jgħinuna matul is-sena kollha, naħseb li jkollna nibdew innaqqsu u b’hekk ma jibqax ikollna festa kif nafuha llum. Nistħajjel li kull min qed jaqra dan l-artiklu jgħid imma dan kemm ser jeqred, imma din hija s-sitwazzjoni reali li qed ngħixu fiha fi ħdan is-soċjetà tagħna.

Nagħlaq billi nħeġġeġ lil kulħadd jibda jersaq lejn is-soċjetà tagħna aktar spiss, anke matul is-sena, ħalli tagħmlulna aktar kuraġġ. L-attendenza tagħkom tgħinna biex nibnu proġetti ġodda bħal ma konna nagħmlu qabel. Inħeġġeġ lill-partitarji biex jiġu jfittxuna u jgħinuna kemm materjalment, manwalment u finanzjarment.

Nixtieq nirringrazzja b’mod speċjali lill-kamra tan-nar 12 ta’ Mejju ta’ Ħaż-Żebbuġ, li ħafna mix-xogħol li għandna nħadem taħt is-superviżjoni tagħhom. Ringrazzjament ieħor imur għall-kamra tan-nar Madonna tal-Ġilju ta’ l-Imqabba, t’għajnuna tagħhom kif ukoll lil dawk li b’xi mod jew ieħor tawna l-għajnuna tagħhom. Ma nistax inħalli barra u ma nirringrazzjax lill-familjari tagħna tal-paċenzja kbira li jieħdu bina. Kieku ma jkunux huma, m’aħniex qegħdin hawn.

Il-festa t-tajba lil kulħadd. J’Alla nerġgħu nagħmlu festa kbira kif nafu nagħmlu aħna ż-Żabbarin.

Free DeliveryGood & Friendly Service

Tel: 27200446 Mob. 99476212

119118

Page 62: Programm tal-Festa 2010

Hbieb, sa fl-aħħar reġgħet waslet festa oħra tant għal qalbna! Sena wara

oħra nkomplu naħdmu għal din il festa b’tant ħeġġa u determinazzjoni.

Fi snin mgħoddija, jien wkoll tajt sehmi għax għamilt parti mid-diversi

sotto-kumitati tas-Soċjetà. Għalkemm m’għadnix membru attiv f’wieħed

minnhom, xorta waħda nipprova nagħti d-daqqa t’id tiegħi. Hawnhekk nixtieq

nirringrazzja lis-sotto-kumitati kollha għax-xogħol għaqli li wettqu tul is-snin li

għaddew u għal dak kollu li se jkomplu jaħdmu għalih għall-festi li ġejjin.

Wara ċertu żmien bdejt nikkonsidra li nidħol fil-Kumitat Eżekuttiv u d-deċiżjoni

aħħarija kienet dik li nsir membru f’dan il-kumitat sabiex ikun hemm element

żagħżugħ. U proprju għal din ir-raġuni, din l-esperjenza ġdida kienet ukoll ta’

sfida għalija. Il-messaġġ ewlieni tiegħi wara dan kollu huwa sabiex nħeġġeġ

aktar żgħażagħ biex jagħmlu parti mill-Kumitat Eżekuttiv ħalli huma wkoll jagħtu

l-kontribut tagħhom għal din is-Soċjetà. Nemmen bis-sħiħ li ż-żgħażagħ tagħna

għandhom ħafna x’joffru u fl-istess ħin, il-parteċipazzjoni tagħhom fil-każin tkun

qed tgħinhom ikabbru l-abbilitajiet tagħhom. Nemmen li s-sehem taż-żgħażagħ

fis-Soċjetà tagħna tkun tfisser iżjed lok għal diskussjoni permezz ta’ ideat u

valuri differenti. Aktar minn hekk, inkunu qed inwittu t-triq għall-ġenerazzjoni ta’

warajna.

Nagħlaq dan il-messaġġ billi nawgura l-festa t-tajba lill-baqristi kollha u grazzi lil

dawk iż-żgħażagħ kollha li b’xi mod qed jagħtu kontribut għas-Soċjetà tagħna.

Charlot Saliba

“L-ewwel esperjenza fil-Kumitat Eżekuttiv”

121

Page 63: Programm tal-Festa 2010

I l-Ġimgħa Mqaddsa qiegħda tiżviluppa f’kult kompless fil-gżejjer tagħna matul dawn l-aħħar snin. It-tradizzjonijiet marbuta mal-misteru tat-tbatija, il-

mewt u l-qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu ilhom magħġuna fil-kultura tagħna speċjalment f’dawk l-ibliet u rħula li jiċċelebraw dawn il-misteri b’aktar pompa bil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u dawk ta’ Kristu Rxoxt f’Ħadd il-Għid. Madanakollu, fejn sa ftit tas-snin ilu l-attivitajiet u l-wirjiet kienu konfinanti fil-knejjes jew l-iktar l-iktar f’xi kappella, illum il-ġurnata nibtu ħafna dilettanti li qegħdin jarmaw wirjiet ta’ kalibru għoli ħafna f’kull lok li tista’ timmaġina. M’hemm xejn xi ngħidu li wirjiet bħal dawn jirrekkjedu dedikazzjoni kbira, talent u anke spejjeż. Illum l-istorja nbidlet għax kważi f’kull kantuniera ta’ kull lokalità f’pajjiżna, wieħed jista’ isib wirja fejn jista’ jidħol jammira l-arti u pemezz ta’ dawn ir-rappreżentazzjonijiet ikun jista’ anke għala le, jimmedita fuq it-tbatijiet tal-fidwa tagħna fl-aqwa misteru għalina l-Insara. Il-wirjiet huma vasti u kull esibitur jipprova jagħti xejra partikolari lill-wirja tiegħu biex din tkun attraenti u tiġbed l-attenzjoni ta’ dawk l-eluf ta’ nies li fil-Ġimgħa Mqaddsa jterrqu t-toroq tagħna biex jarawhom.

Ftit tas-snin ilu, il-Kummissjoni Żgħażagħ tal-Grazzja xtaqet li tpoġġi lis-Soċjetà fuq dan l-istess binarju billi torganizza wirja relatata ma’ dawn iż-żmenijiet. Ġiet magħżula t-tema ta’ mejda tal-Aħħar Ċena armata fuq stil Lhudi imma kien jinħtieġ li jinstab post adattat għal din il-mejda. Il-kantina tal-Każin kienet ilha mitluqa għal bosta snin fejn din kienet tintuża bħala store għall-affarijiet li jkunu mhux daqstant t’użu jew f’kelma oħra għall-imbarazz. Iż-żgħażagħ iżda għarfu l-potenzjal ta’ dan il-lok u talbu permess lill-Kumitat biex ikunu jistgħu jirrestawrawha ħalli eventwalment jutilizzawha għal dan il-għan. U hekk twieldet Pesah - wirja li minn mejda tal-Appostli baqgħet tiġi estiża minn sena għall-oħra biex illum toffrielna varjetà sħiħa ta’ talent relatat li jvarja minn vari u statwetti, platti tradizzjonali tal-

melħ u s-smid, rappreżentazzjoni tal-Golgota, pittura, kostumi u affarijiet oħra relatati.

Meta l-Kumitat ġie biex jiddiskuti din l-idea taż-żgħażagħ forsi kien hemm min għammex xi ftit għajnejh bl-argument li Ħaż-Żabbar mhux lok li hu partikolarment marbut mal-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa. Kien hemm lok li ż-żgħażagħ jinvestu l-enerġija f’wirja oħra mal-baħar ta’ wirjiet li jkun hawn? Dak iż-żmien iżda, il-Kumitat ħass li xorta waħda għandu jinkoraġġixxi din l-inizjattiva biex iż-żgħażagħ tagħna jkollhom attività oħra li fiha jkunu jistgħu jiżviluppaw it-talenti tagħhom. Illum inħares lura u inħossni sodisfatt li minn sena għall-oħra, il-wirja qiegħda dejjem tikber u tisbieħ - mhux għax forsi ser nidħlu għal xi kompetizzjoni ta’ min jorganizza l-isbaħ wirja iżda għaliex din qed isservi biex iż-żgħażagħ tagħna jiżviluppaw id-doni tagħhom u s-Soċjetà qed tipprovdilhom lok fejn dawn jistgħu jipprattikawhom.

F’dawn l-aħħar sentejn il-Kummissjoni Żgħażagħ ħadmet bi sħiħ biex il-wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa, li nbdiet fl-2007 ma tiqafx hemm iżda tkompli tikber. Dawn l-aħħar sentejn kellna kliem ta’ tifħir fuq il-wirja speċjalment is-sena l-oħra fejn kabbarna l-wirja u, fejn qabel konna narmaw ġol-kantina biss, fl-2009 żidna li narmaw fis-Sala Gino Sciberras. Ir-rispons għall-edizjonijiet preċidenti ta’ din il-wirja kienu inkoraġġanti u l-kummenti li għaddew in-nies li żaru l-wirja kienu kostruttivi u li jimlewk bil-ħeġġa biex terġa’ tirrepeti dak li għamilt u fl-istess ħin tikkunsidra ttejjeb fuqu.

L-ewwel enfasi ta’ sena l-oħra kienet kif nistgħu ntejbu dak li kellna s-sena ta’ qabel u wara li sibna inkoraġġiment qawwi min-nies li xtaqu jibdew jgħinuna fil-wirja, din ħadet ħafna aktar ħajja permezz ta’ aktar statwi, platti tas-smit u platti tar-ross.

Din is-sena il-wirja kompliet tikber u fiha żdiedu bosta oġġetti ġodda.

Ir-ringrazzjament tal-Kummissjoni jmur lejn dawk kollha li għenu biex din il-wirja mhux biss terġa’ tittella’ iżda wkoll titkabbar. Ringrazzjament speċjali min-naħa tal-Kummissjoni tmur lis-Sur Joseph Scicluna. Grazzi wkoll lil dawk kollha li żaru din il-wirja u grazzi wkoll tad-donazzjonijiet tagħkom.

122 123

Page 64: Programm tal-Festa 2010

ETM General ImportsMobile: 9966 7464

Tel: 27 667464Email: [email protected]

www.ir-rizzu.com

Company Name:

Attention:

Advert Heading:

Date:

P-GENCP MP 090909 - SM

This is a copy of your advertisement as it will appear in the Yellow Pages 2010-2011 edition. Original material is required for artwork changes. By signing this proof, the customer warrants that it is duly authorized to use any art, illustrations or other copyrighted material, trade marks, trade names or logos supplied in the manner shown. Yellow Pages (Malta) Ltd, Directories Building, Triq il-Pitkali, Marsa MRS 2293, Malta. Tel: (+356) 21 252 252 - Fax: (+356) 21 255 939 - E-mail: [email protected]

Customer Signature Date

Kindly fax or send this proof within one week of the date below, failure of which we will assume this advert to be correct. Terms and conditions apply. Please see overleaf.

12th May 2010

Jac Travel Bureau

Mr J Caruana

86, Triq San Guzepp,Zabbar ZBR 3320

Travel Agencies

Page 65: Programm tal-Festa 2010

1990 - 2010

Page 66: Programm tal-Festa 2010

Gustav Mahler twieled 150 sena ilu, eżattament fis-7 ta’ Lulju 1860 ġewwa l-Awstrija. Mahler kien kompożitur tal-aħħar tal-perjodu Romantiku, u huwa meqjus bħala wieħed mill-aħjar diretturi ta’ żmienu. Bħala kompożitur,

huwa serva ta’ ħolqa bejn il-mużika tas-seklu dsatax u l-moderniżmu tal-bidu tas-seklu għoxrin. Matul ħajtu, filwaqt li kellu reputazzjoni qawwija bħala direttur, il-mużika tiegħu ma kenitx daqstant popolari, anki

minħabba l-fatt li għal diversi snin il-mużika tiegħu ma kienx permess li tindaqq f’ħafna postijiet fl-Ewropa waqt l-era Nazista. Wara l-1945 iżda, l-mużika ta’ Mahler reġgħet ġiet skoperta u intrefgħet għal-livell li jixirqilha minn ġenerazzjoni ġdida ta’ semmiegħa, tant li sal-lum il-mużika tiegħu żammet postha fost l-aktar waħda li tindaqq u li tiġi rrekordjata.

Mahler twieled f’ċirkostanzi diffiċli. Però, t’età żgħira mill-ewwel wera d-doni mużikali tiegħu. Wara li ggradwa mill-Konservatorju ta’ Vienna fl-1878, huwa kien direttur f’diversi opera houses fl-Ewropa, karriera li leħqet il-milja tagħha fl-1897, is-sena li fiha huwa sar direttur tal-Vienna Court Opera. Mahler

dam għaxar snin jgħix fi Vjenna, li matulhom huwa kien kostrett li jikkonverti mill-Ġudajiżmu għar-reliġjon Kattolika sabiex jassigura postu. Però, il-produzzjonijiet innovattivi tiegħu flimkien

ma’ l-insistenza tiegħu biex l-eżekuzzjonijiet ikunu dejjem ta’ l-ogħla livell, wassluh biex jibni reputazzjoni bħala wieħed mill-aqwa diretturi ta’ l-opera, partikolarment fl-interpretazzjoni

tiegħu tax-xogħolijiet ta’ Wagner u Mozart. Iktar tard f’ħajtu, Mahler kien ukoll għal żmien qasir direttur tal-Metropolitan Opera fi New York, kif ukoll tan-New York Philarmonic.

Il-kompożizzjoni fil-ħajja ta’ Mahler kienet it-tieni prijorità ħdejn id-direzzjoni, tant li l-ammont ta’ xogħlijiet li ħallielna huwa relattivament żgħir. L-aktar ġeneru li ħadem fuqu kien dak tas-sinfonija, apparti kanzunetti u xogħol wieħed għal kwartett tal-pjanu. Ħafna mis-sinfoniji tiegħu huma meqjusa bħala xogħol kbir, ħafna drabi bl-involviment ta’ vuċijiet solisti u korijiet flimkien m’orkestrazzjoni akbar min-normal. Dawn ix-xogħlijiet ħafna drabi qanqlu kontroversji meta ndaqqu għall-ewwel darba, u l-popolarità tagħhom kibret bil-mod ħafna. L-unika eċċezzjoni għal dan kien il-premiere trijonfanti tal-Eight Symphony fl-1910.

Mahler miet fit-18 ta’ Mejju 1911 wara li kien marid għal diversi ġimgħat, u ndifen erbat ’ijiem wara fiċ-ċimiterju ta’ Grinzing fi Vienna. Is-suċċessuri ta’ Mahler kienu

kompożituri li jappartjenu għas-Second Viennese School, partikolarment Arnold Schoenberg, Alban Berg u Anton Webern. Shostakovich u Benjamin Britten huma fost

il-kompożituri li ġew aktar tard fis-seklu għoxrin li kienu nfluwenzati mix-xogħlijiet ta’ Mahler. Fl-1955 twaqqaf The International Gustav Mahler Institute sabiex jonora jonora

l-ħajja u x-xogħlijiet ta’ dan il-kompożitur.

150 sena mit-twelid ta’ Gustav MahlerKevin Mizzi M.Sc.

“Li kieku l-kompożitur seta’ jgħid dak li kellu jgħid bil-kliem, żgur li ma kienx se jħabbel rasu biex jgħidu bil-mużika.”

Gustav Mahler

129128

Page 67: Programm tal-Festa 2010

RAYMOND ABDILLAExporter & ImporterSeed and Ware Potatoes

“Le Nid”, Triq il‐Kuççard, Safi SFI 1615Tel: 21683870 (Res.) 21436594 (Grading Station)Mob: 9949 7980, 9944 9553, 9983 0176E‐mail: [email protected]

(blu) 12+12+17+2+7(isfar) 27%

(abjad) 21%

Fertilizer ÌermaniΩ ta’ l‐aqwa kwalità...

Qed naççettaw ordnijiet gal dawn il‐prodotti:

Arinda – Patata Bikrija li tinΩera’ f’OttubruPicasso – T’gajnha amraAgria – Ta’ qatga safraStirling – Ta’ qatga bajdaDiamant – Ta’ qatga safraAladin – Ta’ qoxra amraMarfona – Ta’ qatga bajdaVirgo – Ta’ qatga bajdaSantè – (gall‐esportazzjoni)Alpha – (gall‐esportazzjoni)Madalene – (gall‐esportazzjoni)Erika – (gall‐esportazzjoni)

130 131

Page 68: Programm tal-Festa 2010

Vigo Menswear68/69 South

Street, Valletta

t: 21236001f: 2122 2979

Nagħmlu kull tip ta’ statwi, vari titulari, bambini, vari tal-ġimgħa l-kbira

u kull tip ta’ dekorazzjonijiet.Nagħmlu wkoll xogħol ta’ tiswija.

174, Triq is-Santwarju, ŻabbarTel: 21678256 Mob: 79678256

BRINCAT

Ron’s Restaurant54, Xatt is-Sajjieda, MarsaxlokkTel: 2165 9382 Mob: 9947 1223

Specialising in fresh fish

133132

Modern Living Made Easy

With our latest designs of gifts,Home furnishing fabrics,

Sofas, Living and Bedrooms.

B4 GroupFgura & Mosta

Page 69: Programm tal-Festa 2010

kanzunetta 2010

.

Ejjew magħna lkoll ingħaqduKemm iż-żgħażagħ kemm il-kbarFesta kbira lill-MadonnaOmm tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar.

Marċi sbieħ, folol u brijuPjazez, toroq imżejnin

B’ din il-Banda tal-PatrunaAħna lkoll tassew kburin!

Din il-Banda popolariBanda serja, fost il-kbarIl-Maria Mater GratiaeBanda f’ġieħ it-Titular

Din il-Banda popolari...

Storja kbira u banda ewlienaDejjem miexja ‘il quddiem

Ej’ nifirħu ma’ dil-bandaTibqa’ ħajja tul iż-żmien

Aħna nibqgħu warajk dejjemLilna tferraħ tul is-sninLejk kull gieħ O Banda tagħnaInti f’qalb iż-Żabbarin!

+10 marci brijuzi ta’ mro. ray sciberras

20 sena surmast direttur 1990-2010

. .

Din il-Banda popolari... (x2)

Din il-Banda popolari... (x2) F’Ħaż-Żabbar, f’Ħaż-Żabbar,Banda tagħna f’Ħaż-Żabbar (x2)

Kummissjoni Żgħażagħ tal-Grazzja

Għall-bejgħ mill-Każin u minn fuq www.mmg.com.mt għall-prezz ta’ €15

CD Marżi Brijużi bil-kant 2010 + FREE DVD

Page 70: Programm tal-Festa 2010

I s-Surmast Carmelo Caruana mexxa lill-Banda tas-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ bejn is-

snin 1963 – 1974; perjodu li għad li kien mifni mill-ġlieda politika-reliġjuża li ħalliet l-impatt tagħha anke fuq is-Soċjetà, xorta waħda jista’ jitqies bħala wieħed

ferm feliċi u glorjuż għal din il-Banda.

Fil-fatt, bosta soċji anzjani jirrakkuntaw kif wara l-era brillanti tas-Surmast Joseph Abela Scolaro fis-snin

ħamsin, ftit kienu dawk li setgħu jassiguraw li jinżamm l-istess livell. Biss, is-Surmast Caruana mhux biss

assigura dan meta ħa l-Banda Maria Mater Gratiæ f’idejh wara perjodu qasir mis-Surmast William J.

Worley, iżda kompla anke jtejjeb fuqu. Fil-fatt is-snin sittin u l-bidu tas-sebgħinijiet huma meqjusa bħala

snin tajba ħafna mil-lat mużikali għal din il-Banda, tant li wara li spiċċa mill-kariga tiegħu ta’ Surmast Direttur

ta’ din il-Banda meta għadda l-bakketta lis-Surmast Orazio Cachia, il-Kumitat Eżekuttiv ħatru bħala Surmast

Onorarju – ħatra li dam jokkupa sa mewtu.

Fl-arkivju tas-Soċjetà ħalla wkoll bosta xogħlijiet mużikali

sbieħ għall-banda.

Huwa miet nhar it-Tnejn 17 ta’ jannar 2005 fl-għomor ta’

78 sena. F’Jannar ta’ din is-sena,

is-Soċjetà tagħna pparteċipat permezz ta’

l-istandard tal-banda f’programm

mużikali li sar f’ġiehu mill-Banda

Lourdes tar-Raħal Ġdid.

Ħames snin mill-mewt ta’ Mro. Carmelo Caruana

Maria Mater Gratiæ Hall - Triq id-Dukkar, ÛabbarBlue Arena - 72, Triq is-Santwarju, Ûabbar

Ûew© swali minn fejn tag˙Ωel fejn tiççelebra l-okkaΩjoni speçjali tieg˙ekG˙al aktar informazzjoni u bookings : Tel: 21829194 / 79211543

Soçietà Filarmonica Maria Mater Gratiæ

136 137

Page 71: Programm tal-Festa 2010

L-ammirazzjoni li jien għandi lejn il-Maġġur Anthony Aquilina hija kbira u din tidher propju fil-marċ stess li jiena kkomponejt fuq arranġament mużikali ta’ Mro. Alfred Farrugia u semmejt propju

għal dan is-Surmast tal-Marċi Maltin – “Tislima lill-Maġġur”. Dan mhux biss, għaliex propju sentejn ilu ppublikajt bijografija ta’ dan l-istess Surmast. Illum qiegħed nikteb dan l-artiklu sabiex fi ftit kliem infakkar lil dan il-persunaġġ li ta kontribut kbir lill-mużika f’pajjiżna. Propju din is-sena jaħbat il-25 sena anniversarju mill-mewt tal-Maġġur. Għahekk

tajjeb li nagħrfu nfakkru dan l-anniversarju filwaqt li nsellmu lill-Maġġur Anthony Aquilina għax-xogħol siewi tiegħu. Bil-marċi tiegħu, il-Maġġur

Anthony Aquilina għaraf jifraħ hu u jferraħ lil ħafna. Għalhekk huwa xieraq li sabiex infakkru dan l-anniversarju, fejn dejjem hu possibbli u speċjalment din is-sena, jindaqqu l-marċi ta’ dan is-Surmast.

Il-Maġġur Anthony Aquilina kien u għadu magħruf mill-għadd kbir ta ammiraturi tiegħu bħala l-Maġġur, li kien ingħatalu meta kien

fir-Royal Malta Artillery. Il-marċi brijużi tiegħu dejjem kienu magħduda bħala ta’ livell għoli mill-aqwa baned f’Malta

u f’Għawdex. Saħansitra llum ukoll jinħass it-timbru speċjali tiegħu u jżid jgħinhom jispikkaw. Swielu ħafna

t-tagħlim li ħa mir-Royal Military Academy of Music f’Keneller Hall, qrib Londra, minn fejn kiseb għarfien personali bl-ogħla ġieħ. B’dan it-taħriġ flimkien mal-ħila naturali biex jagħraf jislet l-aħjar mill-Brass Bands u l-melodiji seħħlu jagħti xejra speċjali lil kull marċ. Dan is-surmast kbir ikkompona marċi brijużi li għana lill-baned ta’ dawn il-gżejjer li huma parti importanti mill-wirt tagħna.

Tagħrif Ġenerali dwar il-Maġġur Anthony AquilinaIl-Maġġur Anthony Aquilina, twieled nhar il-25 ta’ Lulju 1906. Iben Indri Aquilina u martu

Filippa, imwielda Bugeja. Tgħammed l-għada, jiġifieri fis-26 ta’ Lulju fil-knisja ta’ San Filep, f’Ħaż-Żebbuġ stess. L-ismijiet propja tiegħu, huma Paul, Philip u Joseph iżda kulħadd jafu b’Ninu jew Anthony. Ta’ min isemmi li Ninu kellu żewġ ħutu oħra li kienu tnejn bniet,

Filippa u Marija.

25 Sena Anniversarju mill-mewt tal-Maġġur Anthony Aquilina

Victor Galea - Kompożitur u AwturMeta dan it-tfajjel beda jitfarfar, nibtu fih żewġ xewqat li dejjem xtaq li jwettaqhom, jiġifieri li jitgħallem idoqq strument tal-banda u wkoll jingħaqad mal-militar. Meta kellu madwar tmien snin, it-tfajjel Toninu tħajjar jingħaqad mal-Banda San Filep, li magħha kellha bħala assistent-surmast lis-Sur Wiġi Said, li mill-ewwel intebaħ li l-alliev li kellu quddiemu barra li kien moħħu tajjeb, kien imżejjen b’talent mużikali aktar minn normal, ħass li kellu jħarrġu b’dak kollu li kien jaf hu biex aktar jinkoraġġieh. Seħħlu jitgħallem l-istrument, il-klarinett u ta’ għaxar snin ħareġ idoqq mal-Banda San Filep, meta daqq taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Alfred P. Hare. Ma kienx għadda żmien ħafna. Wiġi webblu jdoqq bħala solista t-terzett mill-opra “I Lombardi” ta’ Giuseppe Verdi, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Orlando Crescimanno u mar tajjeb ħafna. Ftit wara, ħajruh jattendi kunċert mal-Banda King’s Own. Meta rawh u semgħuh idoqq, kellhom kliem ta’ tifħir għalih, minkejja li kien għadu żgħir. Mhux biss, imma s-Surmast Awstrijak Mro. Aurelio Doncich, li dderieġa ‘l-Banda King’s Own mill-1906 sal-1930, xeħet għajnejh fuqu għax għaraf il-ħila tiegħu. Xtaq jgħinu jkabbar dan it-talent mużikali kemm jista’. Kien bis-saħħa ta’ dan is-Surmast li xi snin wara Ninu kiseb postu fl-armata. Daħal bħala Band Boy u dam hekk għal ħames snin. Madankollu għad li kiseb postu fl-armata huwa xorta ssokta bl-istudju tiegħu fuq il-klarinett taħt il-bravu Surmast Awstrijak Aurelio Doncich, mal-King’s Own, tal-Belt. Lill-ħabib tiegħu Żebbuġi ma warrbux għax xorta baqa’ jmur jieħu l-lezzjonijiet għandu.

Fis-sena 1926, iż-żagħżugħ Anthony ntbagħat fuq kors ta’ tliet snin, jispeċjalizza fil-klarinett, liema kors kien rebħu, minn fost tliet mitt bandist. Kiseb dritt għall-borża ta’ studju tar-Royal Military Shool of Music fi Kneller Hall Twickenham Surrey, fl-Ingilterra. Kien żmien mitqlu deheb għal Anthony għax seħħlu jitħarreġ kemm fuq l-istrumenti kollha u saħansitra fid-direzzjoni. Tgħallem ukoll jikkomponi u jagħmel l-arranġamenti għall-orkestra u sintendi għall-banda stess. Kemm dam l-Ingilterra rnexxielu jirbaħ tliet medalji. Fl-1927 kiseb l-ewwel premju fuq id-daqq tal-istrumenti, il-klarinett u ngħata l-“Cousin’s Memorial”. Fl-1930 dabbar żewġ unuri oħra, rebaħ l-ewwel post fil-“Conducting” jiġifieri fid-direzzjoni u seħħlu jġib l-ogħla punteġġ fl-arranġamenti mużikali kemm għall-orkestra kif ukoll għall-banda militari. Meta rritorna Malta, issa bħala Warrant Officer Class 1, lil Anthony tawh f’idejh it-tmexxija tal-banda tar-Royal Malta Artillery. Bħala Surmast Direttur tagħha dam seba’ snin. Wara li temm din il-kariga, huwa nħatar bħala President Onorarju. Dan kollu seħħ fil-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija, meta nagħta lilu r-rank ta’ Commissioned Officer, fizzjal b’żewġ stilel. Fl-armata baqa’ javvanza u meta rtira mill-R.M.A. fl-età ta’ 57 sena kellu l-grad ta’ Maġġur.

Waqt li ż-żagħżugħ Anthony Aquilina kien l-Ingilterra ltaqa’ mat-tfajla Catherine Ross, Kanadiża, minn Toronto. Meta ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ, fit-2 t’April,

1932, fil-knisja tal-Vitorja fil-Belt Valletta, hu kellu sitta u għoxrin sena u għarustu kienet sentejn iżgħar minnu. Frott dan iż-żwieġ kellhom tifel waħdieni u għammduh bl-isem ta’ Geoffrey.

Kien dħuli kemm trid man-nies. Kien jaf imur ma’ kulħadd u t-tbissima fuq fommu baqgħet tiddi tul ħajtu kollha. Kellu qalbu tad-deheb. Imma waqt it-taħriġ tal-banda m’hemmx ċajt għax kien ikun irid kollox perfett. Il-Maġġur Aquilina kien raġel li jżomm ruħu pulit u eleganti, dejjem nadif xummiema b’leħja mqaxxra friska kuljum, u b’ħaddejh lixxi daqs irħama. Kull fejn tarah kien ikun dejjem dritt, wieqaf fuq qaddu, xeħta ta’ bniedem li għadda ħajtu fis-servizz militari.

Bħala marċi, l-Maġġur Anthony Aquilina, kitibhom f’art twelidu, aqta’ xi wieħed jew tnejn, li kkomponihom meta kien jistudja l-Ingilterra. L-istil tiegħu tagħrfu mill-ewwel, stil militari,iżda Mediterranju b’laqtiet Spanjoli. Marċi funebri qatt ma kiteb. Ta’ bniedem ferrieħi li kien, qatt ma niżlulu l-waqtiet biekja. Bosta mix-xogħol mużikali tal-Maġġur ħareġ fuq tliet long plays, l-ewwel waħda fl-1979 u għammidha bl-isem ta’ Festive Memories, it-tieni waħda fl-1981 ħariġha bl-isem Festive Memories No 2 u t-tielet waħda saret wara li miet u nagħtat l-isem In Happy Memories. L-Innu-marċ Preghiera a Sant’Antonio ma ddaħħalx mal-marċi li kiteb u kkomponih meta kien is-Surmast Direttur ta’ din il-Banda Karkariża, bejn l-1983 u l-1985. Ta’ min jgħid li bejn l-1946 u l-1956

139

Page 72: Programm tal-Festa 2010

mexxa l-Banda Duke of Connaught’s Own ta’ Birkirkara.

Ta’ min isemmi wkoll li erba’ marċi mill-pinna tal-Maġġur għadhom qatt ma nstemgħu fuq ebda radju u dan għaliex dawn qatt ma ġew irrekordjati. Wieħed minn dawn hu s-Sur Mizzi li kkomponih fis-sena 1946. Dan il-marċ huwa msemmi għall-President ta’ dak iż-żmien tal-Banda Duke of Connaught’s Own, is-Sur Karm Mizzi. Marċ ieħor huwa In-Nakku li kkomponih fis-sena 1947 għall-ħabib tiegħu is-Sur Carmelo Xuereb filwaqt li l-marċ The Seven Sons ikkomponih fis-sena 1950. Dan il-marċ ikkomponih għall-familja Micallef li kienu ħbieb tiegħu. Dan is-Sur Micallef kellu sebat itfal. Il-marċ The Two Sisters huwa msemmi għal żewġt aħwa tfajliet, Eileen u Sylvia Mifsud, li kienu jkantaw flimkien. Dan il-marċ ikkomponih fis-sena 1953. Nifhmu li dawn l-erba’ marċi l-Maġġur Aquilina ikkomponihom meta kien għadu mal-Banda Duke of Connaught’s Own ta’ Birkirkara minħabba li fl-istess perjodu bejn is-snin 1946 u l-1956 kien is-Surmast Direttur tal-Banda. Għalhekk għandna nifhmu li din il-mużika għandha tinstab fil-każin tal-istess Banda msemmija. Min-naħa tiegħi staqsejt kemm-il darba għal dawn il-marċi lil diversi Karkariżi bit-tama li forsi nsib xi ħaġa! Fl-opinjoni tiegħi jista’ jkun li forsi dawn il-marċi ma ħarġux fuq il-livell mixtieq mill-Maġġur. Min jaf għala? Bħala amministratur tal-Maġġur Aquilina, hija x-xewqa tiegħi li xi darba dawn il-marċi jiġu xorta waħda rrekordjati sabiex inkomplu napprezzaw dak kollu li ħallielna l-Maġġur Anthony Aquilina.

Il-ħabib intimu tiegħu, is-Sur Charles Calleja, li ħalliena ta’ 62 sena fl-4 t’Ottubru 2009, kien iċempillu ta’ kull filgħodu, għall-ħabta tad-disgħa biex jagħtih l-għodwa t-tajba. Dak inhar ċempel bħas-soltu u kif il-Maġġur sema’ leħnu raddlu tislima. Hu żied jgħidlu li kien iħossu ma jiflaħx. Charles qallu biex ma jiċċaqlaqx u li kien dalwaqt sejjer ħdejh. Wasal f’kemm trodd salib ġewwa tas-Sliema fejn kien joqgħod il-Maġġur. Kif wasal lemħu bil-qiegħda u rah kemmxejn immantar. Il-Maġġur tbissimlu bħas-soltu. Is-sura ta’ wiċċu xehdet li xejn ma kien f’sikktu u Charles staqsieh x’kien iħoss. Bla ma stennieh iwieġbu, qabad u ċempel lit-Tabib Anthony Galea Debono, illum Professur. Malajr tfaċċa bħal donnu kien wara l-bieb. Għamillu test tal-ECG li

wera li kien attakk tal-qalb qawwi. It-tabib riedu jmur l-isptar u ħejjielu l-karti meħtieġa. Il-Maġġur ma xtaqx imur bl-ambulanza u ried li jwasslu Charles. Sadanit-tant wasal lura Charles sema’ ħoss ġej mill-kamra tal-banju. Daħal ħdejh u sabu fl-art b’wiċċu l-fuq miksi sapun tal-leħja. Bla telf ta’ żmien reġa ċempel lit-tabib, li ftit qabel kien hemm. Kif wasal, ikkonferma li l-Maġġur kien ħalliena u ħariġlu ċ-ċertifikat tal-mewt. Hawnhekk Charles ma felaħx iżomm iżjed u nfaqa’ f’bikja kbira għaliex kien tilef l-akbar ħabib li kellu.

Il-Maġġur Anthony Aquilina ħalliena nhar il-21 ta’ Settembru 1985 fil-għomor ta’ 79 sena. Għall-funeral tiegħu kien intlaħaq ftehim bejn ibnu Geoffrey Aquilina Ross u l-kumitati tal-baned konċernati. Il-funeral kien sar it-Tlieta 24 ta’ Settembru 1985 għall-ħabta tas-1 p.m. F’jum il-funeral il-korteo telaq mill-isptar ta’ G’Mangia għall-Wied ta’ Birkirkara fl-inħawi tal-każin tal-Għama jew aħjar Duke of Connaught’s Own liema banda dam imexxieha mill-1946 sal-1956. Kien hemm baħar ta’ nies jistennew il-wasla tat-tebut. Ilkoll ġew biex jagħtu l-aħħar tislima lill-Maġġur Anthony Aquilina. F’dik il-folla kbira, inġabru wkoll il-Prim Ministru ta’ Malta ta’ dak iż-żmien, Dr. Karmenu Mifsud Bonnici u diversi Membri Parlamentari kif ukoll rappreżentanti mill-armata. Kien hemm ukoll diversi rappreżentanti ta’ każini tal-baned minn Malta u Għawdex b’ħafna minnhom kienu bl-istendard tagħhom fosthom il-Banda La Vittoria. Tul il-korteo daqqet il-banda li qabel ħalla din id-dinja kien għadu jieħu ħsiebha.

Fil-funeral kien indaqq marċ brijjuż fuq ix-xewqa tal-Maġġur stess. Il-marċ li kien ikkompona fis-sena 1958 bl-isem ta’ Balfrendozan, li kien semmieh għal żewġt iħbieb tiegħu mil-Belt, Peppi Balzan u Duminku Frendo. Indaqq ukoll l-uniku innu li kkompona bl-isem Preghiera lil Sant’Antnin. Saret il-quddiesa fil-Knisja ta’ Sant’Antnin ta’ Birkirkara u ġie midfun fil-qabar tal-King’s Own tal-Belt Valletta ġewwa ċ-Ċimiterju tal-Addolorata. Malta tilfet iben b’talenti kbar.

L-għada, l-gazzetti ta’ kuljum ilkoll taw prominenza kbira lil dan l-avveniment, b’kitbiet imżewqa b’ritratti tal-funeral tiegħu li tista’ tgħid kien qisu wieħed statali.

Għadd ta’ każini tal-banda tellgħu l-bandiera mezz’asta b’turija ta’

rispett lejn il-Maġġur Anthony Aquilina magħdud bħala s-Surmast tal-Marċi Maltin. Inroddu ħajr lil Alla li għoġbu jislifna bniedem li ferraħ għadd kbir ta’ nies bil-marċi melodjużi li ħallielna. Kien Surmast serju li l-baned ta’ dawn il-gżejjer għadhom iqimuh sal-ġurnata tal-lum.

Għalkemm il-Maġġur Aquilina qatt ma kien Surmast Direttur tal-Banda Maria Mater Gratiæ, huwa kien igawdi stima kbira minn din is-Soċjetà, fil-fatt nhar il-21 t’Awwissu 1952, is-Soċjetà bagħtet ittra lill-Maġġur fejn ferħitlu għar-rank ta’ O.C. li kien ingħatalu u awguratlu kull suċċess.

L-arkivju tas-Soċjetà hu wkoll mogħni b’marċi tal-Maġġur li bosta minnhom ġew ukoll irrekordjati minn din il-Banda.

141

Page 73: Programm tal-Festa 2010

Għeluq il-25 sena mill-mewt tal-Maġġur Anthony Aquilina,is-Surmast tal-Marċi Maltin

(1985-2010)

Ħamsa u għoxrin sena anniversarju Mill-mewt tal-akbar kompożitur,Qed ifakkarni, l-kalendarjuLi kien ħalliena l-Maġġur.

U lanqas irrid nemmenKif għadda daqshekk iż-żmienKemm ġrejna ġo każiniTista’ tgħid, dejjem flimkien.

Niftakar f’dawk il-mumentiKemm kien, ta’ dixxiplinaSkiet perfett u attenzjoniHekk kien il-Maġġur Aquilina.

Tisma’ wieħed, jogħġbok l-ieħorF’kelma waħda, kollha jogħġbukIġagħluk li tqum minn postokMeta tismagħhom kollha jqanqluk.

Fil-bidu ta’ Banda ġdidaBdew isiru l-kunċertiIl-Maġġur ħa postu bil-wieqfaU qalilhom, “Irrid narakom attenti!”

Il-marċi sallum għadhom jindaqquMill-baned, ma naqsu qattGħax vera marċi ferrieħaLi jintgħoġbu, minn kulħadd.

Kemm kien iħobb, il-kumpanijaDejjem pulit, u bl-ingravataJerħula għal ġo LapsiMal-ħbieb għal xi fenkata.

Aħna sikwit fik niftakruGħax inti qiegħed, f’qalbnaU ta’ dan rispett jixraqlekLi nkomplu niftakru fik, f’talbna.

Victor Galea - Kompożitur u Awtur

We Groom Dogs & Cats

www.soundmachine.com.mt

15, Paola Square, Paola, MaltaT: +356 2169 7232 F: +356 2149 1719E: [email protected]

Triq Sant’Antnin,Zabbar

Tel: 21895724 Mob: 99464167

Jaççettaw ordnijiet g˙all-Preçett, GriΩma,Mag˙mudijiet, Ti©ijiet u kull okkaΩjoni o˙ra

Sweet Taste Confectionery19, Triq iç-Çimiterju, Ûabbar Tel: 27295700

142

Page 74: Programm tal-Festa 2010

79874573

144 145

Page 75: Programm tal-Festa 2010

Sfida doppja... imma ta’ sodisfazzjon kbir

Grupp Armar Zabbar

Għeżież, il-festa tal-Madonna tal-Grazzja bħalissa qiegħda fl-aqwa tagħha u għalhekk it-toroq huma mżejnin bl-

aħjar xogħol minn ta’ idejna biex idaħħalna fl-atmosfera ta’ festa u fuq kollox inxiddu libsa mat-toroq tagħna kif jixraq lil Ommna Marija. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lis-Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ li tatna dan l-ispazju biex f’dawn il-paġni ddedikati lill-Grupp ta’ l-Armar, nagħtukom rendikont ta’ dak kollu li sar matul din l-aħħar sena biex inkomplu nsebbħu u nżejnu t-toroq għall-festa Żabbarija. Apparti l-ħidma fuq l-armar, matul din is-sena inbeda l-bini tal-maħżen ta’ l-armar il-ġdid, u b’hekk kellna sfida doppja. Dan ifisser li tkun restritt kemm fuq il-ħidma, kif ukoll finanzjarjament. Madankollu ma qtajniex qalbna, imxejna id f’id u bilgħaqal u b’hekk għandna riżultat ta’ sodisfazzjon kbir.

Pjazza MedjatriċiWara li s-sena l-oħra lestejna l-proġett tal-Mina ta’ Hompesch fejn issa tiżżejjen bix-xbihat ta’ l-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja u bil-kwadru titulari, issa se nkomplu nżejnu d-daħla tal-qalba ta’ Ħaż-Żabbar. Se jsir pavaljun mill-isbaħ fuq disinn ta’ Silvio Pace, bil-pittura tal-Madonna tal-Grazzja tipproteġi lill-familji u l-Belt Hompesch, impittra mill-artist bravu Għawdxi, Manuel Farrugia. Il-ħjata saret mill-Grupp tan-nisa, filwaqt li l-isfumar tal-pavaljun sar minn Alan Joseph Buhagiar.

Triq San DuminkuWara li s-sena l-oħra tlestiet l-iskultura tal-kolonni tat-trofej ta’ Triq San Duminku, din is-sena reġgħu inbarxu u nżebgħu mill-ġdid mill-voluntiera Alfred Micallef, Leli Cachia u Mario Abela. Saret ukoll l-induratura fuq id-disinn minn Joseph Mizzi u Reuben Pullicino

membri fil-Grupp ta’ l-Armar. Leli Micallef irħama dawn it-tmien kolonni, fejn ix-xogħol fuqhom din is-sena jkun lest. L-istess nies ħadmu wkoll fuq il-kolonna li se titpoġġa bejn Triq San Duminku u Triq is-Santwarju fejn fuqha se jitpoġġa l-Papa Innoċenzu XI li ġie rrestawrat flimkien ma’ Sant’ Anna mill-istatwarju Żabbari Rennie Abela. Saru żewġ banketti ġodda għal taħt il-kolonni tal-Papiet li nħadmu volontarjament minn Grezzju Mugliett. Waqt li qiegħed jinkiteb dan l-artiklu għaddej ukoll ix-xogħol fuq l-armi ta’ dawn it-trofej, li qiegħdin jaħdmu fuqhom il-membri Jesmond Fava’ u Vince Cutajar.

Din is-sena se tkun lesta l-ħjata kollha fuq il-bandalori ta’ din it-triq. Din is-sena wkoll se jibda l-isfumar fuq dawn il-bandalori miż-żgħażugħ Żabbari David Borg. Il-grupp tal-ħajjata ħa ħsieb ukoll li jibda s-sett tal-bnadar tat-trofej għal ma’ l-armi ta’ din it-triq, filwaqt li saru wkoll il-

ġmiemel għal mal-bandalori stess.

PilandriIl-proġett tal-pilandri ta’ Triq is-Santwarju riesaq lejn it-tmiem tiegħu. Din is-sena se joħorġu tlett pilandri ġodda lesti mill-brazzi kollha, fejn is-sena d-dieħla jkun jonqos il-weraq li jżejjen bejn il-brazzi ta’ dawn il-pilandri l-ġodda sabiex dan il-proġett ikun wieħed lest. Grazzi tmur lil membru Jesmond Fava’ li ħadem fuqhom bi sħiħ fit-tgħaqqid, xkatlar, żebgħa u sfumar.

LiednaIs-sena l-oħra bdejna proġett ġdid tal-liedna għal Triq l-Inkurunazzjoni u Triq Bajjada minn fejn tgħaddi l-purċissjoni. Din is-sena tkompla dan il-proġett fejn se ssir liedna ġdida fil-kumplament ta’ Triq Bajjada, Triq Spadaro, Triq ir-Redentur u Triq Aguis Muscat. Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lir-residenti ta’ dawn it-toroq tal-kontribuzzjoni tagħhom

146

Page 76: Programm tal-Festa 2010

EUROBRIDGE-19.FH11 8/17/09 6:09 PM Page 1

Composite

C M Y CM MY CY CMY K

www.eurobridge.com.mt

The Perfect ShippingSolution is within yourreach Eurobridge ShippingServices

Grab Your Chance... You will notice theDifference.

smart thinkingsmart movingsmart shipping

Eurobridge Shipping Services Limited.

43, Fishermen Street, Marsa HMR12 MALTA.Telephone: (+356) 2122 3097/8, 2124 2031 Facsimile: (+356) 2124 2028 E-mail: [email protected]

1, Bajjada Street, Zabbar Mobile: 7947 3182, 7988 2205 Email:[email protected]

148

Page 77: Programm tal-Festa 2010

fix-xahar biex dan il-proġett seta’ jsir. Nirringrazzja wkoll lil Jesmond Fenech li ħadem voluntarjament fuq il-liedna u lil

Christopher Portelli talli kien ta’ għajnuna kull meta kellna bżonn. Joseph Mizzi, Vince Cutajar, Mauro Xuereb, Silvio

Mizzi u Tonio Bonello ħadu ħsieb li jagħmlu ventijiet ġodda f’dawn it-toroq biex ikunu simetriċi u puliti.

Drapp IeħorApparti x-xogħol fuq id-drapp ta’ Triq San Duminku din is-sena sar numru ta’ xogħol fuq drapp ieħor. Tkompla x-xogħol fuq

sett ta’ bandalori ġodda li se jintrama fl-aħħar parti ta’ Triq is-Santwarju.

Saru wkoll żewġ bnadar ġodda bl-arma tal-Ordni Hospitallieri ta’

San Ġwann u l-arma tal-Ordni Hospitallieri ta’ Ġerusalemm. Għall-okkażjoni ta’ Lejla fil-Belt Hompesch il-grupp żejjen Triq Is-Santwarju, il-Venda u Pjazza Medjatriċi b’bandalori li jmorru għal din l-okkażjoni u

xegħel il-bini li jdawwar Pjazza Medjatriċi. Minħabba n-nuqqas

ta’ drapp il-grupp ħiet sett ta’ għaxar bandalori ġodda bl-armi

ta’ Malta, tal-Fidi u ta’ Ħaż-Żabbar. Minn hawn nixtieq nirringrazzja minn

qalbi lill-ħajjata Frances Buhagiar, Tessie Buhagiar, Carmen Buhagiar, Barbara Mercieca, Marianne Abela, Antionette Abela, MaryGrace Mercieca, Grace Savona, Melita Mizzi, Miriam Pullicino u Sandra Xerri li ħadmu fuq ix-xogħol tal-

ħjata kollu li semmejt f’dan l-artiklu u lil Reuben Pullicino u Alan Joseph Buhagiar

għat-tfassil ta’ dan ix-xogħol.

Maħżen il-Ġdid Kif semmejt fil-bidu matul din is-sena inbeda sew

ix-xogħol fuq il-maħżen li jinsab wara s-Sala Notre Dame li jagħti għal fuq Triq Hompesch. Dan il-maħżen kien bżonnjuż ħafna peress li m’għandniex iktar fejn nerfgħu

u naħdmu affarijiet ġodda hekk kif l-armar matul dawn is-snin żdied. Waqt li qiegħed jinkiteb dan l-artiklu ix-

xogħol għadu għaddej, u x-xewqa tagħna hi li sal-festa jkun lest ħalli wara l-festa nibdew nagħmlu

użu minnu. Bħal ma’ kulħadd jaf il-bini jirrikjedi ħafna flus u għalhekk kull għajnuna finanzjarja

tiġi apprezzata. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil Vince Cutajar ta’ l-inġenji u l-ħidma, lill-Kappillan Dun Sebastjan Caruana li mingħajr l-għajnuna kbira tiegħu dan il-proġett ma’ kienx isir u lill-benefatturi kollha tal-maħżen speċjalment lill-ispiżjara Tabone.

Xogħol ieħorGħall-festa ser jiżżanżnu s-simboli tal-istellarju, lanza u ġilju tal-istainless steel għall-anġli tad-dawra tas-Santwarju. Joseph Mizzi, Silvio Mizzi u Mauro Xuereb, membri fil-Grupp, ħadu ħsieb il-manutenzjoni fuq l-arblu tal-Mużew tas-Santwarju. Għal żmien il-Milied il-Grupp żejjen lill-Bambin tal-Milied li jintrama’ fis-Santwarju b’raġġiera tal-fidda maħduma għand Tarcisio Cassar, li ġiet imħallsa minn benefattur. Għaż-żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa l-Grupp ta’ l-Armar din is-sena għamel sett ta’ slaleb ġodda biex jinxtegħlu u jżejnu d-dawra tas-Santwarju u ħadem liżar ġdid u xegħel il-vara tad-Duluri. Għall-festi ta’ Corpus u l-Qalb ta’ Ġesu’ l-Għaqda irranġat u rħamat artal antik li fuqu jitpoġġa s-Sagrament waqt il-purċissjoni. Din is-sena l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar qabbad lill-grupp biex jagħmel arblu ġdid biex tittella l-bandiera Żabbarija. Dan jista’ jitgawda fid-daħla taċ-ċentru ta’ Ħaż-Żabbar.

Attivitajiet ta’ Fund RaisingBiex issir din il-ħidma kollha l-grupp ikollu bżonn il-finanzi. Għalhekk isiru numru ta’ attivitajiet, fosthom ta’ min isemmi il-Costume Party, il-Christmas Breakfast, il-Buffett ta’ żmien il-Milied, il-Ġurnata Għawdex u l-Lejliet Festivi li jsiru fit-tieni weekend ta’ Awwissu. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil Carmen Attard, Angolina Borg, Cossie Bugeja, Carrie Dalli, MaryGrace Ellul, Pia Farrugia, Grace Scarpello, Marija Gatt, Sylvia Micallef u Joyce Vella li jieħdu ħsieb l-attivitajiet tal-Fundraising. Nirringrazzja wkoll lill-Grupp Ta’ Ġewwa u l-Grupp Drammatiku Rabat għat-tliet Kummiedji li tellgħu b’kollaborazzjoni mal-Grupp. Fl-aħħar u mhux l-inqas nirringrazzja lil Reuben Pullicino, Alfred Micallef, u lil Tonio Bonello għall-għajnuna tagħhom fil-ġbir u l-lotteriji ta’ kull ġimgħa.

RingrazzjamentDan ix-xogħol kollu ma kienx isir mingħajr l-għajnuna ta’ ħafna nies. Nixtieq nibda biex nirringrazzja lil sħabi tal-Kumitat fi ħdan il-Grupp Armar u l-voluntiera kollha li jgħinuna fl-armar u żżarmar. Kien ikun impossibli li nsemmihom kollha għax nibża li ninsa lil xi ħadd għalhekk nirringrazzjakom ilkoll mill-qalb. Grazzi kbira tmur lill-Kappillan u l-kleru ta’ l-għajnuna tagħhom matul is-sena kollha, lill-Kunsill Lokali u lill-għaqdiet l-oħra tal-Belt ta’ Ħaż-Żabbar. Mill-qalb ngħidu grazzi lill-ġenituri u l-familjari tagħna tal-paċenzja li jieħdu bina.Nirringrazzjaw ukoll lill-benefatturi kollha u liż-Żabbarin kollha ta’ l-għajnuna finanzjarja tagħhom, filwaqt li nħeġġukom biex tkunu iktar ġenerużi fl-għotjiet tagħkom u tattendu għall-attivitajiet tagħna biex inkunu nistgħu nkomplu nsebbħu t-toroq Żabbarin għall-festa ad unur il-Madonna Medjatriċi tal-Grazzji kollha.

Fl-aħħar u l-akbar ringrazzjament imur lil Alla u ‘l Ommu u Ommna lkoll il-Madonna tal-ħarsien kontinwu tagħhom waqt ħidmietna.

Filwaqt li bix-xieraq insellmulha:

Bik ferħana l-Knisja Mqaddsa,L-isem tatek wisq sabiħ,T’Omm tal-Grazzja u Omm tal-ĦnienaU bih troddlok l-akbar ġieħ

Il-festa t-tajba lil kulħadd

151150

Page 78: Programm tal-Festa 2010

New ShopSanctuary Street, Zabbar Tel: 21802804

Dr. Stephen Spiteriu l-familja tiegħujawguraw liż-Żabbarin kollhal-Festa t-Tajba

152 153

Page 79: Programm tal-Festa 2010

155154

www.favaautodealers.com

Page 80: Programm tal-Festa 2010

02060 Vision Advert A4 v7.indd 1 19/08/2010 09:56

157

Page 81: Programm tal-Festa 2010

www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mtwww. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt www. mmg.com.mt

Mija u ˙amsa u g˙oxrin senaKien twelidek f’ÓaΩ-Ûabbar,

Kemm bil-marçi u l-programmiInti sirt banda mill-kbar

Nies ta’ dehen mexxewk bil-g˙aqalKbar ukoll Surmastrijiet,

Bqajt issemma’ l-melodijaB’le˙nek tul iΩ-Ωminijiet

Rit: Maria Mater GratiæBanda tassew mill-kbarDin hija l-Banda tag˙naBanda ta’ ÓaΩ-Ûabbar

Maria Mater GratiæBanda tassew mill-kbarDin hija l-Banda tag˙naBanda ta’ ÓaΩ-Ûabbar

Soçjetà li kibret maΩ-ΩmienIbqa’ miexja ‘il quddiem!

Banda tag˙na f’qalbna tibqa’Le˙en int taΩ-Ûabbarin

Seddaq, ferra˙ bl-armonijaMieg˙ek nimxu fer˙anin.

Int il-Banda tal-PatrunaOmm tal-Grazzja fis-smewwiet

Hi t˙arisna lkoll u t˙obbnaKull ©ieh lilha mill-ulied

Rit: Maria Mater GratiæBanda tassew mill-kbarDin hija l-Banda tag˙naBanda ta’ ÓaΩ-Ûabbar

Maria Mater GratiæBanda tassew mill-kbarDin hija l-Banda tag˙naBanda ta’ ÓaΩ-Ûabbar

Soçjetà li kibret maΩ-ΩmienIbqa’ miexja ‘il quddiem!

Gieh jixraqlek Banda tag˙naSemma’ le˙nek bla waqfienKompli inse© dik ©rajjietek

Bl-g˙aqda ssaltan tul iΩ-Ωmien

Omm tal-Grazzja ibqa’ ˙aresLil uliedek Ûabbarin

U lil din il-Banda tieg˙ekBik u biha a˙na kburin

Rit: Maria Mater GratiæBanda tassew mill-kbarDin hija l-Banda tag˙naBanda ta’ ÓaΩ-Ûabbar

Maria Mater GratiæBanda tassew mill-kbarDin hija l-Banda tag˙naBanda ta’ ÓaΩ-Ûabbar

Soçjetà li kibret maΩ-ΩmienIbqa’ miexja ‘il quddiem!

Kanzunetta f’g˙eluq il-125 sena

G˙all-bejg˙ mill-KaΩin u minn fuq www.mmg.com.mt:

Storja fuq DVD: €12.00Kanzunetta fuq CD: €7.00

Offerta Speçjali: DVD u CD: €15.00 BISS

Storja ta’ 125 sena

.

158

Page 82: Programm tal-Festa 2010

Join us today!call us on 7905 2059

Music can change the world

Ind iv idua l attent ion

music practice music appreciation theory

percussion classes for young childrenbrass & woodwind

società filarmonica maria mater gratiæ - zabbar a.d. 1883

www.mmg.com.mt160

Page 83: Programm tal-Festa 2010

... biex ħadd ma jinsaritratti meħuda minn www.zabbarsanctuarymuseum.orgG. Theuma, G. Mangion, J. Ciliberti, R. J. Caruana, Zabbar Sanctuary Museum Collection.

35 Sena mill-waqgħa tal-Vulcan1975 - 2010

163

Page 84: Programm tal-Festa 2010

Daqq ta’ baned li tant jgħaxxqek,Noti sbieħ minn ġol-kampnar,Bandalori, toroq imżejna,Ġigġifogu u tant sparar,

…għax tal-Grazzja Ħaż-Żabbar!

Knisja mżejna u mill-isbaħ,Fiha mmorru ferħanin,Id-damask, il-ward, il-linef,Sbieħ u jleqqu mixgħulin,

…għax tal-Grazzja Ħaż-Żabbar!

Funzjonijiet tassew għal qalbna,Il-Kappillan ferħan se jtir,Bi tbissima ħelwa tarah fuq fommu,Għax kollox sewwa qiegħed isir,

…għax tal-Grazzja Ħaż-Żabbar!

Kull fejn tmur nies tiffollalek,Għal ġol-misraħ kullimkien,Triq is-Santwarju ferm sabiħa,Folol bħal dawn ma ssib imkien,

…għax tal-Grazzja Ħaż-Żabbar!

Is-Sibt filgħodu ferm popolari,Li kien għalija ma nitlef xejn,Għax lil Tal-Baqra u wkoll Tal-Bajda,Immur kull sena narahom it-tnejn,

…għax tal-Grazzja Ħaż-Żabbar!

Il-Ħadd filgħodu jiġu tar-roti,Pellegrinaġġ tal-okkażjoni,Minn Malta kollha jiġu ħerqana,Wara l-Madonna għall-protezzjoni,

…għax tal-Grazzja Ħaż-Żabbar!

Fl-aħħar u l-aqwa l-purċissjoni,B’Marija Ommna tagħtina l-grazzji,Tgħaddi mit-toroq tar-raħal tagħna,J’Alla f’dal-jum ikollna l-bnazzi,

…għax tal-Grazzja Ħaż-Żabbar!

Jiena dil-festa inħobbha bosta,U nistenniha nkun ħerqana,Id-dmugħ f’għajnejja dejjem jaqbiżli,Għalkemm f’dal-ġranet inkun ferħana,

…għax tal-Grazzja Ħaż-Żabbar!

Ejjew immela ja Żabbarin,Nibqgħu inħobbu ’l Ommna Marija,U f’għanja waħda ilkoll ngħidulha:“Inħobbok Marija, idħol għalija.”

“Grazzi Marija, irrid ngħożżok tul ħajti kollha.”

Tal-Grazzja 2010Mary Grace Bellia

B’dedika speċjali lil ommi Eileen u missieri Frank Borg, ġirien tal-Każin u li tant kienu jħobbu l-Festa.

Citadelmotor

Horace CaruanaIntermedjarju fl-assigurazzjoni marbut

HC Services Ltd., 181, Triq Lia, Ħaż-Żabbar

Tel: 2189 2406 • Mobile: 9949 5593

Fax: 2180 0847

Citadelmotor toffrilek • Protezzjoni tan-‘No Claims Discount’ b’xejn

• Servizz ta’ irmunkar b’xejn

• Skont fuq karozzi b’emissjonijiet ta’ CO2 baxxi,

‘hybrid’ jew li jaħdmu bl-elettriku …u aktar

(Termini w kundizzjonijiet japplikaw)

Citadel Insurance p.l.c. • Casa Borgo • 26 Triq is-Suq • Furjana FRN 1082 • Tel: 2557 9000 • E-mail: [email protected]ħat: Gżira • Ħaż-Żebbuġ • Naxxar • Raħal Ġdid • Intermedjarji fl-Assigurazzjoni Marbuta: Malta • Għawdex

Citadel Insurance p.l.c. hija awtorizzata sabiex tmexxi kummerċ tal-assigurazzjoni ġenerali u fit-tul u Horace Caruana hu iskritt sabiex imexxiattivitajiet ta’ intermedjarji fl-assigurazzjoni marbutin u t-tnejn huma regolati mill-Awtorita` għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta.

CT1400 Motor A4 Horace.indd 1 03/08/2010 13:21

165

Page 85: Programm tal-Festa 2010

CLL Camilleri Marble Works LtdFactory & Showroom: Tarxien Road, Gudja

Mob: 7905 7782, 9946 8711 Tel/Fax: 2169 6571Email:[email protected]

For all kinds ofMarble &

Granite Works,Staircases,

Monuments, etc...

The Kop SideTake away

MENUBurgers, Chips, Hot Dogs, Chicken Fillets,

Chicken Pieces & Chicken Nuggets.Lamb & Chicken Kebabs

Nixtiequ Nawguraw il-festa t-tajbaliż-Żabbarin kollha

166 167

Page 86: Programm tal-Festa 2010

Għaddiet sena oħra u ż-żmien ma’ jistenna lil ħadd. Erġajna qed niċċelebraw waħda mill-

akbar festi ġewwa Malta u Għawdex; festa ċċelebrata f’ġieħ il-Patruna tagħna, Ommna tal-Grazzji. Il-grupp tal-iscouts Żabbari jixtieq jirringrazzja lil din l-Għaqda Mużikali li kull sena tagħtina l-opportunità sabiex naqsmu ftit ħsibijiet mhux tas-soltu magħkom il-qarrejja.

L-Assoċjazzjoni tal-Iscouts tipprepara minn età żgħira it-tfal sabiex ikunu ċittadini ta’ pajjiżna fil-futur qarib. L-għan tagħna huwa sabiex it-tfal ikunu leali u ubbidjenti lejn Alla u art twelidhom, jgħinu lil ħaddieħor f’kull ħin, jiżviluppaw il-karattru, is-saħħa, l-edukazzjoni, u jitgħallmu jaħdmu fi gruppi u jaqsmu l-affarijiet ma’ xulxin. Diversi attivitajiet u laqgħat matul is-sena jkunu organizzati sabiex ikunu ipprattikati u jintlaħqu dawn l-għanijiet. Kull Ġimgha tkun orgnizzata laqgħa fejn it-tfal jiġu mgħallma skills u teorija dwar l-iscouting u l-ħajja ta’ kuljum.

Sena ta’ impenji għall-Iscouts

Waqt l-attivitajiet li jkunu organizzati fil-weekends u fil-festi pubbliċi jkunu ipprattikati t-teoriji permezz ta’ logħob.

Hawn ser insemmi ftit mill-attivitajiet illi jkunu organizzati matul is-sena;

• Mixjiet ġol-kampanja, • Kampijiet,• Ħarġiet kulturali u

edukattivi,• Treasure hunts,• Tisjir barra fuq il-ħatab,• Naraw u niddiskutu xi DVD

fuq big screen b’xi tema partikolari,

• Xi għawma fis-sajf u xi dawra bil-kenura

• Immorru ngħumu u ngħodsu mat-Tonn

• Ubsailing• Ikliet għall-familji u ħbieb• U ħafna oħrajn

Matul il-laqgħat matul is-sena jsir xi xogħol bl-idejn bħal xi craft għall-Milied, l-Għid, Jum l-Omm, Jum il-Missier u oħrajn.

Nieħdu sehem ukoll f’diversi parati waqt avvenimenti organizzati minn entitajiet differenti f’Ħaż-Żabbar fosthom Corpus, Qalb ta’ Ġesù u Jum Ħaż-Żabbar. Tajna ukoll

merħba lill-Isqof u lill-President tar-Repubblika. Ħadna sehem fil-parata annwali organizzata għall-iscouts ta’ Malta u Għawdex kollha ġewwa l-Belt Valletta.

Jekk inkompli nikteb fuq l-attivitajiet li jkollna ma’ nispiċċa qatt, għalhekk kull min jixtieq aktar informazzjoni dwar il-grupp tagħna m’għandux għalfejn jiddejjaq billi jikkuntattja lil xi wieħed/a mill-leaders tagħna, jiġi l-Kwaritieri fi Triq Alessio Erardi, jew jibghat e-mail fuq [email protected]. Nawgura festa kif jixraq lill-Patruna

tagħna Ommna tal-Grazzji kif ukoll il-

festa t-tajba lil kull Żabbari.

Marco Cassar - Groupp Scout Leader

169

Page 87: Programm tal-Festa 2010

170 171

Page 88: Programm tal-Festa 2010
Page 89: Programm tal-Festa 2010